Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 2 minn kull 10 studenti jitilqu kmieni mill-iskola 23% tal-ġuvintur u 17% tat-tfajliet Maltin jitilqu kmieni mill-iskola Minn Veronica Lynn Mizzi ILQASAM tal-edukazzjoni huwa fost l-iktar oqsma importanti għall- pajjiż għaliex jaffetwa direttament il-futur tiegħu. Konsegwentement, dan jirrifletti fl-ammonti li l-pajjiż jinvesti f 'dan il-qasam. Fil-fatt, minn statistika ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ u l-edukazzjoni, joħroġ kif bħala pajjiż, Malta tonfoq ammont sostanzjali ta' fondi f 'dan is-settur. Preċiżament, pajjiżna fl-2014 kien nefaq 13.5% tal-ispiża pubblika totali fuq dan is-settur, li kienet titfa' lil Malta fir- raba' post minn fost it-28 membru tal- UE. Dan waqt li l-medja Ewropea kienet tlaħħaq l-10.2%. Il-Latvja u l-Litwanja, min-naħa tagħhom kienu l-aktar żewġ pajjiżi li jonfqu fuq l-edukazzjoni mill- ispiża pubblika. L-ispiża fuq l-edukazzjoni, mhix għolja biss min-naħa tal-Gvern iżda wkoll min-naħa tal-persuni individwali, bil- persentaġġ tal-'household expenditure' fuq l-edukazzjoni tkun ftit inqas minn 20%, waqt li l-medja Ewropea tkun ta' 13%. Malta: it-tieni l-aktar pajjiż Ewropew bi studenti jiefqu mill-iskola Minkejja dawn in-numri inkoraġġanti, l-isforz li qed isir mhux qed jirrifletti fin-numru ta' studenti li eventwalment ikomplu bl-istudji tagħhom. Fil-fatt, Malta tqarreb il-quċċata tal-lista tal- 2015 ta' dawk il-pajjiżi bl-ogħla rata ta' studenti li jiefqu jistudjaw, u tinsab fit-tieni post fost il-pajjiżi tal-UE, wara biss Spanja. Dawn il-figuri jixhdu li total ta' 19.8% tal-istudenti jieqfu mill-istudji tagħhom kmieni, u dan waqt li l-medja Ewropea hi ta' 12.4%. Dan minkejja li jidher li sar titjib mis-snin ta' qabel, bi tnaqqis ta' 1.3% mis-sena 2012. F'dan ir-rigward, jidher li hemm differenzi sostanzjali bejn ir-rati ta' tfajliet u ġuvintur li jiddeċiedu li jiefqu mill-iskola kmieni, u dan il-fenomenu jidher kważi fil-maġġornaza tal- pajjiżi Ewropej. Fil-fatt, is-subien u l-ġuvintur huma l-aktar grupp li jieqaf mill-iskola kmieni, u dan jidher b'mod predominanti fil-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa bħal Spanja, l-Italja, l-Portugall u Malta. 22.9% tal-ġuvintur jiefqu kmieni mill-edukazzjoni, u dan meta mqabbel mas-16.6% tat-tfajliet. Il-mira f 'dan il-qasam għall-2020 hija li r-rata tinżel għall-10%. L-ogħla rata ta' impjegabbiltà fost il- pajjiżi tal-UE Għalkemm ir-rati ta' Malta fejn tidħol it-tkomplija tal-edukazzjoni huma 'l bogħod minn dawk li wieħed jixtieq u mill-miri stabbiliti, dawk l-istudenti li jtemmu b'suċċess il-korsijiet edukattivi tagħhom għandhom ċansijiet kbar li jsibu xogħol. B'95% fl-2015, Malta kienet l-aktar pajjiż minn fost il-membri tal-UE li kellu rata għolja tal-impjegabbiltà. Il-persuni li jispiċċaw l-istudji tagħhom kemm mill-Università jew anke istituzzjonijiet post-sekondarji kellhom rata ta' 95%, li jsibu xogħol. B'din ir- rata, Malta kienet fl-ewwel post f 'dan ir-rigward, b'pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Awstrija u l-Olanda jiġi fil-postijiet ta' wara Malta. 97% ta' dawk li jtemmu l-istudji mill-Università sabu impjieg, filwaqt li 92% ta' dawk li spiċċaw korsijiet post sekondarji, spiċċaw impjegati. Malta tqarreb il-quċċata tal- lista tal-2015 ta' dawk il-pajjiżi bl-ogħla rata ta' studenti li jiefqu jistudjaw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016