Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Gżira U. .......................... 1 Birkirkara ...................... 7 BIRKIRKARA kienu wisq superjuri għal Gżira United u umiljawhom meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 7-1. Huma fetħu l-iskor mal- ewwel azzjoni denja ta' nota li ħolqu meta f 'kontrattakk veloċi wara biss tmien minuti logħob, Srdan Dimitrov żmarka lil Frank Temile, li min-naħa tiegħu għadda lejn Vito Plut li xeħet f 'lasta vojta. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Istripes komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-51 minuta rduppjaw l-iskor meta Cain Attad xeħet kross perfett lejn Mislav Andelkovic li permezz ta' daqqa ta' ras għadda l-ballun lejn Srdan Dimitrov li permezz ta' xutt fuq in-nofs dawra minn ġol- kaxxa ra l-ballun jintemm wara Jamie Azzopardi. Tliet minuti biss wara, Birkirkara skorjaw it-tielet gowl permezz ta' xutt mill- isbaħ mid-distanza ta' Ryan Scicluna, li approfitta mill-fatt li l-goalkeeper tal-Maroons Jamie Azzopardi nqabad barra minn postu. Minuta biss wara, l-Istripes skorjaw ir-raba' gowl meta Vito Plut għadda għan- nofs lejn il-captain Gareth Sciberras li minn qagħda ferm ideali tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-73 minuta Birkirkara għamluhom ħamsa meta Shaun Bajada xeħet kross perfett lejn Frank Temile li permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. Jidher li l-Istripes ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fil-75 minuta, huma għamluhom sitta permezz ta' ġmiel ta' gowl ieħor din id-darba minn Srdan Dimitrov permezz ta' xutt bid-dawra minn tarf il- kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Jamie Azzopardi. Gżira United naqqsu l-marġni tal-iskor fis-77 minuta permezz ta' xutt b'saħħtu ferm minn tarf il- kaxxa tal-attakkant Moises Avila Perez liema gowl seta' jitqies bħala dak tal- bandiera għalihom. Fl-84 minuta Birkirkara skorjaw is-seba' gowl meta Matthew Guillaumier b'teknika kbira indirizza cross-shot mil-lemin li ntemm fix-xibka. Fil-ħin miżjud, Gżira United spiċċaw il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-goalkeeper Jamie Azzopardi hekk kif ir-referi Glen Tonna ġġudika li huwa kien qabad il-ballun b'idu minn barra l-kaxxa, biex b'hekk Gianmarco Conti kellu jassumi r-responsabbiltajiet ta' goalkeeper minħabba li l-Maroons kienu diġà affetwaw is-sostituzzjonijiet kollha. Gżira U - Azzopardi, Ledesma (Nwoba 76'), Conti, De Queiroz Machedo Neto, Corbolan, Bondin (Gatt Baldacchino 62'), Avila Perez, Borg, Scerri, Diamoutene, Tonna (Falzon 62') Birkirkara - Kopric, Bubalovic, Sciberras (Guillaumier 62'), Andelkovic, Dimitrov, Plut, Vukanac, Temile, Zerafa (Bajada 55'), Attard (Muscat 69'), Scicluna Referi - Glen Tonna SRDAN DIMITROV Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta f 'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin mhux biss ta' Birkirkara, iżda fil- Kampjonat BOV Premier b'mod ġenerali. Birkirkara wisq superjuri għal Gżira United Konfront għall-ballun bejn Gareth Sciberras u Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma Ritratt: Christine Borg Ritratt: Chrissie's Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016