Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Intervista 12 'Lanqas nafu lil Bogdanovic aħseb G ħawdex huwa wieħed mis-suġġetti li ta' sikwit ikun fuq din il-gazzetta u mhux ta' b'xejn. Għandna ħafna qarrejja ta' din il-gazzetta li l-fatt huma Għawdxin. Din il-ġimgħa għalhekk ħassejna li l-Ministru Anton Refalo jkun il-persuna idonea, mhux biss minħabba li jokkupa l-ogħla kariga f 'Għawdex iżda wkoll għax Refalo, matul din il-ġimgħa, kien -aħbarijiet minħabba l-każ tal- plejer tax-Xewkija Tigers Daniel Bogdanovic. Dwar dan il-każ iżda, nitkellmu iktar tard fl-intervista. Ministeru mnaqqar u Minstru mċekken Nibda bl-ewwel punt ta' kritika li ilha ssir fil-konfront tal-Ministeru t'Għawdex u ta' Refalo minn ftit wara r-rebħa tal-Partit Laburista fl-2013, kemm mill-esponenti tal-PN u anke minn l-ILLUM. Il-Ministeru t'Għawdex illum m'għandux kontroll fuq il-qasam tas-saħħa u lanqas l-edukazzjoni, żewġ oqsma kardinali għall-governanza ta' kull reġjun. 'Dan mhux ċertifikat ta' sfiduċja fik mill-Prim Ministru?' tistaqsi din il- gazzetta. Naturalment Refalo mhux talli ma jaqbilx, talli jgħid illi s-sitwazzjoni dejjem kienet tali. "Mhux kemm għandek responsabbilitajiet li jgħodd, imma kemm qed twettaq. Jekk nitkellmu fuq l-isptar t'Għawdex, saru proġetti li kienu ilhom biex isiru żmien. Kċina fejn isir l-ikel għall- pazjenti, diżastru kienet anke jekk kienet taħt il-Ministeru. Mur araha llum, il-bidla li saret," jistieden lill- ILLUM Refalo. "Mhux billi taħt il-PN kollox kien jaqa' taħt il-Ministeru t'Għawdex, id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu fil-kabinett, mhux hawnhekk fil-Ministeru." L-Isptar għand il-privat. Refalo ma jgħid xejn? Imma bħalissa, tfakkru l-ILLUM, hemm problemi ta' inċertezza li nħolqot fost l-istaff tal-isptar ġenerali t'Għawdex. Infakkru illi hu bħala Ministru qed ikollu jiffaċċja jew iwieġeb għall-kritika dwar proġett li fl-aħħar mill-aħħar mhux hu hemm warajh. 'Int, bħala Għawdxi, ma jdejqekx il-fatt li l-unika sptar f 'Għawdex se jaqa' taħt idejn il-privat? "Aħna naħdmu bħala tim," jibda jilqa' għall-mistoqsija Refalo. "Fil-qasam tas-saħħa dan il-gvern qed jaħdem sewwa, qed inressqu lejn pajjiżna l-isptar ta' Barts, li permezz tiegħu se tinħloq niċċa ġdida ekonomika u se jibda jsolvi l-problema tal-brain drain. Jiena ma nagħmel xejn kontra l-interess ta' Għawdex," tenna Refalo, "u tweġġagħni li l-Oppożizzjoni għandha l-viżjoni biss li tiżra d-dubji." Imma lil hinn mill-PN, nirrimarkalu, li huwa fatt li parti mill-ftehim ma' Vitals ma kienx ippubblikat u numru ta' paġni kienu ppubblikati vojta. Allura mhux ovvja li se jqumu l-mistoqsijiet? U mhux naturali li bħala l-ewwel referenza politika l-Għawdxin fuqek se jiġu, anke jekk mhux int responsabbli mill-ftehim? Refalo dlonk ifakkar illi fil-ftehim saru diversi garanziji lill-ħaddiema u li dawn, jekk iridu, jistgħu jibqgħu jaħdmu mal-gvern u jekk le, jistgħu ijmorru jaħdmu mal-privat. Kieku ma nemminx li se mmorru 'l quddiem lanqas inkun hawn. L-agħar ħaġa u din qed tinkwetani, huwa li qed jinżergħu ħafna dubji mill-PN," jisħaq Refalo. "Jiena dejjem emmint fil-verità u jien dejjem ngħid il-verità u fejn jirrigwarda Għawdex iktar minn kollox u kullimkien irrid il-verità." Il-verità dwar Bogdanovic ... skont Refalo La qed nitkellmu dwar il-verità, indur mill-ewwel fuq il-każ tal-futboler tax- Xewkija Tigers Daniel Bogdanovic. L-allegazzjoni pjuttost serja, żvelata fuq il-Maltatoday ta' nhar il-Ħadd li għadda, tkun li xi ħadd ċempel lil uffiċjal tal-pulizija biex Bogdanovic, taħt arrest wara inċident ta' vjolenza domestika, jinħeles sakemm ikun jista' jmur jilgħab logħba kontra t-tim ta' Kerċem. Sorsi mill-Pulizija qalu lill-istess gazzetta illi t-telefonata biex Bogdanovic jinħeles, "ġiet direttament minn uffiċjal f 'Ministeru tal-Gvern." Indur fuq Refalo u nitolbu jkun skjett, fil-qosor u jgħid il-verità: "Tiċħad jew tikkonferma, li int jew xi ħadd mill-Ministeru tiegħek għamel it- telefonata biex Bogdanovic ikun jista' jinħeles?" Refalo pront jinnega. "Niċħad li jien. La jien u sa fejn naf jien lanqas ħadd mill-Ministeru tiegħi m'għamilna telefonati. Lanqas biss nafu jien lil dan Bogdanovic." Nerġa' nistaqsih: Jiġifieri