Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Intervista 12 'Tpejjep int… ipejpu It-tipjip fil-karozzi fil-preżenza ta' tfal taħt is-16-il sena se jkun illegali u penalizzat. L-ILLUM tħares lejn l-effetti tas-'second hand' smoking fuq it-tfal u l-infurzar tal- liġi l-ġdida A ktar kmieni din il-ġimgħa, il- Ministru tas-Saħħa Chris Fearne nieda uffiċjalment il- kampanja kontra t-tipjip fil-karozzi fil-preżenza tat- tfal, li se ssir effettiva minn Jannar tas-sena d-dieħla. Kienet l-ILLUM li żvelat dan fil-ħarġa ta' lejliet il-Baġit fi storja li wasslet għal reazzjoni qawwija mingħand il-qarrejja, bil- maġġoranza tagħhom ikunu favur. Din il-miżura ddaħlet fil-Baġit fuq l-insistenza tal-Ministru Chris Fearne. Malta se tkun is-sitt pajjiż tal- Unjoni Ewropea li se ddaħħal din il-leġiżlazzjoni, flimkien mar-Renju Unit, Franza, l-Italja, l-Irlanda u Ċipru, immirata biex tkompli l-ġlieda kontra t-tipjip passiv. Dan speċjalment fid-dawl ta' żieda fl- inċidenza ta' problemi respiratorji fit-tfal u fl-adolexxenti f 'pajjiżna stess. L-ILLUM tkellmet ma' Paula Vassallo, Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa, dwar l-effetti li t-tipjip iħalli fuq is-saħħa tat-tfal u dwar l-infurzar tal-liġi l-ġdida. Miżura biex tagħti vuċi lit-tfal "Nafu li meta wieħed ipejjep fil karozza, li hija spazju żgħir u ristrett, id-duħħan jibqa' fiha u jeffetwa b'mod ħażin lil kull min ikun ġo fiha, speċjalment lit-tfal, li fl-età żgħira tagħhom, għandhom pulmun żgħir u immunità baxxa, jiġi effetwat b'mod aktar ħażin minn dak tal-adulti." Vassallo spjegat lil din il-gazzetta li fi studji li saru dwar l-effett tad-duħħan tas-sigaretti f 'karozza, irriżulta li waqt li l-karozza tkun wieqfa, il-passiġġieri jkunu qegħdin jibilgħu duħħan 11-il darba aktar milli kieku jkunu f 'bar fejn in-nies ipejpu (kieku dan kien permess bil-liġi), u 7 darbiet aktar waqt li l-karozza tkun miexja. Fiċ-ċokon ta' karozza, wieħed jista' biss jimmaġina l-effett li dan id-duħħan valenuż iħalli fuq il- pulmun, speċjalment fuq dak tat- tfal, li għandhom pulmum zgħir u immunità baxxa. Minbarra l-effetti diretti relatati mas-saħħa, it-tfal m'għandhomx il-vuċi u l-jedd li jwaqqfu lill-adulti milli jpejjpu fil-preżenza tagħhom, għad-detriment ta' saħħithom. L-importanza tal-kampanja 'You smoke… they smoke' hija li tkun qiegħda tingħata protezzjoni u vuċi lit-tfal. L-effetti ħżiena li jħallu s-sigaretti fuq it-tfal, ma jillimitawx ruħhom għall-ażma u problemi ta' nifs biss, iżda anke periklu li dawn jiġu esposti għal riskji ta' kanċer. Dan minħabba l-250 kimika tossika li hemm fid-duħħan, li 50 minnhom jistgħu jqabbdu l-kanċer. "Il-prevenzjoni hija dejjem aħjar mill-kura," qalet Vassallo, "u għal tfal li m'għandhomx vuċi dwar it-tnaqqis tat-tipjip, se jkun hemm din il-kampanja biex tipproteġihom mill-effetti ħżiena tat-tipjip 'second hand'." Se jsir taħriġ biex il-Pulizija u l-gwardjani lokali jinforzaw din il-liġi Sa minn meta din il-gazzetta stess ħabbret din il-liġi qabel ma ġiet preżentata fil-baġit, ir-rispons tal- maġġoranza tan-nies kien pożittiv u bħala miżura ntlaqgħet tajjeb, peress li hija għall-benefiċċju tat-tfal. Iżda kampanja ta' edukazzjoni biss, sfortunatament qatt mhi biżżejjed biex tinforza n-nuqqas ta' tipjip fil- preżenza tal-minuri. Hu hemmhekk li tidħol il-liġi, l-infurzar min-naħa tal-forzi tal-ordni u ċitazzjonijiet mogħtija lil min jinqabad ipejjep bit-tfal fil-karozza. Għaldaqstant, min-naħa tad- dipartiment tas-saħħa, bħalissa għaddej proċess ta' taħriġ lill- Pulizija u l-gwardjani lokali dwar l-involviment tagħhom fl-infurzar ta' din il-liġi ġdida. Bl-istess mod, bħalma jinqabdu u jiġi mmultati dawk li jużaw il- mobile waqt is-sewqan, il-Pulizija u l-gwardjani lokali inkarigati mill-kontroll tat-traffiku fit-triq u dawk li jkunu stazzjonati viċin tal-iskejjel se jkollom l-awtorità jwaqqfu u jimmultaw lil dawk kollha li jinqabdu jpejpu fil-karozza li għandha minuri bħala passiġġiera. Multa lill-passiġġier u x-xufier jekk ipejjep passiġġier Vassallo spjegat li minn Jannar tal-2017, il-multa għal sewwieq li jinqabad ipejjep waqt li hemm minorenni taħt is-16-il sena fil- karozza se tkun ta' €50. Hija żieded tgħid ukoll li jekk ikun passiġġier li jinqabad ipejjep, tingħata multa ta' €50 kemm lilu, kif ukoll lis-sewwieq li suppost kien responsabbli li ma jħallix tipjip fil-karozza. L-iskop tal-kampanja huwa li jitwassal il-messaġġ għall-ġid tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-multi idealment iservu ta' detriment għal dawk li minkejja t-tagħrif u l-edukazzjoni xorta jiddeċiedu li jpoġġu s-saħħa ta' uliedhom stess fil-periklu. Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Jekk ikun passiġġier li jinqabad ipejjep, tingħata multa ta' €50 kemm lilu, kif ukoll lis-sewwieq li suppost kien responsabbli li ma jħallix tipjip fil- karozza " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016