Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Balzan ........................3 Ħamrun S. ..................1 BALZAN irritornaw għar-rebħ u kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika meta għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta' 3-1. It-tim immexxi minn Oliver Spiteri kien l-aħjar tim tul id-90 minuta u kompla jikkonferma li f 'Mejju li ġej se jkun fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal- Kampjonat. Huma kellhom bidu perfett u fetħu l-iskor wara biss 50 sekonda grazzi għal Alan da Silva Souza li dar ma' difensur avversarju qabel għeleb lil Matthew Farrugia permezz ta' xutt angulat mil-lemin. Minuta biss wara l-istess attakkant Brażiljan kien sfortunat li laqat il-wieqfa permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa. Bojan Kaljevic irdoppja l-iskor għal Balzan fis-26 minuta meta wara li rċieva minn pass perfett minn fuq ix- xellug, avvanza fil-kaxxa u tefa' l-ballun wara Matthew Farrugia. Madankollu, l-Ispartans naqqsu l-marġni tal-iskor fit-42 minuta meta wara li rċieva minn corner ta' Leandro Motta mix- xellug, għola tajjeb Patrick Jean Teixeira Maia li ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jistampa mal- wieqfa, iżda mir-rebound l-istess plejer għamel żgur li jitfa' l-ballun fix- xibka u fil-fatt irnexxielu. Balzan għamlu l-iskor 3-1 favurihom li kellu jkun l-iskor finali fit-63 minuta grazzi għal Alfred Effiong li wara li rċieva l-ballun mingħand Paul Fenech mil- lemin, huwa tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' xutt tajjeb minn ġol-kaxxa. Balzan - Janjusevic, Arab, Kaljevic (Piciollo 72'), Giglio de Oliveira, Bezzina, Fenech, Effiong (Nafti 67'), Grima, Agius (Cipriott 85'), Da Silva Souza, Micallef. Ħamrun S. - Farrugia, Chircop, Teixeira Maia (Giusti 60'), Borg, Vergara Rodrigues, Nanapere, Sciberras, Motta dos Santos, Grech, Dos Anjos Raphael, Mifsud Triganza (Falzon 82'). Referi - Fyodor Zammit ALAN DA SILVA SOUZA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Balzan matul l-istaġun li għadda wara li qabel kien lagħab ma' Valletta. Skorja l-ewwel gowl mit-tlieta ta' Balzan f 'din il-partita. Balzan jirritornaw għar-rebħ u jikkonsolidaw posthom fil-quċċata Il-captain ta' Balzan Dylan Grima jipprova jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' Ħamrun Spartans Ritratt: Dominic Borg Ritratt: www.bov.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016