Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582
illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 20 Ittri SITUATION VACANT Send an application with a detailed CV to info@saharaicon.com (www.saharaicon.com) Technical Manager required for SAHARA ICON LTD Branch Moskea f 'San Pawl il-Baħar Edward Torpiano, Floriana NAGĦMEL referenza għar-rapport li jġib l-isem 'Applikazzjoni biex Musulmani jitolbu f 'Buġibba' (l-orizzont, 16 ta' Settembru 2016) fejn, fl-imsemmi artiklu, intqal li l-komunità Musulmana li toqgħod fin-naħa ta' fuq ta' Malta, talbet lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jinħareġ permess f 'post li jinsab taħt il-livell tat-triq (Buġibba) biex ċertu talb isir fih. Inħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar biex jinvestiga jekk, frattant, din l-istess komunità hux qed tagħmel użu minn dan il-post (bħala Moskea), bla permess. Il-liġi teżisti għal kulħadd, jew hawn ma jista' jabbuża u jagħmel li jrid? Ħajja ġdida lill-imwiet tat-toroq tagħna minn Maria Camilleri, Ħal Safi TUL dawn l-aħħar ġranet tħabbru miżuri ġodda bil- għan li tiżdied id-dixxiplina għal aktar sigurtà fit-toroq. Dan wara li f 'dawn l-aħħar xhur kellna numru rekord ta' inċidenti tat-traffiku f 'diversi toroq madwar Malta u Għawdex. Fil-fatt, skont statistika li ħarġet f 'Awwissu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi kif bejn April u Ġunju ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 5.9% ta' inċidenti tat-traffiku meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Iżda x'effett se jħallu dawn il-miżuri fuq is-sewwieqa ġaladarba jidħlu fis-seħħ? Ċertament li dawn ir- regolamenti se jkollhom impatt fuq is-sewwieqa li jridu joqogħdu b'seba' għajnejn aktar minn qatt qabel sabiex jevitaw il-pieni ħorox li jsibu jistennewhom jekk jiksru l-liġijiet. L-estenzjoni fis-sistema tal- punti għas-sewwieqa kollha se tgħin lis-sewwieqa biex iżommu kontroll tajjeb tal- vettura tagħhom. L-istil ta' ħajja aktar mgħaġġla jagħmilha aktar faċli li wieħed jintilef f 'numru ta' distrazzjonijiet u jkun espost għal aktar periklu. Sabiex dan jiġi kkontrollat, se jingħataw aktar awtoritajiet żgħar lill-gwardjani lokali. Iżda hawn bosta individwi li qegħdin jisħqu li dan kollu se jkun qed jitfa' pressjoni żejda fuq is- sewwieqa għaliex se jkollhom ħafna restrizzjonijiet li flok se jservu ta' ġid, se jkunu ta' detriment għalihom. Madankollu, irridu nistennew u naraw x'ikun ir-riżultat ladarba dawn il-liġijiet jibdew jiġu implimentati u b'hekk forsi naslu għal xi tip ta' konklużjoni jekk dawn il- miżuri kinux ta' benefiċċju jew le. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jagħti l-fehmiet tiegħu dwar dawn il-proposti sal-15 ta' Novembru ta' din is-sena. Kull ċittadin huwa fid- dmir li jaġixxi b'mod responsabbli mhux biss sabiex jikkonforma mal- liġijiet ta' pajjiżna iżda wkoll għaliex bl-aġir ta' kull azzjoni li huwa jagħmel b'nuqqas ta' ħsieb, jista' jaħsad il-ħajjiet ta' persuni oħrajn intortament. Ta' min wieħed iżomm f 'moħħu li t-toroq tagħna ma jintużawx biss mis-sewwieqa tal-vetturi iżda wkoll minn ċiklisti u persuni mexjin fit- triq fost l-oħrajn. Għalhekk ir-responsabbiltà hija ta' kull wieħed u waħda minna li rridu niġbdu ħabel wieħed sabiex nerġgħu nagħtu ħajja ġdida lil bosta toroq madwar Malta u Għawdex sabiex b'hekk