Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Għalkemm kellek tieħu deċiżjoni tassew iebsa u dan ma kienx faċli għalik, ftit jiem oħra, se tibda tara l-frott tagħha. Se tibda tagħraf lilek innifsek, tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek u tagħraf aktar kemm il-ħajja fiha sbuħija tagħha u mhux kif kont qed taħseb ftit taż-żmien ilu. Agħmel kuraġġ sabiex minn issa 'l quddiem timxi fuq dak li int tagħraf li huwa verament tajjeb għalik u ma tibqax tkun immanipulat/a Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 21 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Tilwima li għandek ma' xi ħadd tal-familja, issa wasal iż-żmien li inti tersaq u tasal għal kompro- mess. Għalkemm is-sitwazzjoni mhix waħda faċli, ikun tajjeb għalik li din is-sitwazzjoni tiġi rranġata sabiex dawk il-ħsibijiet li dejjem iduru f'moħħok issa jieqfu. Żgur li wara din is-sitwazzjoni tittranġa, int tkun aktar b'saħħtek għax il-pass li tkun ħadt ser jissarraf f'aktar pożittività Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 14, 23 u 35. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Informazzjoni li rċevejt swietlek iktar ta' tfixkil milli għajnuna. Issa trid tku int sabiex tagħmel analiżi bil-għaqal ta' dan it-tagħrif. Il-parir li ma tgħaġġilx huwa siewi u trid tagħraf tara jekk dik l-informazzjoni hix vera jew le. Inti persuna li moħħok huwa tajjeb u taf kif tista' tagħmel pjan biex tiżen sew u tqabbel dak li taf ma' dak li smajt. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 18, 24 u 34. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Għalkemm tinsab f'sitwazzjoni fejn trid tagħraf tieħu deċiżjoni mhi faċli xejn. F'dawn il-jiem li ġejjin trid tinġabar ftit għalik waħdek u tagħmel valutazzjoni taż-żewġ proposti li għandek mad- warek. Din h sitwazzjoni li fiha trid toħroġ l-abbiltà tiegħek quddiem din l-opportunità. Żgur li wara li inti tagħraf tieħu deċiżjoni, il-futur tiegħek se jinbidel minn dak li inti tinsab fih illum. B'hekk se tagħraf kemm kienet utli din id-deċiżjoni. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 27 u 38. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bħalissa għaddejja arja ta' inċertezza minn mad- warek u qiegħed tkossok bħal persuna maqtugħa mill-kumplament tal-ħajja. Bħalissa qiegħed tħoss li tlift dak ir-ritmu maġiku li int magħruf għalih imma bħal dejjem Gemini huma tajbin biżżejjed li kull sitwazzjoni li jiffaċċjaw tiġi megħluba u anke din is-sitwazzjoni se tkun megħluba. Fi ftit jiem għandek terġa' taqbad ir-ritmu maġiku pożittiv li int magħruf tant għalih. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Relazzjoni li inti esperjenzajt fil-karriera tiegħek daħlitek f'sitwazzjoni li trid tagħżel tiħux deċiżjoni ta' bidla f'dak li qiegħed tagħmel. Għalkemm mhux żmien ta' bidla, dak li inti trid tagħmel issa tajjeb tagħmlu għalies se tasal f'punt li ma jibqax al- ternattiva ħlief li tieħu deċiżjoni. Ovvjament agħraf li jkollok għażla aktar pożittiva quddiemek. Tgħaġġilx u ħu l-ħin tiegħek ħalli tagħraf aktar x'inhu tajjeb għalik. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Sagit- tarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn:7, 14, 25 u 37. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Ħsieb li ilu jdur madwarek huwa ħsieb li qiegħed jikkawża ċertu inċertezza u għandu bżonn jiġi sol- vut. Ma tistax biex ma tiffaċċjax ir-realtà tal-ħajja tibqa' bħal priġunier ta' dan il-ħsieb li qed jaħkem il-ħajja kompluta tiegħek. Wasal iż-żmien li tkun kuraġġuż biżżejjed kif suppost hi l-istilla tiegħek, tkun dak l-iljun u bil-qawwa kollha li għandek tegħleb darba għal dejjem dan il- ħsieb. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Scor- pio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 16, 23 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settem- bru Dak li inti ilek tipprepara għalih jinsab aktar viċin u għalhekk issa trid tħejji lilek innifsek ik- tar minn qatt qabel għal din ir-responsabbilità ġdida. Toqgħodx tinkwieta li m'intix lest għal dan u inutli tipprova toqħod tieħu pariri mingħand il-ħbieb. Dan ma jiswa xejn għar-realtà li ġejja. Kun int u emmen fik innifsek u dan ikun biżżejjed għalik biex timxi 'l quddiem. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Cap- ricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 26 u 31. