Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582
M'għandix dubju li wara dan is- suċċess kbir li diġà rnexxielek tikseb fil-karriera tiegħek, għalkemm għad għandek biss 14 - il sea, tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni... Hekk hu. Nixtieq nesprimi l-gratitudni sinċiera tiegħu lil dawk il-persuni kollha li b'xi mod jew ieħor kienu viċin tiegħi, speċjalment matul il-jiem li fihom ħadt sehem b'suċċess fil-Kampjonati Ewropej tal-Juniors. Primarjament, nixtieq nirringrazzja lill-kowċ tiegħi, Fabio Lavazza, lill-physical trainer tiegħi, Ennio Capano, kif ukoll lill- psikologa tal-isport Adele Muscat tal-ħin u l-paċenzja tagħhom biex jixprunawni biex insir champion. Nirringrazzjahom tal-fiduċja assoluta li urew fija meta kelli d-dubji tiegħi fuq jekk kontx se nirnexxi jew le u talli dejjem qaluli li jien stajt nasal fejn ridt, meta jien ma kontx nemmen li tabilħaqq kont se nasal. Radd ta' ħajr imur ukoll għall-aġenti tiegħi 'Sport Team Management' u lill-isponsors tiegħi 'Nike' u 'Wilson' talli dejjem jemmnu fija. Ma nistax ma nsemmix lill- ġenituri tiegħi - fejn kont inkun mingħajrhom? Ninsab fit-triq tas- suċċess minħabba l-fatt li l-ġenituri tiegħi qatt ma ħallewni nadqef għal rasi jew tawni l-ġenb b'xi mod jew ieħor. Nirringrazzjahom minn qalbi talli ssagrifikaw ħajjithom biex jarawni nirnexxi u nikseb l-għanijiet tiegħi fil-ħajja, speċjalment fl- isport li jien nipprattika. Fl-aħħar iżda żgur li mhux l-inqas, nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lill- kumplament tal-familja tiegħi tas- sapport u tal-inkoraġġiment li jtuni kontinwament, kif ukoll lill-pubbliku Malti u lill-partitarji internazzjonali kollha tiegħi. Ngħid grazzi lil kulħadd - is-sapport kontinwu tagħkom għamilni dak li jien illum u ttrasformani f 'persuna u atleta aħjar. Għaddi l-messaġġ finali tiegħek lejn dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fit-tennis. Taqtgħu qalbkom qatt. Jekk temmnu f 'xi ħaġa, taslu għaliha żgur! Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 35 Ewropeja tat-Tennis tal-Juniors "Kienet esperjenza tal-ġenn, għaliex lgħabt kontra tennisti minn madwar id-dinja kollha u ninsab vera sodisfatta li għamilt xi ħaġa importanti kemm għalija nnifsi kif ukoll għal pajjiżi" Twieldet fis-17 t'April 2002, ġewwa Malta. Hija l-ewwel tennista Maltija li qatt rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal- Juniors. Tinsab fl-ewwel post fir-rankings Ewropej tal- Juniors. Hija kisret rekord ieħor meta din id-darba saret l-ewwel tennista Maltija li rebħet il-Kampjonat Ewropew tal- Juniors. F'Ottubru tal-2015, Pellicano kienet saret l-ewwel tennista Maltija li rebħet it- titlu tal-Juniors Masters filwaqt li saret ukoll l-ewwel tennista li kienet is-seed numru wieħed fis-settur taż-żgħażagħ fl-Ewropa. Hija kkowċjata mill-kowċ Taljan, Fabio Lavazza. HELENE PELLICANO