Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

D in il-ġimgħa, pajjiżna laqa' fi ħdanu s-Summit Dinji tal- IFACCA dwar il-Kultura fejn mijiet ta' delegati minn fost 87 pajjiż minn madwar id-dinja ltaqgħu Malta biex jiddiskutu l-futur tas- settur kulturali. Din kienet parteċipazzjoni rekord għaliex qatt qabel fl-istorja ta' dan is-Summit ma kien hemm tant pajjiżi minn kullimkien li ltaqgħu biex jiddiskutu l-kultura. Is-Summit kien suċċess kbir u mertu jmur għall- Kunsill Malti għall-Arti u l-Kumitat Organizzattiv li ħadmu kemm felħu biex tibqa' tissemma għas-snin li ġejjin. Is-Summit innifsu ma setax isir f 'perjodu iktar xieraq fejn iktar mexxejja politiċi qed jaraw fil- kultura mezz kif inkabbru d-djalogu u l-paċi. Federica Mogherini nnifisha qed titkellem dejjem iktar dwar 'cultural diplomacy' u dan kollu jinkwadra tajjeb ferm mal-politika ta' dan il- Gvern li permezz tal-kultura jwelled id-djalogu u jkisser il-preġudizzji. Matul il-jiem tas-Summit, rajna diversi interventi li laqtu l-intellett u l-qalb ta' ħafna nies. Meta tgħasar dawn l-interventi ssib li l-kultura tmur ferm lil hinn minn pittura mal-ħajt jew sinfonija ħierġa minn fomm strument imma tidħol fid-dinja tal-kreattività, tal-ħsibijiet, tad-djalogu, tal-bżonn li wieħed isib is- soluzzjonijiet, tad-dibattitu, ta' kif tagħmel dinja aħjar, ta' dak li jagħmilna persuni kuntenti u ta' kif ikollna iktar paċi. Għalhekk irridu narmu barra mit-tieqa darba għal dejjem l-idea li l-kultura hija biss diska jew passatemp ghaliex il-verità hi li meta inti titkellem dwar kultura, qed titkellem dwar kif tagħmel essenzjalment dinja aħjar. Waqt li kont bilqiegħda ħdejn Bertu Marshall u l-Kap tal- IFACCA Sarah Gardner u nisma' intervent wara l-ieħor jitkellmu mhux dwar Beethoven jew Mozart jew Picasso imma dwar kif jixtiequ dinja aħjar, dwar kif bil-kultura jista' jkollna dinja aħjar, fhimt aħjar kemm fadlilna x'nagħmlu biex inkissru darba għal dejjem l-idea antika li għandna f 'moħħ ħafna nies dwar x'inhi kultura. Is-Summit kien wieħed ta' suċċess kemm organizzattiv u kif ukoll fejn jidħol il- kontenut. Is-Summit ma kienx wieħed biss dwar il-kultura, imma dwar il-futur. Baġit 2017 S'intendi avveniment iktar importanti mis-Summit kien il-Baġit fejn għal darb'oħra, il-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna ta lill-poplu baġit li jkompli jwieżnu u jgħinu u jmexxih 'il quddiem. Dan il-baġit hu tajjeb għal tliet raġunijiet prinċipali. L-ewwel nett, dan il- baġit ikompli jibni fuq il-baġits kollha li ressaq Joseph Muscat. Baġits li indirizzaw id-deficit u d-dejn ta' dan il-pajjiż billi kabbru u stimulaw l-ekonomija biex tikber. Is-suċċessi ta' dawn il-baġits huma li minn sitwazzjoni ta' deficit u dejn li wasslet biex Malta tintwera l-karta l-ħamra minn Brussell, issa għandna sitwazzjoni ferm aħjar fejn qed noqorbu għal sitwazzjoni fejn ma jibqax jiġi kkreat deficit. Mhux ta' b'xejn li l-credit rating agencies bħal Standard and Poors tellgħuna fis-Serie A wara li, taħt GonziPN, konna qed nirriskjaw li ninżlu fis-Serie C. It-tieni nett, dan il-baġit jindirizza faxxa sħiħa ta' nies li forsi ma gawdewx b'mod dirett minn baġits preċedenti. Qed ngħid 'forsi' għaliex il-ġid li ħloqna, gawda minnu kulħadd u l-iskemi li wellidna, bħal per eżempju li wieħed ma jħallasx boll fuq l-ewwel proprjetà tiegħu, ibbenefika minnhom kulħadd. Biss, deherilna li kien hemm faxxa sħiħ ta' nies li kien jixirqilhom Baġit li jimmira għalihom b'mod dirett. Għalhekk dan il-Baġit hu wieħed soċjali u jżid il- pensjonijiet u numru ta' servizzi soċjali ġodda. It-tielet nett dan hu Baġit li jkompli jsaħħaħ il- middle class. Ma ninsewx, li l-middle class f 'pajjiżna ilha tgawdi minn roħs qawwi fit-taxxa tad-dħul sena wara l-oħra taħt Joseph Muscat. Il-miżuri li daħħalna fl- aħħar tliet snin komplejna nibnu fuqhom u anke hawnhekk żidna numru ta' inizjattivi oħra li jistimulaw it-tkabbir u t-tisħiħ ta' din il-middle class. Għal kull Ministru, il- Baġit huwa avveniment importanti għaliex ikun jista' jara għas-sena li tkun ġejja xi flus ġew ivvotati biex iwettaq il-wegħdi tal-manifest elettorali u l-inizzjattivi kollha li jkun fassal. Kuntent ħafna li bil-Baġit 2017 se nkomplu nwettqu kelmtna u nagħmlu diversi proġetti kruċjali għal pajjiżna fis-setturi tal- Ġustizzja, Kultura, Gvern Lokali, Xandir u Identity Management. Il-kritika ta' Simon Busuttil Niddubita jekk fl-20 sena li ili nsegwi l-politika qattx smajt kritika fjakka ta' baġit daqs dik li għamel Simon Busuttil għal dan il-baġit. Wara l-baġit, saqsejt xi ħbieb tiegħi x'dehrilhom kemm mill-Baġit u kemm mill-kritika għall-baġit. Dwar il-baġit smajt ħafna kliem sabiħ li issa kien imiss lis-sezzjonijiet l-iktar vulnerabbli tas-soċjetà li jiġu mwiezna waqt li komplejna nibnu fuq il- miżuri li jgħinu lill-middle class u lil min iħaddem. Dwar il-kritika għall- baġit, stqarru miegħi li ma jafux eżatt xi ntqal għad li kellhom l-impressjoni li ssemma l-make up. U anke meta jsemmuli l-make up, jgħiduhieli biċ-ċajt u b'nofs daħqa. Nifhem li wara Baġit bħal dan, l-Oppożizzjoni ma tantx tista' tgħid wisq. Imma l-faqar tal-Kap tal- Oppożizzjoni wara dan il-baġit kien iktar b'saħħtu mill-baġit innifsu. illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Opinjoni 16 OWEN BONNICI Malta tagħmel isem għaliha fis-Summit Dinji dwar il-futur "Bil-Baġit 2017 se nkomplu nwettqu kelmtna u nagħmlu diversi proġetti kruċjali għal pajjiżna fis-setturi tal-Ġustizzja, Kultura, Gvern Lokali, Xandir u Identity Management" "Mhux ta' b'xejn li l-credit rating agencies bħal Standard and Poors tellgħuna fis-Serie A wara li, taħt GonziPN, konna qed nirriskjaw li ninżlu fis-Serie C" Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016