Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni 19 I t-toroq f 'Malta issa saru siti tal- mewt. Sal-lum (16 ta' Ottubru) din is-sena nqatlu 20 persuna f 'aċċidenti stradali. L-intensità tat-traffiku qed tagħmilha ħaġa perikoluża anki biex taqsam it-triq. Barra minn hekk teżisti konfużjoni u nuqqas ta' dixxiplina kbira fejn tidħol il-kodiċi. Il-karozzi li jipparkjaw bl-addoċċ, anki fuq iż-żebra crossings. Fl-aħħar inċident (fit-triq prinċipali fil-Mosta), anzjana tilfet ħajjitha għax ippruvat tevita roqgħa żejt li tgħatta bix-xaħx. Max-xita, ix-xaħx tferrex b'konsegwenza li seħħet mewt oħra b'kapriċċ. Mhux biżżejjed li l-politiċi jfarfru mir-responsabbiltà u jgħidu li "is-sitwazzjoni hi dik li hi." Għandhom ir- responsabbiltà li jaraw xi jrid isir, mingħajr ma jikkontjaw il-voti. Jeħtieġu miżuri drastiċi bħal, pereżempju taxxi qawwija għal dawk li fil-familja għandhom aktar minn karozza waħda. Hemm fejn anki hemm 4/5 karozzi f 'familja waħda. Il-pjaga tat-traffiku eċċessiv issa bdiet tiswa l-ħajjiet, l-aktar ta' ċittadini vulnerabbli, bħall-anzjani. Apoloġiji dwar il-futbol Malti Ingilterra 0-2, Latvja 0-2 L-istess diska: Tajna wirja pożittiva imma tlifna. L-istess mantra. Fl-aħħar 20 sena,il- futbol baqa' l-istess, f 'livell dillettantesk. Il-plejers jaħdmu matul il-ġurnata u jmorru għat-training fis-6 ta' filgħaxija, wara x-xogħol. Il-klabbs iridu l-plejers għalihom. Fl-aħħar 20 sena l-MFA wasslet mal-25 plejer biex jissieħbu ma' klabbs barranin imma l-plejers jippreferu jilagħbu Malta biex jibqgħu qrib il-familja – wisq fsied? Mummy's boys? Imbagħad hemm ir- rappurtaġġ kondexxenti tal-ġurnalisti sportivi: Malta b'wirja pożittiva imma titlef. Malta b'wirja qalbiena imma l-avversarji qawwijin wisq- dejjem l-istess diska. Ħxuna u kejkijiet Riċerka li saret mill- Università ta' Malta mifruxa madwar il-pajjiż sabet li 70% tal-Maltin ibatu mill-obeżità. L-istudju ħa medda ta' 35 sena. Minkejja li l-inċidenza ta' mard relatat mal-ħxuna (puplessija, mard kardjovaskulari, osteoartriti, diabete, eċċ) dejjem jogħla, il-kanali lokali għandhom doża qawwija ta' reklamar dwar it-tisjir mingħajr tagħrif dwar l-effetti tal- ingredjenti użati. Issa wasal programm (Net TV) ikkuppjat minn Bake Off fuq BBC1 iddedikat għal konkors tal- kejkijiet, bil-ġelu, kremi u dak kollu li jżid ix-xaħam fil-ġisem. Ma jidhirx li hemm monitoraġġ dwar programmi bħal dawn. Il-programm 'Skjett' Il-programm Skjetti li Quinton jippreżenta fuq TVM/TVM2 jiddiskuti suġġetti kontroversjali bħall- faqar f 'Malta (realtà jew perċezzjoni?) l-ewtanasja, eċċ. Il-preżentazzjoni hi serja u riċerkata, għalkemm hemm segmenti semi- satiriċi. Jiddaħħlu vox-pops li jagħmlu sens u l-mistednin fl-istudjo huma magħżulin b'reqqa mill-oqsma rispettivi. F'wieħed mill-programmi reċenti dwar il-faqar ġie ssuġġerit li jinħolqu aktar networks soċjali li jinvolvu servizzi parrokjali, tal- kunsilli lokal, eċċ. It-ton tal- programm hu dinjituż u qatt ma jaqa' fil-banali jew, agħar minn hekk, fil-vulgari. Nobel lil Bob Dylan Dakinhar li miet Dario Fo l-Akkademja Svediza ħabbret li tat in-Nobel għal-Letteratura 2016 lill- kantawtur Bob Dylan. Dawk tal-età tiegħi niftakru fil-kitarra u l-orgni tal-ħalq, ikona tas-sittinijiet, ikanta kontra l-gwerra u favur il- paċi. L-aħbar tal-premju lil Dylan minnufih ġabet kontroversja. Dawk fuq in-naħa tal-awturi "intellettwali" (eż Thomas Pynchon) insistew li wara 23 sena li l-Premju ma jmurx għand xi ħadd Amerikan, hu assurd li n-Nobel ingħata lil xi ħadd li jħallat il-letteratura mal-mużika. Fil-fatt l-Akkademja Żvediża qalet li Dylan ingħata l-Premju (l-aqwa fid-dinja letterarja), għax ħoloq espressjonijiet ġodda fil-qafas tat-tradizzjoni twila Amerikana. Imma reġgħu daħlu l-kritiċi: minn mindu twaqqaf il-Premju Nobel fl-1901, ħadd minn kantanti kbar bħal Cole Porter,Chuck Berry, Curtis Mayfieled, Brian Wilson u naturalment Lennon u McCartney ma ngħata l-Prejmu. Issa nħolqot sitwazzjoni assurda fejn il-mużika qed tikkompeti mal-letteratura. Imma Leonard Cohen, ħabib ta' Dylan u hu nnifsu kantant folk, qal li altru li Dylan kien ħaqqu n-Nobel: "Qisek qed twaħħal medalja fuq muntanja" Imwiet bit-traffiku "Il-pjaga tat- traffiku eċċessiv issa bdiet tiswa l-ħajjiet, l-aktar ta' ċittadini vulnerabbli, bħall-anzjani" MARIO AZZOPARDI L-intensità tat-traffiku qed tagħmilha ħaġa perikoluża anki biex taqsam it-triq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016