Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Tkompli f ' paġna 14 NEWSPAPER POST Nr 526 • 13 ta' Novembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Lisa Bezzina Ara paġni 34 u 35 'Niċħad u nibqa' niċħad' Taħt pressjoni: Refalo jiċħad li kien hu li ċempel lill-Pulizija biex jinħeles Bogdanovic Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo huwa ferm qrib il-klabb tal- futbol tax-Xewkija Tigers tant li ħareġ garanzija finanzjarja għalih u kien l-avukat tiegħu f 'każ ta' żgumbrament, ma' din il-gazzetta huwa jiċħad għal darba darbtejn li kien hu jew xi ħadd mill- Ministeru tiegħu li ċempel lill-uffiċjal tal-Pulizija biex il-futboler Daniel Bogdanovic, ikun rilaxxat minn taħt il- kustodja tal-Pulizija. It-telefonata saret waqt li Bogdanovic kien qed jinżamm arrestat wara allegat każ ta' vjolenza domestika u akkużi li kien qed iġorr arma liċenzjata barra mill-post fejn seta' jġorrha. Fit-telefonata uffiċjal tal- Pulizija kien ordnat jeħles lil Bogdanovic biex ikun jista' jilgħab f 'logħba "kruċjali" għax-Xewkija Tigers. "Niċħad, niċħad u nerġa' niċħad," saħaq għal bosta drabi l-Ministru Refalo fl-ewwel intervista minn mindu kien żvelat il-każ fuq il-Maltatoday il-Ħadd li għadda. "Niċħad li jien qatt ċempilt lil xi pulizija, lanqas biss nafu lil dan Bogdanovic jien," saħaq Refalo mal-ILLUM. "La jien u sa fejn naf jien ħadd mill-Ministeru tiegħi m'għamilna telefonati." Is-sorsi mill-Pulizija li tkellmu mal-gazzetta Maltatoday qalu li t-telefonata kienet ġejja minn wieħed mis-segretarjati Ministerjali. Minn dakinhar il-kowċ ta' Xewkija Tigers Jesmond Zammit, li huwa wkoll il-Kap tas-Segretarjat ta' Ian Borg, irreżenja mill-kariga tiegħu fit-tim. Meta din il-gazzetta rrimarkat li l-allegazzjoni li hu jista' jkun implikat ġej mill-fatt li hu qrib ħafna ta' dan il-klabb partikolari, f 'lokalità tradizzjonalment Laburista, Refalo wieġeb li hu jgħin lil kulħadd, mhux lil tax-Xewkija biss. Ma' din il-gazzetta Refalo jerġa' jħeġġeġ lid- Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex 'jirrepeti dak li qal barra l-Parlament u niftaħlu libell,' u jisħaq li għandha titneħħa l-immunità parlamentari. Intant fl-intervista ppubblikata f 'din il-ħarġa Refalo jerġa' jikkontradixxi lil Monsinjur Joe Vella Gauci dwar ħlas għaċ- Ċitadella u jammetti li l-proġett ta' Cruise Liner Terminal huwa wieħed 'ikkumplikat'. 'Niċħad u nibqa' niċħad' Taħt pressjoni: Refalo jiċħad li kien hu li ċempel lill-Pulizija biex jinħeles Bogdanovic Minn Albert Gauci Cunningham Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo huwa ferm qrib il-klabb tal- futbol tax-Xewkija Tigers tant li ħareġ garanzija finanzjarja għalih u kien l-avukat tiegħu f 'każ ta' żgumbrament, ma' din il-gazzetta huwa jiċħad għal darba darbtejn li kien hu jew xi ħadd mill- Ministeru tiegħu li ċempel lill-uffiċjal tal-Pulizija biex il-futboler Daniel Bogdanovic, ikun rilaxxat minn taħt il- kustodja tal-Pulizija. It-telefonata saret waqt li Bogdanovic kien qed jinżamm arrestat wara allegat każ ta' vjolenza domestika u Moira tibża' li se titlef darha ILPREŻENTATRIĊI popolari lokali Moira Delia tinsab inkwetata waħda sew hekk kif il-proprjetà tagħha f 'San Ġiljan qed tkun proposta għall-espropriju fil-masterplan li ġie propost mill-Awtorità tal- Ippjanar. Meta kellmet folla żgħira ta' madwar 100 persuna li lbieraħ ipprotestaw kontra t-tali masterplan, propost għaż-żona li se tesperjenza 'splużjoni' ta' żvilupp, minn lukandi ta' lussu sa blokok residenzjali, qalet illi dan l-iżvilupp qed jinkwetaha ferm. "Immaġinak kull filgħaxija qabel torqod tinkwieta x'ser jiġri mill-propjetà tiegħek għada," sostniet Delia. Ara intervista f 'paġni 12-13 Akkużat Abbuża minn tifla ftit wara li żżewweġ Ara paġna 3