Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

I ntlabt nikteb artiklu dwar x'nistenna mill- President Elett Trump u x'tagħlimiet nistgħu nieħdu mir-rebħa storika u żgur mhux mistennija tiegħu. Iżda qabel ngħaddi għal Trump u l-futur, irrid nikteb żewġ sentenzi dwar Clinton li diġà hi parti mill- passat. Hilary Clinton, l-iktar mara u żgur waħda mill-iktar politiċi kwalifikati għall-ogħla kariga tal-pajjiż kienet viċin ħafna li tieħu f`' idejha t-tmun darbtejn. Iżda fid-darbtejn li huma tfaċċa persuna li qajla kienet magħrufa fiċ-ċrieki politiċi. Fl-2008, kontra kull mistenni, Barack Obama serqilha n-nominazzjoni tad- Demokratiċi, sentejn biss wara li ġie elett senatur, biex imbagħad kompla biex rebaħ iż-żewġ elezzjonijiet Presidenzjali ta' wara. Din id-darba, fl-2016, tfaċċa Donald Trump, bl-ebda rwol politiku preċedenti, li rebaħ in-nominazzjoni minn fost sittax-il kontestant tal-Partit Repubblikan u kompla biex din il-ġimgħa rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Clinton bħala President kienet tkun tajba daqs jekk mhux aqwa mir-raġel tagħha Bill. Il-pjattaforma progressiva taċ-ċentru xellug li tħaddan, l-esperjenza fl-oqsma soċjali u politika internazzjonali kienu dak li l-ekonomija internazzjonali, u li d-dinja globalizzata tal-lum, kellhom bżonn. Ma kellux ikun. Wara li l-kandidati Republikani John McCain fl-2008 u Mit Romney fl-2012 tilfu l-elezzjoni Presidenzjali, il- partit tagħhom fassal strateġija għal kif se jerbaħ l-elezzjoni tal-2016. L-espansjoni tal- komunitajiet minoritarji, fuq quddiem l-Ispaniċi, kienet tfisser li l-partit kellu jerbaħ lil din il-faxxa jekk qatt ried jerbaħ il-poter. Iżda minflok ma d-delegati għażlu lil Marco Rubio, jew lil Ted Cruz, it-tnejn viċin din il-komunità, l-għażla waqgħat fuq Donald Trump li bi kliemu u b'għemilu għaraf li ċ-ċavetta biex jerbaħ il-White House ma kinitx l-istrateġija tal-partit tiegħu, iżda li jerbaħ il- faxxa ta' ħaddiema ta' karnaġjon abjad, il-famuża white working class, li storikament dejjem appoġġjat lid-demokratiċi. Is-suċċess ta' din l-istrateġija qiegħed propju fir-riżultat, fejn irnexxielu jerbaħ stati bħal Pennsylvania, Ohio, Michigan, Iowa, Wisconsin u kważi rebaħ Minnesota. Issa li r-riżultat ġie analizzat, il-mistoqsija ta' x'se toffri l-Presidenza Trump qiegħda fuq fomm kulħadd. Matul il-kampanja elettorali kulħadd tkellem dwar id-diskors vulgari u sessist tiegħu, l-imperu intraprenditorjali li għandu, l-arroganza u l-pompożità tiegħu, il-ħajt mal-Messiku u r-relazzjoni tiegħu mal- President Russu Putin. Iżda li tmexxi l-Istati Uniti tal-Amerka jfisser ferm iktar minn hekk. Fiex se tissarraf trumponomics? Xi rwol se jkollha l-Amerka fil- Medju Orjent? X'pożizzjoni se tkun qed tieħu fin-NATO? X'se jiġri mill-aġenda internazzjonali tat-tibdil fil-klima. Filwaqt li għadu kmieni ferm biex wieħed jidħol f 'dettall dwar dan, wieħed jista' jagħti l-ewwel indikazzjonijiet. Li hu importanti hu d-direzzjoni li l-Kungress taħt it-tmexxija tar-Repubblikani se jagħti. Jista' jkun li l-aġenda tal-Kungress taf ma tkunx eżatt ma' dik li għandu f 'moħħu Trump. Irridu wkoll insemmu li fl-ewwel diskors tiegħu minn meta ġie ddikjarat rebbieħ, Trump diġà biddel it-ton tiegħu u issa jinstema' ferm inqas diviżiv konfrontattiv, karatteristiċi li akkumpanjawh f 'dan il-vjaġġ ta' kważi sena u nofs. Il-Presidenza Trump għandha tkun waħda fejn se naraw iktar populiżmu u iktar protezzjoniżmu fis-sens li l-ekonomija u s-suq Amerikan ma jibqax miftuħ daqs kemm kien s'issa. Nistenna li numru ta' agreements internazzjonali jiġu riveduti, numru ta' dipartimenti governattivi jingħalqu biex titnaqqas l-ispiża fuq strutturi li fi kliem Trump huma ħela ta' flus u magna tal-burokrazija. Min-naħa l-oħra, fil-politika internazzjonali, nistenna Amerka iktar parteċipattiva izda inqas intrussiva. Ifisser li filwaqt li se naraw lill-President Trump fuq il-mejda tad- diskussjonijiet u negozjati fuq livell internazzjonali flimkien ma' mexxejja oħra, ir-rwol tal- Amerka speċjalment il-ħidma militari, se tiċkien drastikament. Dak li ktibt jidher faċċli ħafna li jiġi mwettaq. Mhux