Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Minn Albert Gauci Cunningham L-immigrazzjoni mill-ġdid L-immigrazzjoni kienet karta li ntużat fiż-żewġ kampanji, forsi b'suċċess akbar fir-Renju Unit, fejn din il-kwistjoni kienet kardinali għall-vot favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. 'Il-barranin qed jeħdulna xogħolna', 'qed jiġu l-kriminali mal- immigranti', 'hemm bżonn li nikkontrollaw il-fruntieri', 'ħajt fuq il-fruntiera', mhumiex argumenti aljeni. Anzi! Il-kampanja 'Leave' immexxija mill-United Kingdom Independence Party (UKIP) kienet taf sew li n-narrattiva kontra 'l-barranin li qed jeħdulna xogħolna' kienet se tinżel tajjeb speċifikament ma' faxxa ta' nies li jew huma mingħajr impjieg jew li nkella qed jgħixu bl-eżatt. Trump jaf li fost faxxa ta' votanti Amerikani hemm ċerta antipatija u anke preġidizzju lejn numru ta' Messikani, li qasmu l-fruntiera u li llum qed jgħixu fl-Istati Uniti. Naturalment, il-preġudizzju huwa faċli li tbigħu, speċjalment meta warajh ikollok l-injoranza dwar ir-razza differenti, kif ukoll każi reali ta' kriminalità li ġejja mill-fatt li ħafna mill- immigranti jkunu mċaħħdin ekonomikament. Trump immira lejn il- Messikani u Nigel Farage lejn il-Pollakki. Trump wiegħed ħajt, bħal dak li bnew l-Ungeriżi u l-Bulgari, biex iżomm l-immigranti 'l bogħod: kunċett antik li jippromovi l-firda u l-mentalità ta' politika ta' assedju. Kemm fil-prattika vera se jibni ħajt, jibqa' fatt li jafu Trump biss. Rivoluzzjoni tal-ħaddiema? Dawk li jissejjħu 'blue collar workers' kienu kruċjali fiż-żewġ deċiżjonijiet. Trump ħares lejhom għall- appoġġ u ħa l-appoġġ sħiħ mingħandhom, filwaqt li Farage għamel l-istess. Il-ħaddiema f 'xogħol manwali huma probabbilment l-inqas voċiferi fuq il- mezzi tax-xandir u probabbilment allura l-aktar miżrappreżentati. Sfortunatament, it-telf ta' impjiegi jew diffikultajiet finanzjarji tagħhom jitgħattew taħt muntanja ta' statistika u ħafna drabi l-problemi jkunu trivjalizzati. Fl-aħħar tal- ġurnata, Trump induna li kien hemm ġerħa partikolari fost eluf jekk mhux miljuni kbar ta' votanti li ħassewhom minsijin u mogħtijin il-ġenb. Tkellem il-lingwa tagħhom u rebaħ, kif tkellem il- lingwa tagħhom Farage. Lokali vs. Internazzjonali Kull elezzjoni hija ritratt preċiż tas-sitwazzjoni f 'dak il-pajjiż partikolari. Ħadd jew ftit kienu dawk li fehemu r-riżultat fir- Renju Unit meta b'marġini ta' 4% il-poplu ddeċieda li jmur għall-Brexit. Ħafna, anke f 'Malta, ikkritikaw din id-deċiżjoni u sabuha inkredibbli. Imma ħafna jinsew il-kumplessità ta' kull elezzjoni, li fiha jitħalltu aspetti soċjali differenti, b'aspettativi differenti. Ix-xogħol, l-ekonomija, l-avvanz personali ta' individwu jew politiku, l-impjieg, il-livell ta' għixien, il-benessere tal- familja u ħafna oħrajn jistgħu jiġu qabel it-tħassib ta' min qed iħares minn barra. Għal dak ir-raġel minn Manchester, il-fatt li ma kellux impjieg, kien iktar importanti minn kemm se jinżlu l-istokks jekk iseħħ Brexit. Għal dik il-familja minn Kentucky li qed tissielet biex tgħix u leħinha ma jasal qatt, għand ħadd, li sseħħ bidla kienet bil- wisq iktar importanti min x'jaħseb xi burokratiku jew xi ġurnalist barra, fl- Ewropa. Sens nazzjonalista vs. globalizazzjoni Sirna villaġġ wieħed, kontinent wieħed u dinja waħda fejn m'hemmx fruntieri. Imma vera? Kemm il-vot Brexit u anke r-rebħa ta' Trump jikxfu element ta' suċċess fl-appell għas-sens nazzjonalista tal-votanti. 