Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 39 tan-nisa ta' Hibernians u tan-Nazzjonal Fis-sajf tal-2015, int flimkien ma' Jade Flask, bdejt avventura ġdida fil-karriera tiegħek 'il bogħod minn xtutna, eżattament fl-Iżvezja. Tina iktar dettalji. Hekk hu. Hemmhekk kont nilgħab mat-tim ta' Ange IF, li jimmilita fit-Tielet Diviżjoni, iżda li kellu l-aspirazzjoni ewlenija li jitla' fit-Tieni Diviżjoni. Għalkemm fl- Iżvezja kien hemm lingwa differenti, inħoss li kont integrajt tajjeb. Għeni l-fatt li kien hemm tliet plejers li kont lgħabt magħhom tliet snin qabel meta kont l-Iżvezja l-ewwel darba. Apparti minn hekk, ħafna mill-plejers laqgħuna tajjeb u għenuna nidħlu sew fit-tim. F'dak iż-żmien kelli ċertu nostalġija għal Malta u għal Hibernians, l-iktar minħabba l-fatt li Hibernians kienu qed jieħdu sehem fil-UEFA Champions League tan-nisa, u peress li kont qed nilgħab ma' tim ieħor, kelli nitlef dik l-esperjenza. Fil-ħajja ma tistax tagħmel kollox imma! Kienet esperjenza sabiħa li lgħabt barra minn Malta, u ninsab ċerta li ma' Hibernians se jkolli ċans nerġa' mmur nilgħab f 'logħbiet validi mill-UEFA Champions League, għax nemmen fit-tim li hemm bħalissa, u fit-tfal li telgħin. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur terġa' tmur tilgħab ma' xi tim ieħor barra minn Malta? Bħalissa le, għax qed niffoka fuq ix-xogħol u anke fuq l-istudju tiegħi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Hibernians? Il-futur tiegħek huwa wieħed esklussivament mal- Pawlisti, jew tikkunsidra li fiż- żmien li ġej tħalli lil dan il-klabb, biex tingħaqad ma' xi tim ieħor? Xejn mhu esklussiv fid-dinja. Jekk ikun hemm opportunità, nikkunsidraha u naraw x'ikun l-aħjar għalija. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Mhux dejjem, ikun hemm drabi fejn lanqas nissemmew fuq il-media lokali, ħlief fuq il-paġni ta' Facebook tal-klabb jew tal-MFA tan-nisa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill- ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Lit-tfal ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom u jemmnu fihom infushom anki jekk xi ħadd jgħidilhom li mhumiex kapaċi, jegħlbu l-isfida u jkomplu jagħmlu dak li jħobbu. Nitlob lill-ġenituri biex iħallu t-tfal tagħhom jagħmlu dak li jixtiequ - jekk it-tifla tixtieq tilgħab il-futbol għaliex m'għandhiex tingħata dan iċ-ċans? Il-futbol hu sport li jgħaqqad tim, u li jamalgama flimkien id-dixxiplina u s-serjetà. "Ċerta li ma' Hibernians se jkolli ċans nerġa' mmur nilgħab f 'logħbiet validi mill-UEFA Champions League, għax nemmen fit-tim li hemm bħalissa, u fit-tfal li telgħin" Ritratt: Maria Farrugia Waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin Skorer prolifiku tat-tim nazzjonali tan-nisa u tal-Hibernians Fis-sajf tal-2015, bdiet avventura ġdida fil- karriera tagħha fl-Iżvezja, ma' Ange IF YLENIA CARABOTT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016