Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Aħbarijiet 15 Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum is-siegħa, Malta €4.20 fis-siegħa l-paga minima, inkunu qed noħolqu effett multipliku pożittiv, għax aktar flus fil-but ifisser aktar infiq u aktar ċirkolazzjoni ta' flus fl-ekonomija," issostni l-Kampanja għal Paga Minima Diċenti. Dwar l-effetti ekonomiċi li jista' jkollha żieda fil-paga minima, l-għaqdiet filwaqt li fakkru kif diversi ekonomisti stqarrew li l-effett fuq l-ekonomija huwa minimu (ara kaxxa), fakkru wkoll li l-investiment barrani attirat lejn Malta, f 'diversi oqsma fosthom fis-servizzi finanzjarji u l-kumpaniji tal-betting, qed jiġu minħabba inċentivi u mhux għax il-paga minima Maltija hija fost l-aktar baxxa fl-Ewropa. "Qed jinvestu f 'pajjiżna grazzi għal inċentivi fiskali li jagħmlu lil Malta attraenti, għalhekk aħna nemmnu li f 'dawn is-setturi, żieda fil-paga minima mhux se tkun qed tagħmel differenza." 'Min qed jaqla' l-miljuni l-kbar kapaċi jagħmel tajjeb għal diż-żieda' Dwar is-setturi tal- kostruzzjoni u t-turiżmu, l-għaqdiet ifakkru li dawn iż-żewġ oqsma qed jaraw tkabbir bla preċedent, rekords fit-turiżmu u żidiet qawwija fl-akkomodazzjoni. Dan apparti tkabbir qawwi ħafna fil-kostruzzjoni u s-settur tal- proprjetà. "Ma nemmnux li dawn se jirrilokaw f 'pajjiżi oħrajn minħabba żieda fil-paga minima, u apparti minn hekk meta tqis il-ġid u l-prosperità li qed tkun esperjenzata f 'dawn is-setturi nħossu li ħafna min-negozji involuti fit-turiżmu u l-kostruzzjoni jifilħu jħallsu pagi diċenti lill- ħaddiema tagħhom." Għajnuna mill-Gvern lil min ma jiflaħax F'konferenza għall-midja li saret il-Belt u li preżenti għaliha kien hemm is-16-il għaqda li qed jikkampanjaw għal żieda, l-ILLUM staqsiet kif se jkunu qed ilaħħqu mal- ispiża miżjuda, ħwienet żgħar tal-familja, kif ukoll ħwienet bħal tal-merċa, fejn il-profitti huma limitati. Charles Miceli, wieħed mill-kelliema għall- kampanja, filwaqt li fakkar kif negozji żgħar u tal-merċa ġew għarkupptejhom, primarjament minħabba kompetizzjoni qawwija minn katini internazzjonali (ara paġni 8 u 9), sostna li l-għaqdiet qed jipproponu l-għajnuna f 'każi fejn iż-żieda tkun wisq ta' piż għal min iħaddem. Fil-fatt, qed ikun propost li jsiru diversi inċentivi fiskali u/jew ta' kreditu lil dawk in- negozji li ma jifilħux għall-piż żejjed li din iż-żieda tista' toħloq jew dawk il-kumpaniji li qed joperaw f 'pajjiżna minħabba li l-pagi f 'Malta għadhom relattivament baxxi. Bżonn li jkun rivedut il- mekkaniżmu tal-COLA Intant, apparti żieda fil-paga minima, dawn l-għaqdiet qed jitolbu wkoll li ssir reviżjoni tal-mekkaniżmu tal-COLA. Din il-proposta, ilha fuq l-aġenda tal-UĦM, għal żmien twil tant li l-istess union ilha tipproponi din ir-reviżjoni għall-baġit, sena wara l-oħra. F'kuntatt mal- ILLUM, Josef Vella segretarju ġenerali tal-UĦM sostna li l-union se tibqa' tisħaq li l-mekkaniżmu tal-COLA mhux qed jaħdem għax qed ikun ibbażat fuq basket ta' prodotti li mhux neċessarjament huwa realistiku. Mal-ILLUM, il-UĦM sostniet li hi xorta tibqa' tippreferi żieda fil- paga minima marbuta ma' mekkniżmu tal-COLA rivedut, milli żieda indipendenti mill- COLA kif qed jipproponu dawn l-għaqdiet. 