Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Għawdex 16 Dreams of Horses Farm Fejn iż-żiemel u l-bniedem minn John Busuttil FIL-WIED tal-Għejun fix-Xagħra hemm razzett speċjali. Razzett fejn żwiemel li kienu kundannati għall-mewt, jingħataw ċans ieħor u dawn jiġu mħarrġa biex ikunu wens għall- bnedmin li wkoll ikunu tilfu kull fiduċja mhux biss fihom infushom iżda fil- bnedmin bħalhom. "Fil-fatt, dan ir-razzett għalhekk ġie msemmi 'Dreams of Horses' għax ta ħolma ġdida liż-żwiemel li kienu kundannati għall- mewt," beda biex qalilna l-proprjetarju ta' dan ir- razzett Victor Muscat. "Dan hu l-uniku razzett fejn iż-żwiemel jintużaw għal terapija, iżda wkoll jintuża biex ilaqqa' lill-bniedem maż-żwiemel u ċerti annimali oħra bħal mogħoż, tiġieġ, ħrief u kull annimal ieħor li normalment jgħixu fl-irziezet." Hu razzett li jinsab fil- Wied tar-Ramla u filwaqt li hu mdawwar b'ambjent formidabbli tal-kampanja Għawdxija, joffri esperjenza edukattiva u fl-istess ħin ta' pjaċir sew lit-tfal kif ukoll lill-kbar. Interessanti hu li huma l-ftit li jafu dwar dan ir-razzett u jkun tajjeb kieku jirnexxielkom iżżuruh, speċjalment jekk għandkom it-tfal jew anke jekk għandkom xi tfal b'xi kundizzjoni psikoloġika għax hemm nies imħarrġin sew biex jgħinuhom jagħmlu kuntatt maż-żiemel. "Għax iż-żiemel hu annimal li ftit għandu fiduċja fih innifsu u donnu jrid dejjem lil xi ħadd imexxih. Iżda hu stess ma tantx jafda, iżda meta jagħmel kuntatt miegħek u jibni fiduċja fik allura fih se ssib l-akbar ħabib," qalli Victor. Victor ilu joħlom li jagħmel dan ir-razzett għal 22 sena sħaħ. Iżda bata wisq biex ħa l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet. Fl-aħħar sitt snin meta rnexxielu jakkwista l-permessi meħtieġa, xtara biċċa art kbira u bdiet il- ħolma tiegħu. Illum għandu 32 żiemel, li jintużaw għal diversi raġunijiet. Ponis, żwiemel żgħar Arġentini li huma b'saħħithom immens għax huma mħalltin minn żwiemel tat-tiġrija u żwiemel żgħar biex jibqgħu ta' daqs żgħir u jintużaw għal minjieri flok tfal, u żwiemel kbar ukoll. Victor għandu għarfien kbir fiż-żwiemel u hu espert ta' kif jaħsbuha ż-żwiemel fejn ukoll jagħti korsijiet għal dawk li jridu jitgħallmu jsuqu ż-żwiemel. "Żiemel mhux lakemm taqbad u tirkbu. Żiemel irid iħossu komdu bik fuqu u għalhekk jekk iħossok li int mhux komdu bih jara kif jagħmel u jarmik minn fuqu. Per eżempju meta tirkbu, iż-żiemel jittestjak, billi jibda jniżżel rasu biex taparsi qed jiekol il-ħaxix. Din jagħmilha biex jara jekk inti tafx li suppost ittellagħlu rasu u turih li int kapaċi tieħu ħsiebu. Jekk tħallih jagħmel li jrid, jibqa' jniżżel rasu biex itajrek minn fuqu." Dan it-tagħlim u l-għarfien fuq iż-żwiemel hu ftit minn dak li kapaċi jgħallmek Victor, li meta jitkellem fuq iż-żwiemel, għajnejh jimtlew bid-dmugħ bl-entjużasmu. Barra minn hekk, miegħu jaħdmu xi voluntiera barranin li jgħixu Għawdex li jħarrġu liż-żwiemel ikunu komdi bin-nies madwarhom fejn wieħed jista' jarahom jitfgħulhom ballun kbir ħalli ż-żiemel ma jibżax. Għax meta jkunu mat-tfal, dawn ma jridux wisq li jwaddbu xi ħaġa qrib tagħhom u b'hekk iż-żiemel ma jisfrattax. Barra minn hekk, iż-żwiemel jiġu mħarrġin u mfissdin kuljum Team building jitimgħuhom flimkien Victor Muscat Iż-żiemel u l-uman jagħtu wens lil xulxin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016