Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Intervista 13 ipejpu uliedek' Sigaretti elettroniċi ? Taqla' multa xorta "Il-multa," saħqet Vassallo, "se tkun tkopri kemm is-sigaretti, prodotti oħra tat-tabakk u saħansitra s-sigaretti elettroniċi." Dwar dan, l-ILLUM staqsiet għal liema raġuni anke s-sigaretti elettroniċi ġew inklużi fil- projbizzjoni kontra t-tipjip fil- karozzi, peress li l-iskop tagħhom huwa infatti biex jgħinu lin-nies jaqtgħu t-tipjip. Vassallo spjegat li fil-liġi ta' Malta, anke s-sigaretti elettroniċi jaqgħu taħt prodotti tat- tabakk u għaldastant lanqas huma ma jistgħu jintużaw, u l-effett ta' dawn għadhom qed jiġu investigati. Fil-fatt minn riċerka li għamlet l-ILLUM, jirriżulta li filwaqt li s-sigaretti elettroniċi għandhom emissjoni tossika ferm inqas mis- sigaretti, id-duħħan tagħhom xorta fih ammont ta' nikotina u kimiċi oħrajn li fl-ispazju ristrett ta' karozza xorta jagħmlu ħsara lill-minuri. Dan jikkonferma li d-deċiżjoni li lanqas sigaretti elettroniċi ma jintużaw fil- preżenza tat-tfal, hija waħda tajba u ta' ġid għalihom. Min ipejjep fil-karozza quddiem uliedu m'għandux problema jagħmel l-istess id-dar L-ILLUM staqsiet lil Paula Vassallo dwar x'taħseb fuq il-fatt li min ma jsibx problema jpejjep fil-karozza fil- preżenza ta' uliedu, wisq probabbli jkun ipejjep quddiemhom anke d-dar, u għaldaqstant, it-tfal xorta jkunu esposti għall-ħsarat tad- dħaħen tas-sigaretti. Vassallo qalet li hija tifhem li ma jistax isir infurzar dwar jekk wieħed ipejjipx jew le f 'daru. Għaldaqstant id-dipartiment tas-saħħa joffri servizzi biex jgħallem u jgħin lin-nies jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip. "Aħna nixtiequ li ħadd ma jpejjep u nixtiequ ngħinu lil min jixtieq jieqaf biex jaqta' l-vizzju," qalet Vassallo hekk kif tkellmet dwar il-'Quitline' li wieħed jista' jċempel fuqu biex jitlob għajnuna, anke b'servizz personalizzat għal għajnuna dwar kif jista' jieqaf ipejjep. "L-għan tal-kampanji tagħna huwa li wieħed jieqaf ipejjep, mhux biss fil- karozza, imma kullimkien, u jifhem l-effetti ħżiena fuq saħħtu u fuq ta' madwaru," temmet tgħid Vassallo. Id-Dipartiment se jkun qed jorganizza wkoll kampanja ta' informazzjoni mmirata għat-tfal fl-iskejjel, fejn fiha, bl-istess mod bħalma l-generazzjonijiet futuri qed jiġu mgħallma dwar dieta aktar sana u bilanċjata, qed jiġu infurmati dwar l-effetti ħżiena li t-tipjip iħalli fuq is-saħħa. Dan anke bit-tama li apparti l-kampanja u l-infurzar tal-liġi kontra t-tipjip fil-preżenza tagħhom, it-tfal jidraw ukoll ikollhom aktar vuċi biex iwiddbu l-ġenituri biex ma jpejpux fil-preżenza tagħhom, għall-ġid ta' saħħet kulħadd. Ritratt: Chris Mangion Paula Vassallo Għal tfal li m'għandhomx vuċi, se jkun hemm din il-kampanja biex tagħtihom id-dritt li ma jbatux minn effetti ħżiena tat- tipjip " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016