Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Mosta .........................0 Floriana .....................1 KELLU jkun gowl uniku tal-captain ta' Floriana, Nicolas Hernan Chiesa, li ta r-rebħa u t-tliet punti lill-Greens, meta lbieraħ huma affrontaw lil Mosta fil-Victor Tedesco Stadium. Permezz ta' din ir-rebħa, Floriana rritornaw għar-rebħ wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet temmew il-konfront kontra Hibernians fi draw ta' mingħajr gowls, waqt li għal Mosta din kienet it-tieni telfa minn tliet logħbiet u b'hekk baqgħu jokkupaw it-tieni post mill-aħħar tal-klassifika b'seba' punti minn disa' logħbiet. Il-Blues affetwaw xejn inqas minn sitt tibdiliet mit-tim li fl-aħħar partita temm il-konfront kontra Tarxien Rainbows fi draw ta' 1-1, hekk kif Yenz Cini, Gabriel Bezak, Dany Djoufack, Jaroslav Repa, Edin Murga u Lucky Victor Oseghale ħadu post Manuel Bartolo, Luca Martinelli, Ricardo Martin, Kemar Reid, Martin Vlcek u Njongo Priso rispettivament. Min-naħa l-oħra, għal Floriana, Matthew Grech ħa post Justin Haber bejn il-lasti waqt li Enzo Ruiz, Steve Pisani, Gustavo Amadio u Ignacio Varela ħadu post Andrè Scicluna, Clyde Borg, Ryan Camenzuli u Maurizio Vella. Floriana skorjaw il-gowl tar-rebħa sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta wara throw-in mil- lemin, il-ballun ġie mxellef minn difensur ta' Mosta, qabel ma l-captain Nicolas Hernan Chiesa tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Blues, Yenz Cini. Mosta - Cini, Bezak, Vella, Djoufack, Magro, Xuereb, Repa (Caruana 79'), Murga (Martinelli 46'), Oseghale, Degran Jackson (Borg 87'), Atkinson Floriana - Grech, Monticelli, Pepe, Ruiz, Pisani, Varela, Pisani, Amadio (Camenzuli 53'), Cini, Samb, Chiesa (Borg 77') Referi - Malcolm Spiteri minn Cristian Antony Muscat Valletta .................... 1 Tarxien R .................. 0 VALLETTA għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl tant importanti għalihom jasal minn Michael Mifsud, biex b'hekk komplew iżommu l-pass ma' Balzan u Birkirkara. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel okkażjoni perikoluża wara 10 minuti meta wara li rċieva minn kross mix- xellug, Sergio Fernandez Prendes ra t-tentattiv tiegħu jiġi milqugħ minn Dzukas Bartkus. Valletta rrispondew fl-20 minuta b'azzjoni taż-żagħżugħ b'futur mill-aqwa quddiemu, Jean Borg li iżda ra x-xutt tiegħu jintemm barra. Iżda Tarxien Rainbows bdew juru logħob tajjeb u fit-33 minuta, wara li rċieva minn corner ta' Triston Caruana, għola tajjeb Emerson Marcelina li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tintemm għoli. Fit-38 minuta kien Jhonnattann Benites da Conceicao għal Valletta li xuttja għoli mill-viċin, biex b'hekk l-ewwel taqsima għalqet fi draw ta' mingħajr goals. Valletta reġgħu ħolqu l-periklu fis-56 minuta b'xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa ta' Jhonnattann Benites Da Conceaicao, bil-goalkeeper Andrea Cassar isalva ferm tajjeb. Tliet minuti biss wara li daħal fl-azzjoni fejn ħa post Jean Borg li kellu jħalli l-grawnd minħabba li weġġa', kellu jkun is- sostitut Michael Mifsud li jiskorja l-gowl tar-rebħa għall-Beltin fil-75 minuta permezz ta' xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Andrea Cassar li jsalva. Ir-Rainbows ipprovaw iwettqu reazzjoni iżda kien kollu għalxejn meta fis- 77 minuta, freekick tas- sostitut Claudio Frances għadda għoli. Valletta - Bartkus, Caruana, S. Borg, Camilleri, Malano (Cremona 78'), J. Borg (Mifsud 72'), Falcone, Pani, Aguirre, Benites Da Conceicao (Azzopardi 83'), Concalves Alinho Tarxien R. - Cassar, Baker, Caruana (Galea 81'), Ponce De Leon Garcia, Nillson, Marcelina, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paxao Alves, Zammit (Frances 54'), Borg (Micallef 84') Referi - Mario Apap NICOLAS HERNAN CHIESA Twieled fis-26 ta' Mejju 1980 fl-Arġentina. Skorja l-gowl tant importanti għal Floriana f'din il-partita. Jilgħab fl-irwol ta' midfielder offensiv u huwa l-captain ta' Floriana. Ingħaqad ma' Floriana fil-bidu tal-istaġun li għadda mingħand it-tim Taljan li jimmilita fil-Lega Pro, Lupa Castelli Romani. Gowl uniku tal-captain Chiesa jagħti t-tliet punti lil Floriana CLAUDIO PANI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Valletta matul l-istaġun li għadda. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Fil-passat lagħab ukoll ma' Cagliari fis-Serie A. Valletta jiksbu rebħa minima kontra Tarxien Rainbows Ritratt: Christine Borg Ritratt: MFA Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Jane Farrugia Dwell għall-ballun bejn Steve Borg u Kurt Zammit Il-captain ta' Floriana Nicolas Hernan Chiesa jindirizza xutt lejn il-lasti avversarji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016