Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Intervista 13 aħseb u ara kemm ċempilt biex neħilsu' Giovanna kienet li bniet sistema ta' qadi u għajnuna lill-kostitwenti u speċjalment dawk li jagħtuha sostenn, kulħadd dieħel u ħiereġ id-dar tagħha jitlobha xi pjaċir. L-ILLUM hija infurmata li Refalo huwa l-istess. Birds of a feather, minħabba li Debono u Refalo huma ħbieb. X'għandu xi jgħid Refalo? "Il-missjoni ta' dan il-Ministeru huwa biex intejbu l-ħajja ta' ħaddieħor," jisħaq il-Ministru li jgħid illi tgħallem ħafna mill-eks PM Karmenu Mifsud Bonnici fil-ħidma tiegħu "favur iż- żgħir". "Jien inħossni sew meta nagħti vuċi liż-żgħir u lil min m'għandux vuċi. Qed naraw madwarna x'jiġri, fl-Ewropa u anke fl-Istati Uniti meta ċ-ċentru jinqata' mill-periferija. Jien irrid inkun," ikompli jgħid Refalo, "it-tarka għal min qed ibati minn inġustizzja. Kieku minn din il-pożizzjoni ridt niggwadanja kont nibqa' avukat. Jien nisma' l-problemi ta' kulħadd u hawn ġew kulħadd jidħol. Aħmar jew blu." Kliem sabiħ. Imma darli mal-lewża. "Jien m'implikajtx li fil-Ministeru jidħlu ta' partit wieħed biss, forsi bħalma seta' ġara taħt Giovanna, jien qed ngħid li kull min jidħol mill-bieb tal-Ministeru jidħol biex jinqeda u ġeneralment jinqeda." Bejn daħqa u oħra jwieġeb, "nixtieq" 'Il-burokrazija tifnik' Mill-ewwel jindika li waħda mill-akbar problemi li qed iwasslu biex Għawdxin imorru Pjazza San Franġisk u jħabbtu fuq il-bieb tal- Ministeru hija l-burokrazija. "Is- sistema burokratika tifnik. Għalfejn għandek titħalla tistenna, ġimgħa wara ġimgħa, mingħajr lanqas id-diċenza ta' risposta?" jistaqsi Refalo. Imma qed jinsa li issa hu l-Ministru. U Ministru f 'Partit Laburista li qabel l-aħħar elezzjoni wiegħed li se jnaqqas il-burokrazija b'25%. Nistaqsih: Kun onest, ma taħsibx li l-Gvern għadu verament lura fejn jirrigwarda tnaqqis fil-burokrazija? "Għamilna passi kbar," jibda jgħid. "Għamilna passi f 'diversi oqsma bħall- ġustizzja fejn illum m'għadx għandek għalfejn tmur Malta biex titfa' l-atti tal-kawża, tista' tagħmel dan fil-Qorti t'Għawdex. Għad fadal xi jsir, però l-prospetti huma sbieħ." Proġett sabiħ ....fuq il-karta Indur fuq il-proġett tal-Cruise Liner Terminal. Rapport fuq l-ILLUM tal- Ħadd 30 ta' Ottubru żvela kif dwar dan il-proġett propost għall-Barriera tas-Simar fil-Qala ħadd, lanqas il- konsorzju li se jibnih, ma jaf fiex wasal. Meta d-design studio Champman Taylor kien mistoqsi dwar fiex wasal il- proġett qalulna li qiegħed on 'stand by' u l-istess, is-Sindku tal-Qala ma sema' xejn. Il-Ministeru qal li għadu qed jara hux fattibbli dan il-proġett. L-ILLUM tirrimarka: Tliet snin wara u għandna lanqas biss nafu hux fattibbli. Il-proġett se jsir jew le? Refalo, filwaqt li jisħaq li Cruise Liner Terminal huwa importanti għal Għawdex ammetta li l-proġett huwa wieħed li qed jiffaċċja kumplikazzjonijiet partikolari dwar l-art u fatturi oħrajn. "Jien, imma ma nidħolx fih u m'għandix il-jedd li nindaħal fil- proċess ta' dan il-proġett li issa qiegħed taħt il-Unit tal-Privatizzazzjoni. Ara proġetti oħrajn bħall-Mużew t'Għawdex u l-pixxina mexxejna fuqhom. Fil-fatt din il-ġimgħa kien iffirmat Memorandum of Understanding dwar il-proġett tal-pixxina. Mexjin ukoll fuq il-bini tal-Qorti u anke Dar tal-anzjani, int u nieżel l-Imġarr." 'Le, iċ-Ċitadella m'għandhiex tkun bil-ħlas' Il-Ħadd li għadda l-ILLUM ikkwotat kummenti mogħtija lilha miċ-Chairman tal-Kumitat għall- Immaniġġjar taċ-Ċitadella Mons. Joe Vella Gauci li żvela kif iċ-Ċitadella se ssir bil-ħlas. Mela fil-Parlament Refalo jgħid li deċiżjoni dwar ħlas għaċ- Ċitadella hija f 'idejn il-kumitat, biex imbagħad wara li l-kumitat jesprimi l-fehma li l-post għadu jsir bil-ħlas, il-Ministeru jiġbed it-tapit u jgħid li ċ-Ċittadella mhux se ssir bil-ħlas. Min se jiddeċiedi? Refalo fakkar illi fuq iċ-Ċittadella sar proġett kbir ħafna b'kumitat ta' mmaniġġjar li xogħlu huwa li jara illi ssir il-manutenzjoni u l-post jinżamm ħaj. "Jien qatt m'għidt li biex tidħol il-Qorti jew il-Katidral trid tħallas, le. Jiena li għidt huwa li għandna naraw li l-post ikun finanzjarjament viabbli u għalhekk naħseb li huwa ċ-ċentru tal- viżitaturi biss li għandu jkun bil-ħlas. Biex tidħol fil-mużew tal-Heritage trid tħallas, għalfejn iċ-ċentru taċ-Ċittadella li qed toffri esperjenza tal-ogħla u l-aqwa kwalità, m'għandhiex tkun bil- ħlas ukoll. Konvint mill-mina Resqin verament lejn it-tmiem tal- intervista u nistaqsih biex fil-qosor iweġibni dwar il-mina. Jiena ma tantx jien konvint dwar il-bżonn ta' mina, bejn iż-żewġ gżejjer. U int? Refalo jwieġeb li hu konvint. "Il- mina se tagħmel ġid lil Għawdex, però importanti li l-mina tkun parti minn netwerk ikbar ta' mini, mhux biss mina waħda saċ-Ċirkewwa." Għalhekk saħaq li hemm bżonn ta' studji serji, qabel jimxu l-affarijiet. Hawn twelidt u hawn irrid immut Nikkrea xenarju għal Refalo. Jerġa' jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista, imma din id-darba, ma jerġax ikun maħtur Ministru għal Għawdex. Jieħu għalih? "Le, dażgur li le. Nieħu għalija kieku l-proġetti li bdejna jitwaqqfu. Proġetti ta' fejda bħal dak tal-Pjazza ta' Franġisk li għaddej bħalissa. " "Jiena lil Għawdex inħobbu u se nibqa' naħdem kemm nista' biex nagħmlu aħjar. Twelidt hawn, irrid ngħix hawn, nara lil uliedi jiżżewġu hawn u fl-aħħar irrid imut hawn," itemm jgħid Refalo. Ritratt: Chris Mangion Joe Mizzi Anton Refalo