'Making America Great Again', 'Lets take Back Control' u għajtiet oħrajn appellaw għas-sens ta' kburija, ta' nazzjonaliżmu u tal-'aħna kontra huma'. Dan b'kuntrarju għat- telfiet jew tkaxkiriet li ġarrbu l-għajtiet 'Stronger Together' ta' Hillary Clinton u 'Let's stick together' tal- illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 6 Żewġ pajjiżi differenti. Żewġ kontinenti. Żewġ 'klassijiet' ta' politiċi differenti. Żewġ għanjiet differenti. Imma simili ħafna fil-mod kif kisbu rebħa xejn mistennija. Trump kien għad kellu 220 siġġu, Pennsylvania kienet għadha fil-bilanċ, bħal Michigan u t-tamiet tad-Demokratiċi kienu għadhom qed iżommu ma' ftit tentuf, imma l-paralleliżmi mhux biss f 'moħħ ħafna telespettaturi, imma wkoll fuq il-BBC kienu diġà bdew. Paralleliżmi bejn dak li seħħ meta il-poplu tar-Renju Unit ivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea u r-rebħa ta' Trump fl-Istati Uniti, aktar kmieni din il-ġimgħa. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn diversi kwistjonijiet, fatturi u anke reazzjonijiet wara r-rebħa ta' Trump u tanalizza jekk il-paralelliżmi humiex reali u ġustifikati. Minn Albert Gauci Cunningham Minn Albert Gauci Cunningham L-immigrazzjoni mill-ġdid L-immigrazzjoni kienet karta li ntużat fiż-żewġ kampanji, forsi b'suċċess akbar fir-Renju Unit, fejn din il-kwistjoni kienet kardinali għall-vot favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. 'Il-barranin qed jeħdulna xogħolna', 'qed jiġu l-kriminali mal- immigranti', 'hemm bżonn li nikkontrollaw il-fruntieri', 'ħajt fuq il-fruntiera', mhumiex argumenti aljeni. Anzi! Il-kampanja 'Leave' immexxija mill-United Kingdom Independence Party (UKIP) kienet taf sew li n-narrattiva kontra 'l-barranin li qed jeħdulna xogħolna' kienet se tinżel tajjeb speċifikament ma' faxxa ta' nies li jew huma mingħajr impjieg jew li nkella qed jgħixu bl-eżatt. Trump jaf li fost faxxa ta' votanti Amerikani hemm ċerta antipatija u anke preġidizzju lejn numru ta' Messikani, li qasmu l-fruntiera u li llum qed jgħixu fl-Istati Uniti. Naturalment, il-preġudizzju huwa faċli li tbigħu, speċjalment meta warajh ikollok l-injoranza dwar ir-razza differenti, kif ukoll każi reali ta' kriminalità li ġejja mill-fatt li ħafna mill- immigranti jkunu mċaħħdin ekonomikament. Trump immira lejn il- Messikani u Nigel Farage lejn il-Pollakki. Trump wiegħed ħajt, bħal dak li bnew l-Ungeriżi u l-Bulgari, biex iżomm l-immigranti Żewġ pajjiżi differenti. Żewġ kontinenti. Żewġ 'klassijiet' ta' politiċi differenti. Żewġ għanjiet differenti. Imma simili ħafna fil-mod kif kisbu rebħa xejn mistennija. Trump kien għad kellu 220 siġġu, Pennsylvania kienet għadha fil-bilanċ, bħal Michigan u t-tamiet tad-Demokratiċi kienu għadhom qed iżommu ma' ftit tentuf, imma l-paralleliżmi mhux biss f 'moħħ ħafna telespettaturi, imma wkoll fuq il-BBC kienu diġà bdew. Paralleliżmi bejn dak li seħħ meta il-poplu tar-Renju Unit ivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea u r-rebħa ta' Trump fl-Istati Uniti, aktar kmieni din il-ġimgħa. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn diversi kwistjonijiet, fatturi u anke reazzjonijiet wara r-rebħa ta' Trump u tanalizza jekk il-paralelliżmi humiex reali u ġustifikati. Malli tħabbret ir-rebħa ta' Trump ħafna ftakru fi r-rebħa ta' Farage... ILLUM tħares lejn dak li għamel iż-żewġ avvenimenti simili Messikani u Nigel Farage lejn il-Pollakki. Trump wiegħed ħajt, bħal dak li bnew l-Ungeriżi u l-Bulgari, biex iżomm l-immigranti