'Li togħla l-paga minima hija proposta waħda biss' Il-Kap Eżekuttiv Abigail Psaila Mamo stqarret mal- ILLUM li l-kwistjoni dwar żieda fil-paga minima hija "biss waħda mill-għażliet li għandhom quddiemhom l-imsieħba soċjali." Psaila Mamo saħqet li l-GRTU għandha l-proposti tagħha u se tkun qed tressaqhom fil- kumitat li se jkun qed imexxi d-Deputat PM Louis Grech u li se jiddiskuti l-kwistjoni tal- paga minima. "Bħala employer iżda nirrikonoxxu li hemm faxxa ta' nies li qed jaffaċċjaw problema u għalhekk jeħtieġu għajnuna b'mod dirett." 'Mhux se nasal għall- konklużjonijiet minn issa' Intant, din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' Andew Aguis Muscat, rappreżentant tal-MHRA. Mistoqsi x'jaħseb dwar żieda fil-paga minima, Aguis Muscat qal li hu mhux se jasal għal konklużjonijiet dwar din il-kwistjoni. "L-ewwel nett, jeħtieġ nitkellmu mal-membri tagħna u apparti minn hekk, l-MHRA dejjem mexxiet u kienet minn ta' quddiem, anke meta kulħadd seta' ħaseb li aħna se nikkritikaw biss. Naturalment, fejn ma naqblux se nagħtu l-kritika kostruttiva tagħna." F'INTERVISTA li l-ekonomista Karm Farrugia kien għamel mal-ILLUM fil-11 ta' Ottubru 2015 kien qal li fid-dawl tar- riżultati ekonomiċi li qed jikseb pajjiżna, "wasal iż-żmien li l-Gvern jaħseb għal żidiet fil-paga minima. Mistoqsi dwar l-effetti li jista' jkollha tali żieda, Farrugia kien wieġeb hekk : "Din mhux se taqbad u tinroduċiha mil-lum għal għada... għandha tiżdied b'madwar 1.5% fuq medda ta' ħames snin." 'Hawn min jaħdem u xorta fqir' F'INTERVISTA mal-ILLUM f 'Awwissu li għadda, id- Direttur tal-Caritas Leonid Mc Kay kien qal hekk dwar ir- relazzjoni bejn ix-xogħol u l-faqar, jew dawk in-nies li minkejja li għandhom impjieg xorta qegħdin fil-faqar jew riskju ta' faqar. "Ix-xogħol fih innifsu ġieli ma jkunx biżżejjed. Fil-fatt, għandna sitwazzjonijiet fejn persuni jaħdmu, imma xorta għadhom f 'sitwazzjoni ta' faqar. Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li għax persuna qed taħdem, mhix fqira." X'kien qal Karm Farrugia mal-ILLUM? LGĦAQDIET mill-'Kampanja Paga Minima Diċenti' irreġistraw is-sodisfazzjon tagħhom għall-fatt li bdiet diskussjoni. L-ILLUM iżda staqsiet: Kemm taħsbu li huwa realistiku li jintlaħaq ftehim b'kunsens? U jekk ma jintlaħaqx, din kollha tkun allura ħela tal-ħin? MICELI, mill-kampanja jwieġeb li hu ma jafx x'qed jaħseb Muscat għalkemm ifakkar ukoll li fl-aħħar mill-aħħar, ir-responsabilità hija tal-Prim Ministru u "filwaqt li huwa ferm pożittiv li se tibda diskussjoni u lest li jisma', fl-aħħar irid jiddeċiedi, bħala Prim Ministru. Jekk ma jiddeċidix, ikun iddeċieda wkoll." LEKONOMIJA ta' Malta hija fost l-aqwa bħalissa. Malta qed tiġri ekonomikament, mal-aqwa fl-Unjoni Ewropea, primarjament mal-Ġermanja u mal-Irlanda. F'dawn iż-żewġ pajjiżi ta' suċċess ekonomiku, bħalna u daqsna, kemm hi l-paga minima? FILĠERMANJA, il-paga minima hija ta' €1,473 kull xahar jew €8.51 fis-siegħa. Fl- Irlanda hija ta' €1,546 fix-xahar. Interessanti li fl-Irlanda, il-paga minima tibda minn €6.20 fis-siegħa għal xi ħadd li għadu jibda d-dinja tax-xogħol u tibqa' tiela' għal €9.15 għal dawk li għandhom iktar minn sentejn esperjenza ta' xogħol. 'Jekk Muscat ma jiddeċidix ikun iddeċieda' Kif nitqabblu ma' min qed jiġri magħna? Josef Vella Andew Aguis Muscat Abigail Psaila Mamo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016