Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 24 Kummerċjali Campari qed tfittex barman li jista' jagħti l-aħjar laqta kontemporanja lill-cocktails klassiċi L-industrija tal-cocktails madwar id-dinja għaddejja minn xejra popolari ħafna li l-cocktails klassiċi jingħataw laqta kontemporanja. Xarbiet bħal Negroni u Americano qed jerġgħu jżidu fil-popolarità u jkunu parti miċ-ċelebrazzjonijiet. Hu għalhekk li l-barmen madwar id-dinja qed imorru lura għall-imgħoddi biex jispiraw ruħhom għad-dinja kontemporanja. Il-cocktails klassiċi qed jerġgħu jieħdu laqta differenti biex jissodisfaw il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' konsumaturi madwar id-dinja. Peress li l-Campari hu I-ingredjent uniku tal- cocktails klassiċi bi spirtu kontemporanju, din il-marka nediet il-kompetizzjoni eċitanti Campari Barman. Din il-kompetizzjoni qed tistieden lill-barmen madwar Malta biex juru l-ħiliet tagħhom u jikkompetu għat-titlu tal- 'Campari Barman tas-Sena'. Il-kompetituri għandhom jistennewhom numru ta' sfidi u dik il-persuna li tagħti l-aħjar laqta differenti lill-cocktail klassiku, tkun iddikjarata rebbieħa. Għal aktar dettalji kif tissieħeb fil-kompetizzjoni tista' tikteb lil claudia.attard@ farsons.com jew tikkuntattja lill-Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited fuq 2381 4372. L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-28 ta' Ottubru 2016. TUACO Opticians joffru eżami tal-għajnejn b'xejn TUACO Opticians ser ikunu qed joffru eżami tal-għajnejn b'xejn meta persuna tixtri frame tad- ditti Ray-Ban, Vogue jew Oakley. L-optometristi jirrakkomandaw li kulħadd għandu jeżamina għajnejh tal-inqas darba kull sentejn. Din l-offerta, għalhekk, għandha sservi tajjeb bħala inċentiv biex wieħed jeżamina għajnejh mhux biss għal vista, imma wkoll biex jiċċekkja s-saħħa tal- għajnejn. Adrienne Despott, il-Maniġer Ġenerali ta' TUACO Opticians, tispjega: "Irrispettivament jekk wieħed jilbisx nuċċali jew le, l-eżaminazzjoni regolari tal-għajnejn hi importanti għax ġeneralment l-għajnejn, meta jkun hemm xi ħaġa ħażina, ma jweġġgħux mal- ewwel. L-eżami tal-għajnejn hu importanti għas-saħħa tal-għajnejn għax jista' jagħraf sinjali bikrin fil-kundizzjoni tal-għajnejn qabel ma wieħed jinduna bis-sintomi." Peress li għadha kemm bdiet sena akkademika ġdida, TUACO Opticians qed iħeġġu lill-ġenituri biex jagħrfu li l-vista hi parti kruċjali għas- suċċess tat-tfal tagħhom fl-iskola. L-eżami tal-għajnejn jista' jgħin lit-tfal jibdew il- lezzjonijiet tal-iskola mingħajr diffikultajiet fil-vista. "Ħafna drabi jkun diffiċili għall-membri tal-familja li jidentifikaw problemi fil-vista u għalhekk ma jindunawx bihom. Eżami regolari tal- għajnejn jista' jagħraf problemi fil-vista minn stadju bikri u jikxef kundizzjonijiet li huma trattabbli qabel mal-ħsara tkun irriversibbli," kompliet Despott. L-eżami tal-għajnejn, li jiswa €25, qed jingħata mingħajr ħlas għal żmien limitat minn TUACO Opticians ma' kull xirja ta' frames jew lentijiet tad-ditti magħrufa Vogue Eyewear, Ray-Ban, u Oakley. Il-vawċer tal-għajnejn jista' jintużaw minn kulħadd, u jista' jissarraf mill-ewwel jew sa sitt xhur mid-data tax-xiri għand TUACO Opticians. Għażla wiesgħa tal-aħħar disinji ta' nuċċalijiet hi disponibbli għand TUACO Opticians, fi Triq Melita, jew fi Triq San Ġwann, it-tnejn fil-belt Valletta. Għal aktar tagħrif jew għall-appuntament mal-ispeċjalisti tal-għajnejn, wieħed jista' jċempel lil TUACO Opticians fuq in-numru tat- telefon 2122 1848, jibgħat imejl: tuaco.opt@gmail.com jew iżur s-sit: http://www. TUACO.com L- għajnejn għandhom ikunu ċċekkjati b'mod regolari FIMBank iniedi kampanja ġdida li tiffoka fuq qwiel Maltin Bħala parti mill-programm tiegħu ta' inizjattivi ta' Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, FIMBank plc nieda serje ta' filmati qosra li jiffukaw fuq qwiel Maltin u t-tifsiriet tagħhom. Il- kampanja 'X'jgħid il-Malti?', issegwi s-serje popolari ħafna li ntweriet is-sena l-oħra, intitolata 'Kelma Kuljum', u li kienet nediet l-isforzi ta' FIMBank sabiex ikun hemm apprezzament akbar tal- lingwa Maltija. Din hija t-tielet sena konsekuttiva li fiha FIMBank ipproduċa kampanja ffukata fuq il-patrimonju Malti. F'kull filmat tas-serje 'X'jgħid il-Malti?', it-telespettaturi jingħataw iċ-ċans sabiex jaqtgħu t-tifsira tal-qawl li jkun qed jingħad. Wara ftit sekondi, tingħata r-risposta korretta. Il-filmat li jispjega l-qawl, juri xogħol ta' snajja' magħmula bl-idejn, li jkunu konsistenti mat-tema tal-qawl magħżul. Dan il-kunċett innovattiv u kreattiv adottat mill-FIMBank għal 'X'jgħid il-Malti?', jirnexxielu jikkomunika t-tifsira ta' dawn il-qwiel b'mod effettiv, u għandu jqanqal l-interess kemm tat-tfal kif ukoll tal-kbar. "L-għan ta' din is-serje huwa li nenfasizzaw l-użu ta' qwiel Maltin fid-diskors ta' kuljum, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-messaġġ tal-kampanja popolari tas-sena l-oħra, 'Kelma Kuljum', dwar is-sbuħija tal-lingwa Maltija. Is-suċċess ta' din is-serje wera biċ-ċar l-interess qawwi li l-Maltin għandhom fil-lingwa tagħhom. Dan jagħmel 'X'jgħid il-Malti?' proġett ideali sabiex insegwu fuq din ir-rotta matul l-2016 u l-2017", ikkummenta Murali Subramanian, Kap Eżekuttiv ta' FIMBank plc. Il- kampanja tikkonsisti f 'numru ta' filmati, b'kull wieħed jiffoka fuq qawl differenti. Dawn għandhom jidhru seba' darbiet kuljum fuq TVM u TVM 2, matul il-bqija tal-2016 u fl- 2017, u ser jiġu murija wkoll fuq il-paġni tal- midja soċjali tal-Bank.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016