daqstant. Trump se jsib it-tfixkil tad- Demokratiċi li se jiddefendu dak li kisbu u wettqu fl-aħħar snin, fuq quddiem nett il- famuża Obamacare, li Trump ħalef li jħott immedjatament. Se jsib ukoll aġendi kontrastanti ma' sħabu tal-istess partit fis- Senat u l-Kungress. Se jsib lobby groups kbar u b'saħħithom li għandhom interessi kbar fosthom fir-rwol tal-Amerka f ' żoni ta' gwerra bħal Iraq u Afganistan. Fuq kollox se jsib eluf ta' nies ostili għalih u għal dak kollu li jirrappreżenta. U allura tistaqsu kif seta' qatt jerbaħ il-Presidenza. Apparti l-fatt li rnexxielu jerbaħ il-working class li skont hu kienet aljenata u minsija u apparti għall-fatt li kellu avversarju li kienet notorjament magħrufa bħala falza u li għall-ambizzjonijiet tagħha personali lesta tagħmel anke patt max-xitan, nemmen li kienu d-Demokratiċi stess li għenu lil Trump jerbaħ. Se nispjega għaliex. Fl-aħħar żminijiet sirna nisimgħu b'politiċi li jattakkaw il-famuż establishment. Anzi, jattakkaw hi l-inqas kelma addattata. Jiddemonizzaw hi l-kelma korretta. Barack Obama ġie elett President u saħħar miljuni ta' nies warajh għax qalilna li jrid ikisser l-establishment, apparti li biegħ ħolma u hu komunikatur eċċellenti. L-istess għamel Bernie Sanders, ir-rival ta' Clinton fit-tellieqa għan-nominazzjoni. Fil-bidu l-establishment kien Wall Street, il-banek, il-bankiera u l-bonuses tagħhom. Imbagħad saru parti mill-establishment il-kuruturi tal-poter sakemm inkludew fih ukoll kull politiku li kellu xi ħaġa x'joffri. Hekk kif il-politiċi Ewropej spiss iwaħħlu fl-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha għall- qgħad, għan-nuqqas ta` tkabbir ekonomiku, immigrazzjoni irregolari u ħafna iktar, il- politiku Amerikan, b'mod speċjali d-Demokratiċi, waħħlu fl-establishment li qiegħed hemm biex jipproteġi lill-kbir u jħalli kollox kif inhu biex is- sinjur jistana u ż-żgħir ikompli jitfaqqar. Illum qegħdin f 'sitwazzjoni redikola fejn il-kaġun ta' kull problema, kull sfida, kull kriżi, hu l-establishment, il- politiku. Il-poplu ġie mgħallem jobgħod lill-politiku. Minflok ma l-politiku jispjega li ċertu talbiet tal-poplu ma jistgħux jintlaqgħu, għal raġunijiet ekonomiċi u oħrajn, allura jwaħħal fl-establishment. Bħal donnu l-poplu llum tabilħaqq jemmen li kieku m'hemmx establishment, il-working class tfur bil-flus u mill-appartament jidħlu jgħixu fl-isbaħ villa. Bħal li kieku mingħajr establishment, dawk fuq il-paga minima jingħataw id-doppju tas-salarju preżenti, minflok niddiskutu jekk dan għandux jiżdied b'persentaġġ. Obama ġie elett fuq pjattaforma anti establishment. Iżda wara tmien snin, għalkemm ħafna japprezzaw dak li rnexxielu jagħmel, ilkoll naqblu li ħafna ġew diżillużi minn dak li emmnu li jista' jsir fl-2008. U allura din id-darba staqsew għalfejn m'għandomx jafdaw lil Donald Trump li għalkemm jippersonifika l-klassi sinjura li dejjem staniet u evitat li tħallas it-taxxi kollha dovuti, preferew lilu li ma kienx parti mill-establishment tal-politika, li l-establishment politiku stess tant iddemonizza. Jekk xejn, Clinton hi xempju tal-establishment politiku tant li ilha fix-xena politika sa mill- 1992 b'diversi rwoli importanti. U allura filwaqt li deħlin għal żmien interessanti fejn se naraw il-prattiċità tal-politika ta' Trump fejn illum diġà beda jsir parti mill-establishment li tant tkellem kontrieh fl-aħħar xhur, bl-istess mod kif Obama stess sar parti mill-establishment jum wara l-ieħor fil-White House, il-ħsieb tiegħi jmur fuq il-politici Maltin li fl-aħħar żminijiet ħaduha drawwa li jpingu lill-partit l-ieħor bħala l-establishment bir-riskju kollu li għada pitgħada jitfaċċa xi ħadd li juża din il-pjattaforma li jkunu ħolqu huma stess, biex jibgħathom id-dar. illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Opinjoni 16 X'tgħallimna mir-Rebħa ta' Donald Trump? AARON FARRUGIA "Donnu l-poplu llum jemmen li kieku m'hemmx establishment, il-working class tfur bil-flus u mill-appartament jidħlu jgħixu fl- isbaħ villa." Trump jirbaħ u l-attivisti tiegħu 'jirringrazzjaw 'l Alla'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016