Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 14 Il-Hamis TVM 20:50 'Il-masterplan se jsib reżistenza feroċi' - Andrè Callus Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 Delia sostniet li l-Awtorità tal- Ippjanar għandha tikkunsidra lir- residenti fuq l-istess binarju u livell daqs l-iżviluppatur u mhux inqas. Intant fil-protesta li saret fil- bajja ta' San Ġiljan dawk preżenti żammew posters u sinjali b'messaġġi bħal "Mit-taġen għal ġon-nar", 'Il-masterplan għal min hu?' 'Tkeċċu n-nies biex tħaxxnu bwietkom.' Bħal fil-protesta li saret eżattament il-ġimgħa l-oħra kien hemm ukoll poster ta' wiċċ iċ- Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar bil-kliem 'il-Qaddis tal-Ambjent'. L-attivist Andrè Callus mill- Kamp Emerġenza Ambjent sostna li l-masterplan se juża r-residenzi "biex jakkomoda l-interessi tan- negozji ta' żviluppaturi magħżula." Callus saħaq li jekk il-masterplan jiġi approvat, "se jkun milqugħ b'reżistenza feroċi. F'dawn l-aħħar snin l-iżviluppaturi għamlu li riedu iżda dan il-masterplan qed ilaħħaq livell kompletament inaċċettabbli," qal Callus. "Se joħloq preċedent ikrah ħafna – illum ġew affettwati r-residenti ta' San Ġiljan, iżda 'l quddiem jistgħu jkunu r-residenti ta' kwalunkwe raħal ieħor" Astrid Vella, il-Kelliema għal-Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA), inkoraġġiet il-pubbliku biex jipprotesta kontra dan il-Master Plan u wissiet li l-problemi li dan ser iġib miegħu mhumiex biss ambjentali iżda anke ekonomiċi u oħrajn relatati mad-drittijiet tal- bniedem. Vella wissiet li l-pjan ta' dan il-Gvern favur in-negozji jista' jirriżulta fi sfruttar tal-ekonomija. 'People are being evacuated so businessmen's pockets can be fattened' "Il-fatt li qed tiġi kkunsidrata l-esproprijazzjoni tal-propjetà kummerċjali jista' jikkawża lill- kumpaniji barranin biex jerġgħu jaħsbuha għal darba tnejn jekk għandhomx jinvestu fil-pajjiż. Se mmorru lura għas-70ijiet? Dan kollu se jnaqqas mill-opportunitajiet ta' Malta minn kull aspett." L-attivista Erica Schembri, ikkritikat bis-saħħa l-proposta ta' riklamazzjoni tal-art qrib sit ta' Natura 2000, faċċata ta' Portomaso. Il-protesta kienet immexxija mir-residenti u attivisti involuti mill-Kamp Emerġenza Ambjent, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Moviment Graffitti, Front Ħarsien ODZ, Ramblers' Association, Youth for the Environment, Nature Trust, Żminijietna – Voice of the Left u Friends of the Earth Malta. Preżenti kien hemm ukoll il-membri parlamentari tal- Oppożizzjoni George Pullicino u Kirsty Debono, l-MPE Roberta Metsola, iċ-Chairman tal- Alternattiva Demokratika Arnold Cassola, il-Kunsilliera tal-PN ta' San Ġiljan u s-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat. Wieħed mill- messaġġi fil- protesta Ma tantx huwa messaġġ kumplimentuż għal prolitiċi preżenti għall-istess protesta