innaqqsu dawk l-inċidenti li serqu ħajjet bosta individwi tul dawn l-aħħar xhur. Niġbdu ħabel wieħed sabiex nerġgħu nagħtu ħajja ġdida lil bosta toroq biex innaqqsu l-inċidenti li serqu ħajjet bosta individwi Jirrispondu l-Għajnselmiżi Sindku Franco Ciangura, Arċipriet Frankie Bajada, Rudolph Cauchi – Għaqda Armar Għajnsielem, Anthony Buttigieg – Każin Futbol Għajnsielem, Steve Cutajar – Għaqda Piroteknika 10 ta' Diċembru, Kevin Cauchi – Għaqda Mużikali San Ġużepp, Antonio Xuereb – Kummissjoni Żgħażagħ Għajnsielem NIKTBU b'referenza għall-artiklu li deher fuq din il-gazzetta maħruġa fid-29 ta' Awwissu 2016 f 'paġni wieħed u erbgħa u li jġib l-isem, 'Kokaina: Destinazzjoni marċ tal- festa' u li għandu sottotitlu jaqra, 'Parti mill-15kg kokaina maqbudin f 'Mercedes kienet se tinbiegħ matul il-festa ta' Għajnsielem iċċelebrata l-ġimgħa li għaddiet', u dan peress li ma naqblux ma' bosta mill-kontenut ta' dan l-istess artiklu u nitolbu li nagħmlu numru ta' osservazzjonijiet. Fl-ewwel lok, bħalma ġie rrappurtat fl-istess artiklu, dan il-każ għadu sub-judice u għaljekk huwa immatur u ta' preġudizzju għal kull min huwa involut f 'dan il-każ li jsiru kummenti hekk kif saru fl-artiklu ppubblikat minnek. Aktar minn hekk, l-artiklu fih bosta assunzjonijiet li huma bla bażi u jservu biss biex iqajmu sensazzjonaliżmu ġurnalistiku. Minn imkien ma jirriżulta li s-sustanza li ġiet ikkonfiskata kienet destinata għall-festa ta' Għajnsielem hekk kif ġie rrappurtat. Anqas u anqas ma jirriżulta li 'l-provvista tal-kokaina fil-marċ tal- Ġimgħa kienet iktar skarsa." Wieħed isaqsi fuq liema statistika jew prova konkreta saret tali assunzjoni? Jista' jkun minnu li tintuża sustanza illegali minn individwi, iżda din ir-realtà mhix limitata biss għall-marċijiet u ċertament huma l-minoranza assoluta li jipparteċipaw f 'tali illegalitajiet. Jirriżulta li fil-passat, rari kien hemm inċidenti li jinvolvu sustanzi projbiti, u dan għall- kuntrarju tal-impressjoni li wieħed jieħu meta jaqra l-artiklu tiegħek. Għandek tkun taf, li l-marċi tar-raħal tagħna huma frott id-dedikazzjoni ta' bosta voluntiera li lkoll jagħtu l-ħin prezzjuż tagħhom u jaħdmu b'ħeġġa kbira matul is-sena kollha. L-artiklu tiegħek jimmina l-ħidma kontinwa u bla qies tal-voluntiera kollha li tant jistinkaw għar-raħal u għall- festa. Barra minn hekk, għandek tkun taf li f 'dawn il-marċijiet, ikun hemm preżenza qawwija tal- pulizija li dejjem taw xogħol siewi u ħadu ħsieb li jkun hemm ordni u armonija u akatar u aktar raw li dawn l-attivitajiet li ġew irrappurtati minnek ma jseħħux. B'żieda mas- sorveljanza tal-pulizija, ikun hemm is-superviżjoni tal-voluntiera stess li jaraw li kollox ikun miexi b'ordni kif fil-fatt dejjem ġara. Apparti l-ħidma kontinwa tal-pulizija, għandek ukoll tkun taf li f 'dawn il-marċijiet, jattendu primarjament għalihom familji li jgħinu u anke jipparteċipaw f 'dan il-briju. Nanniet, ġenituri, żgħażagħ u tfal, ilkoll jattendu u jieħdu sehem f 'dawn l-attivitajiet li jsiru matul il-festa. Mhuwiex ġust li titħammeġ il-ħidma ta' dawn in- nies kollha inutilment. Nappellaw sabiex fil-futur isir rappurtaġġ iktar għaqli u sensibbli li jkun ibbażat fuq fatti konkreti u mhux spekulazzjonijiet li jwasslu biss biex jagħmlu l-ħsara u jqanqlu biża' fil-qarrejja. Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta