Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

minn Cristian Antony Muscat LISEM ta' Sera Baldacchino ftit li xejn kien magħruf fl-ambitu tal-isport lokali sa ftit tal-ġimgħat ilu, qabel nhar is-Sibt 15 ta' Ottubru, Sera kisbet unur kbir għalija nnifisha meta fl-ewwel darba li ħadet sehem f 'kompetizzjoni tal-Bodybuilding, imsejħa 'Bikini Fitness' organizzata min-NABBA Malta, hija kklassifikat fil-pożizzjoni prestiġjuża tat-tielet post. M'hemmx dubju li dan mhxu se jkun l-ewwel u l-uniku suċċess ta' Sera hekk kif kollox qed jindika li hija għandha futur mill-isbaħ jistennieha f 'dan l-isport li tant tħobb. Biex ikollha iktar informazzjoni rigward dan, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Sera Baldacchino nnifisha fejn tatna iktar dettalji rigward din il-kompetizzjoni li kienet involuta fiha kif ukoll rigward id-diversi preparazzjonijiet u t-taħriġ intensiv li kellha tagħmel qabel irnexxielha tikseb suċċess fl-imsemmija kompetizzjoni. Hija affermat li: "Minn dejjem kont tifla dedikata u nħobb l-isport però qatt ma sibt linja li kienet iġġiegħlni nkompli u nipprova biex niġi aħjar. Minn t'età żgħira kont inbati bi problema ta' piż u l-battalja tiegħi kienet dejjem biex nitlef iktar piż. L-ewwel dieta li bdejt kienet meta kien għad kelli biss 11-il sena biss. Waqt żmien ta' skola kien irnexxieli nonqos madwar sitt kilogrammi, però minħabba l-eżamijiet u pressjoni ta' skola, il-piż kien jerġa' jitla' f 'ħakka t'għajn. ghall min jafni jidiskrivuni bhala tfajla simpatika u dejjem tidħak però minn ġewwa l-problema tad-dieta kienet tikolni ħajja, b'tgħajjir mingħand ġuvintur u żgħażagħ u tip ta' paroli li jintqal waqt ħruġ fi tmiem il- ġimgħa, is-'self-esteem' baqa' nieżel sa ċertu punt li meta kien jasal is-sajf kont nieħu qatgħa kbira u ma nersaqx lejn baħar u nġib skuża biex ma ngħum. Sena wara sena beda jirnexxieli nonqos ftit u ltqajt ma' xi ħadd li ssuġġerieli lil Susan Borg 'nutritionist' personali u 'training advisor' biex tiggwidani aħjar hi. Mort l-ewwel darba għandha madwar erba' snin ilu u f 'sitt xhur nqast 12-il kilo! Minn dejjem kienet tħeġġiġni u tħambaq li jekk nagħmel moħħi hemm kelli figura tajba biex nikkompeti f 'kompetizzjonijiet lokali iżda dik kienet ħaġa li lanqas biss kont ħlomtha, aħseb u ara nagħmel kuraġġ u nagħmilha. Kont naqta' qalbi malajr u t-triq kienet twila ferm biex tkun tajba u lesta biex titla' fuq palk quddiem dawk in-nies kollha. Ġimgħa wara oħra li dejjem nżur lil Susan biex tara l-kambjament li nkun għamilt, fl-aħħar ikkonvinċietni biex nibda nagħmel taħriġ personali ma' Isabelle Zahra u tittrenjani u tiggwidani fi sport tal-ħadid ġo gym! Minn tliet snin ilu 'l hawn kien irnexxieli ninżel minn size 14 sa size 8 u minn hemmhekk, is-sena li għaddiet bis- saħħa tal-għarus tiegħi Matthew Grech rabbejt kuraġġ u applikajt għall- programm Malti, Liqourish. Ir-raġuni kienet biex inkun soda u nżomm f 'moħħi li l-moħħ jekk tgħidlu li int kapaċi tagħmel xi ħaġa, kull sfida u ostaklu li jiġik f 'ħajtek, tista' tegħlbu! Kont iffortunata li kelli opportunità tal-ġenn u ntagħżilt. F'Jannar tal-2016 nista' ngħid li nfetħuli ħafna bibien f 'ħajti għax kont qed insir aktar pożittiva fil-ħajja - nagħmel dak kollu li jagħmel lili kuntenta u ma nagħtix kas x'jaħsbu n-nies! Bis-saħħa ta' dan ir-reality show jien ġejt indipendenti u tgħallimt il- valur tal-ħajja. Madwar għaxar ġimgħat ilu, Susan qaltli b'din il- kompetizjoni tal-fitness u spjegatli l-proċess ta' dieta li trid tagħmel biex tikkompeti għall-Miss Bikini Model. Hija qaltli li l-kliem: "le jien ma rridx nieħu sehem," ma riditx tismagħhom u riditni nkun soda u niġġieled biex nieħu pass ieħor f 'ħajti. Din kienet tikkonsisti minn dieta stretta u taħriġ ta' ħadid ħames darbiet f 'ġimgħa għal tmien ġimgħat sħaħ! Fil-bidu kont sibtha diffiċli. Ridt nagħmel moħħni hemm biex nonqos ċertu piż u nkabbar il-muskoli ħalli jkolli ċans tajjeb biex nikkompeti. Meta kont inkun fi stat ta' għejja u naqta' qalbi nħares lejn il-mera, kien ikolli kuraġġ nispiċċa dak li bdejt u li jien kapaċi biżżejjed biex nagħmel dak kollu li kelli f 'moħħi. Il-ġimgħa tal-kompetizzjoni kienet waslet u bil-kapaċità ta' Susan Borg u Isabelle Zahra kien irnexxieli ninżel madwar 10 kilogrammi oħra. Jien kburija ngħid li kkompetejt l-ewwel darba fuq palk f 'kompetizjoni tan-Nabba u ġejt it-tielet! Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Susan Borg, Isabelle Zahra, l-għarus tiegħi Matthew Grech, il- familja u ħbieb għall-paċenzja kollha li ħadu bija u għal kuraġġ kontinwu li tawni għax bis-saħħa ta' dawn in-nies jien ninsab soda u rabbejt kuraġġ u fl-aħħar sibt passatemp ferm għal qalbi u żgur li ħa nibqa' nikkompeti fil-futur," temmet tgħid Sera Baldacchino. illum Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Sports 32 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 'Kburija ngħid li kkompetejt għall-ewwel darba u ġejt it-tielet' - Sera Baldacchino Sera Baldacchino -azzjoni waqt il-Kampjonati tal- Bodybuilding organizzati min-NABBA Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016