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Tidħolx f 'pika bla bżonn, jekk int tgħaddas rasek u tidħol għal din il-pika, m'inti se takkwista xejn. Se taħli ħafna ħin u enerġija fix-xejn. Jaqbel li flok din il-pika bla bżonn, tagħmel ftit ħin tirrilassa u tara ftit verament x'hemm bżonn u kif int se ttejjeb lilek innifsek fil-karriera tiegħek. Il-karriera għandha toffrilek opportunitajiet sbieħ u aħjar taħseb fuq dan milli tinħela fuq iċ-ċuċati. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Aquar- ius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 16, 25 u 38. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Riżultat li qed tinstenna qiegħed ikun kawża ta' nuqqas ta' konċentrazzjoni li inti suppost għandu jkollok fuq dak li għaddej madwarek. Huwa vera li dan ir-riżultat hemm stennija għalih. Dan ir-riżultat żgur mhux se jkun magħruf qabel iż-żmien u għalhekk huwa tajjeb għalik li mentalment tiffoka fuq dak li hemm bżonn. Il-ħajja trid tkompli għaddejja. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 23 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Fixkla li suppost kellek tikkumbattiha, ser terġa' titfaċċa u din sejra toħloq sitwazzjoni li żgur mhix sejra tawgura tajjeb minħabba dak li għaddej madwarek bħalissa. Għalkemm int qed taqta' qalbek, mhux veru li issa tard wisq biex tilqa kontra din il-fixkla. Fl- aħħar mill-aħħar huwa int li tista' tikkontrolla dak kollu li jiġri mad- warek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 29 u 31. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Pass li tixtieq tagħmel fir-relazzjoni li inti għandek qed tibża' tagħmlu minħabba li ma tafx x'tip ta' konsegwenza ser tinħoloq. Il-parir għalik huwa li l- ewwel tara kemm inti lesta għal dan il-pass. Iffli sew dak kollu li dan il-pass jista' jġib miegħu. Wara li tagħmel din l-analiżi u tkun taf sew il-konsegwenzi tar-responsabbilità li dan ser iġib miegħu, agħmel il-pass li ilek tippjana għalih u tgħaġġilx. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Ottubru se toffrilek kariżma ġejja minn Taurus Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 27 u 39. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 23 add 23 ta' Ottubru 2016 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imħabba intima Kompetizzjoni: STEPHEN kulma jmur beda jieħu l-vizzju tax- xorb u jdum barra. Minħabba t-trattamenti li kellha tieħu Margaret id-data taż-żwieġ tħassret, imma l-mument l-aktar iebes kien meta Margaret ħadet l-aħbar ħażina li kaġun tat-trattamenti li kienet għadejja minnhom sfortuntament tilfet it- tarbija. Hawnhekk mar kollox għall-agħar. Stephen offrielha kuntratt ta' seperazzjoni (għalkemm kienu għadhom mhux miżżewġin). Ħallilha d-dar u waqaf mir-relazzjoni hekk. Margaret spiċċat mitlufa f 'oċean waħida. Ġara li ftit taż-żmien wara, li ma kienx għal missierha li bħal kull lejla li kien imur sa ħdeja sab lil Margaret mitlufa minn sensija fil-kamra tal-banju. Maġenbha sab bott tal-pilloli vojt. Ċempel għall-ambulanza. Margaret setgħet tgħodda b'waħda! Wara sena tirċievi trattamenti, kollox kien ikkontrollat u bilmod setgħet terġa' tibda l-ħajja tagħha bil-mod, fil-fatt sabet xogħol f 'aġenzija tal-ivjaġġar u ħajjitha bdiet terġa' taqbad ir-ritmu. Kien ix-xahar ta' Novembru meta f 'mixja sabiex jinġabru l-flus għal min kien jgħaddi minn esperjenza kif għaddiet hi li ltaqgħet ma' John! Ovvjament minħabba dak li sofriet, ma riditix terġa' tesperjenzah, għalhekk għażlet li kemm tista' timxi bil-mod ma' John, però għall- kuntrarju John kulma jmur dejjem beda jżid l-interess fiha. Kull ċans li kien ikollu ma' Margaret kien jara kif jagħtiha l-ikbar attenzjoni, kien jara kif fil-visti li kien ikollha l-isptar kien inkun madwarha, kien jara li ma kien jonqosha xejn, u dejjem kien ġentlom f 'kull sitwazzjoni li hi kellha. Wasal il-Milied u hawn hu ppropona li tagħżel vaganza tax-xewqa tagħha fejn anka wegħedha li jibbukja żewġt ikmamar seperati sabiex hi tħossha komda. Għal dan il-ġest nobbli hi aċċetat u flimkien marru Londra u kien hawnhekk li Margret ma setgħetx iżżom it-taħbit ta' qalbha u f 'lejla li huma qattgħu ġewwa restorant ta' żmien ir-Reġina Vittorja, Margret stiednet lil John fil kamra tagħha u min hawn bdiet dik l-imħabba intima. Ikompli... Kemm kienu ilhom fl imkien Stephen u Margaret qabel ma sseparaw? L-ewwel tweġiba tajba terbaħ il- gazzetta ILLUM għal xahar b'xejn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016