Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Imħabba: Mument feliċi fejn tidħol l-imħabba però trid tagħraf tkompli tkattar ir-relazzjoni tiegħek u tibqa' tagħti l-attenzjoni li jkun hemm bżonn Karriera: Għalkemm għaddejjin ħsibijiet ta' tibdil, agħraf agħmel it-tibdil f 'waqtu. Bidla taf iġġib magħha aktar responsabbiltà Tbassir: Aħbar ta' persuna mill-passat taf tfixklek. Irrispetta dak li int għandek madwarek Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 27 u 35. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Imħabba: Nuqqas ta' attenzjoni lejn il-partner tiegħek taf tirriżulta fi ftit battibek. Evita dan avolja qiegħed taħt pressjoni. Ibbilanċja. Karriera: Ir-responsabbiltà li bħal qisha dejjem qiegħda tiżdied, qed tagħmlek nervuż. Sib ħin fejn tirrilassa ħalli tkun mentalment tajjeb. Tbassir: Minħabba pressjoni li fix xhur li ġejjin se tikber, taf toħloq pressjoni wkoll fir-relazzjoni tiegħek. Ilqgħalha minn issa. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 10, 26 u 31. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Imħabba: Tkunx rasek iebsa dwar proposta li l- partner tiegħek ippropona. Anzi, agħti l-appoġġ kollu għal dak mitlub. Karriera: Sitwazzjoni li esperjenzajt se ġġiegħlek toqgħod lura minn dawk li tafda. Tagħmel tajjeb jekk tagħraf dan. Anzi, moħħok hemm. Tbassir: Deċiżjoni li trid tagħmel, u se tagħmel, se taffetwa l-mad- war tiegħek. Għalhekk, agħraf żomm il-bilanċ. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 22 u 38. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Imħabba: Għalkemm esperjenzajt mument diffiċli, xorta waħda għandek iżżomm il-moral ta' madwarek pożittiv. Karriera: Issa huwa l-mument li int għandek bżonn tieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħek. Bidla taf tkun tajba. Tbassir: Pjan ta' vaganza ikun pjan tajjeb sabiex din tagħtik dak il-kuraġġ li wara, int trid li jkollok fiż-żmien li ġej Kuluri favoriti ma' taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 17, 22 u 35. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Imħabba: Attenzjoni aktar lejn il-partner tiegħek hi meħtieġa. Tajjeb jekk toħloq xi forma ta' sorpriża. Agħti iktar attenzjoni. Karriera: Taqlib li qiegħed jiġri madwarek, m'għandux ifixklek. Għalkemm għaddej minn mu- ment diffiċli, ibqa' ssielet. Tbassir: Deċiżjonijiet li hemm bżonn isiru, iridu jittieħdu. Xi ftit ta' piż se jkun hemm, imma dan se jġib tibdil pożittiv. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Imħabba: Għalkemm tħoss li qiegħda f'sitwazzjoni stabbli, qatt isserraħ dak kollu fuq li hemm. Karriera: Deċiżjoni li se tieħu dwar tibdil f'dak li int tagħmel, ara li tkun kemm jista' jkun ċert li dan huwa għall-aħjar. Tbassir: Sajjetta fil-bnazzi taf toħloq bidla fil-ħajja ta' madwarek. Ħu kollox skont il-mument li tkun fih. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 19, 27 u 30 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Imħabba: Billi żżomm iebes m'int se takkwista xejn. Agħraf ir-rapun tiegħek u kompli żomm bilanċ bejnietkom. Karriera: Li żżid iktar il-ħidma tiegħek huwa tajjeb f 'dan il-mument, imma trid tgħaraf iżżom bilanċ fil- madwar tiegħek. Tbassir: Agħraf sib ħin ta' mistrieħ ukoll sabiex tevita minn tensjoni żejda li taf li tpoġġik f 'qagħda negattiva. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 26 u 32. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settem- bru Imħabba: Agħraf it-tajjeb minn dak li bħalissa hemm. Xi kultant jiġru sitwazzjonijiet sabiex wieħed jagħraf aktar. Karriera: Għalkemm qiegħda żżidlek pressjoni fuqek. Int żomm kawt sabiex turi aktar il-ħiliet tiegħek. Tbassir: Bidla li ġejja madwarek taf għall-ewwel issibha diffiċli sabiex tadatta għaliha, però din tkun ta' gwadann għalik. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 16, 23 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottu- bru Imħabba: L-isfond romantiku għandu jkun ik- tar ġewwa fik sabiex ir-relazzjoni li għandek tagħtiha n-nar. Karriera: Deċiżjoni dwar jekk għandekx tbiddel jew iżżid u qed tagħmlek konfuż. Għalissa, żomm lura minn dan. Tbassir: Pjan ta' xiri ta' xi dar għandu jittieħed b'aktar interess minn kull aspett. Agħraf li tkun viċin tal-baħar. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 14, 29 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Imħabba: Bil-pressjoni żżid madwarek, xorta waħda għandek tagħti l-attenzjoni meħtieġa lejn il-partner tiegħek. Karriera: Jekk bħalissa qed tħoss ċertu pressjoni tikber, l-aħjar tieqaf għal ftit sakemm int tkun aħjar. Agħraf dan. Tbassir: Ċaqliq li int tixtieq isir, imma jaf ikun wieħed aktar bil- mod. Int żomm lilek fil-pożittiv. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn 8, 17, 25 u 31. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Imħabba: Jekk taħseb li tista' treġġa' l-arloġġ lura sejjer ikun ta' xi forma ta' xi gwadan għalik se jkun żball. Karriera: Saħħaħ dak li int għandek madwarek. Għandek bżonn tagħti aktar attenzjoni f 'dak li qed tagħmel issa. Tbassir: Deċiżjoni li int trid tieħu se tagħmel effett pożittiv kemm lilek u kemm għal dak li int qed taspira. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 12, 23 u 39. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Imħabba: Il-passat għandu jibqa' passat. Jekk int ħa terġa' tmur għal passat se tagħmel żball b'dak kollu li jista' jġib miegħu. Karriera: Minn dak li skoprejt, indunajt li trid taħdem ferm iktar milli ħsibt, però l-għan tiegħek jintlaħaq xorta. Tbassir: Sitwazzjoni ta' kunflitt se tersaq lejk, u dan jaf ikun ta' uġigħ ta' ras. Agħraf il-bżonn tiegħek biss. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 16, 25 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 27 add 30 ta' Ottubru 2016 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Meta tistaqsi għas-servizzi ta' PaulJon, int x'issejaħlu? 1. Tax-Xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagħtu t-tweġiba tagħkom b'SMS fuq 99013600 L-ewwel tweġiba tajba tieħu xahar b'xejn gazzetta ILLUM bil-posta b'kollox Kompetizzjoni IRBAĦ ma' PaulJon ! Inkompli nilqa' l-kummenti tagħkom. L-aħjar 7 kummenti jidhru fl-aħħar ħarġa tax-xahar!