Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 28 Kummerċjali Offerta speċjali fuq il-Karti tal-Kreditu l-ġodda tal-BOV Il-Bank of Valletta qed jippromwovi l-flotta ta' karti tal-kreditu tal-BOV matul il-Fiera tal-Cruises li qed tiġi organizzata bejn is-27 u t-30 ta' Ottubru 2016 fil-Magazino Passenger Waterfront fil- Belt Valletta. Il-Bank of Valletta qed ineħħi t-tariffa minn fuq il-kards għall-ewwel sena għall-applikazzjonijiet ġodda kollha għall-karti tal-kreditu li jiġu pproċessati bejn is-27 ta' Ottubru u l-5 ta' Novembru 2016. Din l-offerta hija disponibbli kemm fuq il-BOV Visa Classic kif ukoll fuq il-BOV MasterCard. L-istaff tal-BOV se jkunu preżenti fil-Fiera tal-Cruises fil-ġranet kollha, sabiex joffru lill-viżitaturi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il- kards, u l-benefiċċji li joffru. Meta tkellem dwar l-offerta tal-Bank, Ivo Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking spjega li, "Il- karti tal-kreditu fi żmien qasir qed isiru l-metodu ppreferut ta' pagamenti għal ħafna klijenti. Il-versatilità tagħhom hija partikolarment attraenti għal nies li jkunu qed jippjanaw cruise bħala vaganza mal-familja tagħhom, għaliex joffru l-konvenjenza, is-sigurtà, u l-vantaġġ ta' ħlas għall- oġġetti u s-servizzi f 'muniti differenti." Il-Fiera tal-Cruises hija miftuħa bejn is-18.00 u d-21.00 mill-Ħamis sas-Sibt. Nhar il-Ħadd, 30 ta' Ottubru, il-Fiera se tkun miftuħa bejn l-10.00 u s-13.00 u mbagħad mill-16.00 sas-19.00. Sit elettroniku ġdid għal Pizza Hut Malta Dan l-aħħar Pizza Hut Malta nediet is-sit elettroniku l-ġdid tagħha www.pizzahut. com.mt. Is-sit il-ġdid għandu dehra friska u jtejjeb ħafna l-funzjonalità, tant li issa l-klijenti jistgħu jordnaw l-ikel tagħhom fuq l-istess sit, kemm biex jitwasslilhom kif ukoll biex jiġbruh huma stess minn wieħed mill-ħwienet. Mis-sit tista' tordna l-pizza li trid billi tagħżel il-bażi, iz- zalza u l-ingredjenti li tixtieq, inkella tifforma pizza b'żewġ tipi ta' pizez – nofs u nofs – f 'waħda. Tista' wkoll tordna pizza bil-quddiem għal data u ħin speċifiku, kif ukoll tissejvja l-menù ppreferut bl-ordnijiet tiegħek fit-taqsima 'Favourites' ħalli d-darba li jmiss kemm taqbad u tikklikkja. John Bonello Ghio, il-Kap tal-Grupp tan-Negozju tal-Ikel, qal li "Is-sit jista' jintuża wkoll mill-mobiles, ħaġa li tagħmlu komdu ħafna għal min għandu ħajja mgħaġġla. Dan kien pass mill-aktar importanti għall-kumpanija biex iżżomm il-pożizzjoni tal-marka tagħha billi tkompli tipprovdi servizz li jtejjeb sew il-kompetittività elettronika tagħna." Pizza Hut hi operata f 'Malta mill-Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons. 'Wear It Pink Day' f 'GasanMamo Insurance Għal darb'oħra, GasanMamo Insurance ssieħbu f 'kampanja dinjija matul ix-xahar t'Ottubru fil-ħolqien ta' kuxjenza biex ikun hemm għajnuna fil-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-kumpanija organizzat dress down day għal kull min jaħdem f 'GasanMamo biex jinġabru flus għall-għarfien u r-riċerka tal-kanċer tas- sider, filwaqt li ospitaw avvenimenti b'tema roża u taw ħelu kemm lill-ħaddiema kif ukoll lill-klijenti li żaru l-uffiċini tagħhom fil- ġurnata. "Ninsabu kburin li d-dress down day, jew kif ġeneralment hi magħrufa f 'pajjiżi oħra, 'Wear It Pink Day' kienet suċċess f 'GasanMamo u dan għaliex l-impjegati kollha, inkluż il- management tal-kumpanija, flimkien tajna l-appoġġ kontra l-kanċer tas-sider billi lbisna ħwejjeġ jew aċċessorji roża. Ovvjament l-għan ta' din il- kampanja hu li tagħti l-appoġġ kemm lill-irġiel u lin-nisa, li kellhom jew jista' jkollhom kanċer tas-sider u tinħoloq kuxjenza dwar dan," qal Julian J. Mamo, Direttur Maniġerjali. GasanMamo jemmnu li l-għarfien huwa strumentali biex jgħinu individwi jieħdu u jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil- ġlieda kontra l-kanċer tas-sider. B'dan il-mod, kemm l-irġiel u n-nisa jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom ma' ġisimhom u jkunu kapaċi jipperċepixxu minn qabel xi sintomi relatati mal- kanċer. Fir-realtà, il-kanċer tas- sider fl-irġiel huwa anqas minn 1%, iżda huwa ferm importanti li kemm l-irġiel u n-nisa jżommu ruħhom infurmati u jagħmlu ċ-check ups meħtieġa. Il-kumpanija tal- assigurazzjoni GasanMamo, tappoġġja din il-kawża u tkompli ssostni l-importanza fl-isforz kostanti biex jikkomunikaw u jżiedu kuxjenza fost l-irġiel u n-nisa Maltin, filwaqt li tnaqqas l-istigma ta' kanċer tas-sider permezz ta' kampanja ta' informazzjoni u tagħlim dwar is-sintomi u trattament disponibbli. Huwa fatt li l-informazzjoni waslet għal skoperti preċidenti ta' kanċer tas-sider u b'hekk ikun hemm rispons aktar malajr. Matul dan ix-xahar, il-faċċata tal-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija, f 'Msida Road, il-Ġżira kienet qed jinxtgħel roża bħala sinjal ta' osservazzjoni ta' kuxjenza lejn il-kanċer tas-sider.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016