tiċħad li int qbadt it-telefon u ċempilt biex Bogdanovic jinħeles? "Niċħad, niċħad u niċħad. Mhu vera xejn. Jien sirt naf bl-istorja meta ċemplu lili u qaluli biha waqt li kont qed nattendi konferenza. Weġġgħatni ħafna din, ħafna." Imma nfakkru kif l-implikazzjoni li hu għamel it-telefonata ma ġietx mix-xejn. Tiġi mill-fatt li huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-istess club tax- Xewkija Tigers. Imma Refalo jwieġeb li hu jgħin lil kulħadd. "Bħalma kont għint lill-klabb t'Għajnsielem meta kont konsulent tiegħu. Issa dwar ix- Xewkija Tigers l-istorja hija li dawn kellhom ordni ta' żgombru u jien kont l-avukat tal-klabb fil-kawża fil-Qorti. Il-kawża tlifnieha u kellna problema, il-klabb kien se jispiċċa fit-triq. Għalhekk," ikompli jgħid Refalo, "ġbart l-appoġġ għall-garanzija għall-klabb biex ikunu jistgħu jixtru post minn fejn jistgħu joperaw ix-Xewkija Tigers. B'hekk evitajna sitwazzjoni fejn il-lokal ma jkollux klabb tal-futbol." Neħħu l-immunità Parlamentari Refalo mbagħad dawwar il-kanuni tiegħu fuq il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern Jason Azzopardi. "Niddejjaq u nweġġa' meta l-Parlament jintuża biex jintefa' t-tajn. Kemm ilna nxandru l-Parlament fuq it-TV sar għandna ċerta nies li l-ħin kollu jilagħbuha ta' prima donni u jitfgħu t-tajn fuq ħaddieħor. Jien ngħid sewwa li nxandru fuq it-TV, però mbagħad irridu nneħħu l-immunità Parlamentari. Jiena ċħadt dak li qal Jason Azzopardi dwari fil-Parlament u qed nistiednu biex jirrepetih barra." It-turiżmu: L-Alpha u l-Omega Nerġgħu nduru fuq l-impjiegi u x-xogħol. L-ekonomija Għawdxija sejra tajjeb ħafna bħalissa u Refalo filwaqt li jfakkar f 'dan jgħid lil din il-gazzetta illi hemm problema biex l-industrijalist isib l-impjiegi meħtieġa biex jimlew numru ta' professjonijiet. "L-imprenditur li jrid jinvesti f 'Għawdex m'għandux l-impjegati meħtieġa u aħna qed nidentifikaw dawk is-setturi li jagħmlu sens għal Għawdex u naħdmu fuqhom. L-iskola ta' Barts hija waħda minnhom u tista' tkun ta' ġid għal Għawdex għax toħloq in-negozju għall-ħwienet u anke għal min jikri. Aħna rridu Għawdex b'saħħtu s-sena kollha." Kliem sabiħ kieku, imma dwar l-effett ta' Barts nitkellmu meta dan il-kampus ikun qed jopera. Sal-lum iżda, infakkru, jidher li f 'Għawdex kollox jiddependi fuq it-turiżmu. Jekk allaħares qatt it-turiżmu jaqla' daqqa ta' ħarta ma jkun għad fadal xejn x'jilqa' għat-telf fl-impjiegi. Refalo jżomm sod mal-argument tal-Gvern dwar is-suċċessi ekonomiċi preżenti u jfakkar kif bħalissa f 'Għawdex l-ekonomija qed tikber bir-rekords. "In-negozju sejjer tajjeb, hawn 'feel good factor', tkabbir ta' 7.2% li huwa ikbar minn ta' Malta, meta taħt il-PN dan kien ta' madwar 2%. Aħna dawwarna r-rotta għax għarafna n-nuqqasijiet u mexxejna minn hemm, u fost l-akbar bidliet li għamilna huwa l-mod kif dawwarna ir-rotta għall- kumpanija Gozo Channel." Xorta nibqa' bid-dubji tiegħi dwar l-ekonomija Għawdxija, kieku allaħares qatt kellha tiffaċċja sena ħażina fit-turiżmu. Imma nduru fuq il-Gozo channel. Gozo Channel: Minn falliment għal suċċess Dwar din il-kumpanija Refalo jfakkar kif kemm ilu li nbidel il-Gvern il-Gozo Channel issa bdiet taqa' taħt il-Ministeru t'Għawdex. "Hawnhekk ħassejna li din ir-responsabilità kellha tkun taħt il-Ministeru tiegħi," sostna Refalo b'referenza wkoll għall-mistoqsija tiegħi qabel dwar is-saħħa u l-edukazzjoni. "Minn telf li kien ipproġettat li se jlaħħaq il-€1.6 miljun issa qed nagħmlu profitt ta' €1.9 miljun. Żidna l-vjaġġi, ħallejna l-prezzijiet kif kienu u l-poplu beda ġej lejn Għawdex, iktar minn qatt qabel. Dawwarna l-kumpanija Gozo Channel f 'suċċess." Imperaturi, reġini u rejiet Fl-istess għodwa illi fiha kont qed nintervista lill Ministru Refalo jidher illi fuq il-gazzetta tal-PN, hu ġie mlaqqam bħala 'l-Imperatur' t'Għawdex. Ifhem hija ftit ironika li din tal-impertaur ġejja mill-PN meta dan kellu lil Giovanna Debono, imlaqqma reġina t'Għawdex. L-akbar saħħa ta' "Jiena dejjem emmint l-verità u jien dejjem ngħid il-verità u fejn jirrigwarda Għawdex iktar minn kollox u kullimkien irrid il-verità." " " "Twelidt, qed ngħix u rrid mmut Għawdex" " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016