Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
Tkompli minn paġna 1 INTANT, mal-ILLUM is- Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja saħaq li filwaqt li għandu jsir studju dwar l-impatt ta' żieda fil-paga minima, fil-kunċett, il-GWU taqbel li l-paga minima tiżdied, li l-paga tiżdied għal kulħadd u li għandha titħallas minn dawk li jħaddmu. Lil hinn mill-kunċett ta' żieda fil-paga minima, Bugeja saħaq li wieħed jeħtieġ jistudja bir-reqqa kull tip ta' proposta li ssir f 'dan is-sens. Fil-fatt, dwar dan fakkar li meta togħla l-paga minima ta' wieħed, imbagħad, ikun jeħtieġ jgħolli pagi oħrajn. "Jekk qed nitkellmu dwar żieda li mbagħad tmiss ma' dak li jaqla' ftit aktar mill-paga minima, trid tara kif se tgħolli l-pagi l-oħrajn. Għalhekk aħna iktar qegħdin nisħqu fuq il- bżonn li jkollna Living Wage." L-għaqdiet li qed jikkampanjaw favur żieda fil- paga minima iżda mhux neċessarjament jaqblu ma' dan, sostnew li ż-żieda fil-paga minima mhux neċessarjament se tkun qed taffetwa l-pagi u l-pensjonijiet kollha l-oħrajn, imma biss lil dawk il-pensjonijiet li qegħdin fil-faxxa t'isfel f 'termini ta' qligħ. 'Ġejjin Malta minħabba l-inizjattivi, mhux għax għandna pagi baxxi' "Jekk inżidu illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 14 FOR YOUR PEACE OF MIND, TRUST THE SEAL CONTACT US ON: 22486010 | INFO@LIQUIGASMALTA.COM WWW.LIQUIGASMALTA.COM | LIQUIGASMALTA MALTA MALTA MALTA CHOOSE LIQUIGAS GREEN AND YELLOW CYLINDERS Paga Minima: Irlanda: €9.15 is-siegħa, Minkejja li għandna ekonomija 'tigra' daqs tal-Irlanda, il-paga minima hija inqas minn nofs dik Irlandiża Studju Card & Krueger: Żieda fil-paga minima mhux bilfors taffetwa l-impjiegi RIĊERKA li saret minn Melchior Vella bl-isem ta' 'The Effect of Mimimum Wage on Employment in Malta' li dehret fil- 'Bank of Valletta Review', tikkwota diversi studji u konklużjonijiet dwar l-impatt ta' żieda fil-paga minima fuq l-ekonomija ta' pajjiż. L-istudju ta' Card and Krueger tal-1995 jasal għall- konklużjoni li żieda fil-paga minima jista' ma jkollhiex effett fuq l-impjiegi. L-istess studju ta' Vella jasal għall- konklużjoni li filwaqt li jibqa' jkun hemm studji u teoriji differenti dwar l-effetti ta' żieda bħal dik li qed tkun proposta minn 16-il għaqda f 'Malta, żieda fil-paga minima jista' jkollha effetti differenti. Minn naħa tista' toħoq riperkussjonijiet soċjali fis-sens li l-Gvern ikun qed jikkumpensa lil min qiegħed bil-paga minima għall-inflazzjoni u mhux lil min għandu pagiet ikbar. Min-naħa l-oħra, ir-rapport jikkonkludi wkoll li l-effett fuq il- konsum grazzi għal żieda tiġi mill-fatt li dawk li jaqilgħu l-anqas, 'jonfqu ħafna mill-proporzjon tal-qligħ f 'konsum. Dan għalhekk jista' jwassal għal żieda fid-domanda u għalhekk titjib fl- ekonomija.' Ritratt: Ivan Consiglio Josef Bugeja