Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

ILLUM, ftit wara s-2.30pm, il-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq l-24 ta' Ġunju, San Ġwann. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnu fih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel daħal fil-banka tal-lottu u talab lill-propjetarja – mara ta' 56 sena, sabiex ittih il-flus. Jidher li r-raġel ma kienx mgħammad iżda kien armat b'arma li taqta' u bil-ponta. Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b'xi flus kontanti flimkien ma' persuna oħra li kienet qiegħda tistennieh barra. illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 81 61 13 29 17 58 23 40 EMPIRE Pharmacy (Melita Street), 46, Triq Melita, Valletta THE Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbi- ra San Ġuzepp, Ħamrun FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera ST. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara PHARMALAND Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Princi- pessa Margerita, Ta' Xbiex KRYPTON Chemists, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi EDWARD'S Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan REEDS Pharmacy, 191, Vjal il-21 ta' Settembru (previously "LIfetime Pharmacy"), Naxxar BROWN'S Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa STA. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija BROWN'S Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi (previously "Kalkara Pharmacy"), Kalkara MEDICOR Pharmacy, Triq Carmelo Ritchie, Xgħajra GERADA'S Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun QRENDI Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi THE Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Sabiħ jew lokalment ftit imsaħħab li jsir ftit imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita billejl VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi ħalbiet tax- xita RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir mill-Majjistral forza 3 għal 4. Billejl isir mill- Punent forza 2 għal 3. BAĦAR: Qawwi li jsir ħafif għal moderat lokalment modera L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir- ragħad u bil-buffuri kultant VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent forza 2 għal 3 li jdur mil- Lbiċ u jiżdied għal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 u iktar tard isir min-Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 BAĦAR: Ħafif li jsir ħafif għal moderat Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: B'liema lingwa taħseb li kienu miktubin dawn il- ħrejjef oriġinarjament? ❏ Persjan ❏ Ingliż ❏ Russu Ibgħat ir-risposta tiegħek sas-17 ta' Novembru f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL L-Iljieli Għarbin Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Drawwiet u Tifkiriet Maltin' hija Antonella Micallef bin-numru tal-mowbajl jispiċċa '630' Serqa minn banka tal- lottu f 'San Ġwann Gozo Book Fest 2016 GĦAL sena oħra, matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta' Novembru ser tiġi organizzata l-Gozo Book Fest. Din hi inizjattiva tal- libreriji Għawdxin fi ħdan l-aġenzija Malta Libraries. Gozo Book Fest tikkonsisti minn numru ta' attivitajiet bl-iskop li jippromovu l-qari u l-libreriji fil-gżira tat-tliet għoljiet. Din is-sena l-organizzaturi ħasbu biex ikun hemm programm varjat li għandu jinżel tajjeb mal-gosti ta' kulħadd. Fil-fatt l-attivitajiet ivarjaw minn wirjiet, għal serati letterarji u bejgħ ta' kotba. Għadd ta' għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ukoll ser jagħtu daqqa t'id f 'din l-inizjattiva. L-attività msemmija ser issir bejn il-Ġimgħa 25 ta' Novembru u s-Sibt 26 tal- istess xahar. Il-Gozo Book Fest issir f 'dan iż-żmien sabiex jitfakkar it-twaqqif tal-Librerija Pubblika ta' Għawdex li seħħ fil-21 ta' Novembru, 1853. Il-programm ta' attivitajiet ser ikun kif ġej: Il-Ġimgħa 25 ta' Novembru fl-10.00a.m. fil-Librerija Nazzjonali (Għawdex) fi Triq Vajrinġa r-Rabat, ser issir inawgurazzjoni ta' wirja bit-tema 'Victorian Bookbindings at the National Library (Gozo)'. Din il-wirja ser tikkonsisti minn numru ta' kotba tal-era Vittorjana li ħafna minnhom huma mill- kollezzjoni oriġinali tal- istess librerija. Fis-7.00p.m. fl-istess librerija ser tittella' serata letterarja fejn diversi poeti u awturi Għawdxin ser jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom. Din is-serata ser tkun akkumpanjata minn Spiru Sillato fuq il-kitarra klassika. Serati bħal din qed ikunu koordinati mill-Kav. Joe M. Attard. Is-Sibt 26 ta' Novembru bejn it-8.00a.m. u s-1.00p.m. ser issir attività innovattiva fejn l-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji qed jiġu mistiedna sabiex iżuru l-Librerija Nazzjonali (Għawdex) u jitgħallmu kif jirriċerkaw għall-proġetti jew assenjamenti tagħhom. Fil-fatt din l-attività ġiet mgħamda bl-isem ta' Hands On Research. Fis-7.00p.m. fl-istess librerija ser tiġi organizzata serata ta' poeżiji miktuba minn Dr. Alfred Grech. Is-serata ser iġġib l-istess isem tal-ktieb li għadu kif ġie ppubblikat b'dawn il-poeżiji 'Erbatax-il Vers'. Din is-serata ser tkun akkumpanjata minn wirja tal-artist George Mario Attard li hu l-illustratur tal- ktieb imsemmi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016