Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
illum Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R .................. 2 Balzan. ..................... 2 KELLU jkun is-sostitut Abdelkarim Nafti li permezz ta' freekick pinġut fil-ħin miżjud salva punt għal Balzan hekk kif Tarxien Rainbows kienu ilhom fil-vantaġġ għal ħin sostanzjali. Kienu r-Rainbows li rnexxielhom isibu x-xibka propju fl-ewwel azzjoni denja ta' nota li ħolqu meta fil-11-il minuta l-captain Triston Caruana żmarka lil Alex Nillson fuq ix-xellug li b'ċertu abbiltà għeleb lill-goalkeeper ta' Balzan, Christian Cassar. Balzan wettqu reazzjoni mmedjata u ftit wara, l-attakkant Niġerjan naturalizzat Malti Alfred Effiong temm azzjoni tajba billi dar ma' plejer avversarju iżda ra x-xutt tiegħu jintemm ftit għoli. Ir-Rainbows ħarġu qishom iljuni fil-ftuħ tat-tieni taqsima u ta' dan ġew ippremjati meta fil-51 minuta rduppaw l-iskor meta wara li rċieva minn assist ta' Daniel Ponce de Leon Garcia, Alex Nillson mix-xellug avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel tefa' l-ballun wara Christian Cassar, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Balzan kellhom bilfors iwettqu reazzjoni immedjata u fil-fatt hekk għamlu tant li fil-55 minuta rnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor, meta wara li l-goalkeeper Andrea Cassar, imblokka cross mil- lemin, huwa ma żammx, biex kien pront l-attakkant Brażiljan Alan Da Silva Souza li minn qagħda ideali tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-82 minuta, Balzan spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-player Elkin Orlando Serrano Valero wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit-tieni waħda jirċeviha wara foul fuq Julian Galea. Madankollu, għalkemm bi plejer inqas, huma xorta waħda rnexxielhom jiskorjaw gowl drammatiku li salvalhom punt prezzjuż fil-ħin miżjud eżattament fit-92 minuta permezz ta' freekick mill-isbaħ mix- xellug ta' Abdelkarim Nafti. Tarxien R. - Cassar, Baker, Caruana, 8 - Daniel PoncDe Leon Garcia, Nillson (Galea 81'), Marcelina, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paxao Alves, Borg, Frances (Zammit 86') Balzan - Cassar, Fenech, Arab, Kaljevic (Micallef 61'), Giglio De Oliveira (Agius 69'), Bezzina, Serrano Valero, Effiong, Grima, Piciollo (Nafti 57'), Da Silva Souza Referi - Stefan Pace ALEX NILLSON Irreġistra doppjetta personali f 'din il-logħba. Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows f 'Jannar li għadda bil-kuntratt tiegħu mar- Rainbows jintemm fi tmiem dan l-istaġun. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jinsabu jilagħbu f 'Malta fil-preżent. Freekick pinġut ta' Nafti jsalva punt lil Balzan Claudio Frances segwit minn Samir Arab Ritratt: Dominic Borg