Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
I r-rebħa ta' Donald Trump kienet waħda b'saħħitha. B'saħħitha għaliex Trump irnexxielu jegħleb mhux biss lill-avversarju politiku tiegħu iżda wkoll istituzzjonijiet sħaħ ewlenin li assolutament ma ridux jarawh imexxi l-White House. Kienet b'saħħitha wkoll għaliex Trump huwa persuna li qatt ma okkupat karriera politika, ġejja mid-dinja tan-negozju u li d-diplomazija ċertament mhijiex il-forte tiegħu. Fil-fatt kienet din ir-realtà l-'winning card' mal-poplu Amerikan, ċioè li huwa mhuwiex bħall-politiċi l-oħra, huwa mhuwiex bħal dawk li fuq it-televixin ilna naraw. S'intendi fl-Ewropa kellna xi ħadd li kellu l-istess sfond tiegħu, Silvio Berlusconi u bla ma rrid meta nara lil Trump niftakar ftit f 'Berlusconi. Biss iż-żewġ persuni huma karattri u realtajiet totalment u kompletament distinti. In-nies riedet xi ħadd li tifhimhom, li titkellem dwar dak li tinkwieta lilhom, li l-prijoritajiet tagħhom ikunu wkoll il-prijoritajiet tiegħu. Populiżmu m'għandu jkun qatt, iżda li tkun il-vuċi tan-nies dik iva. U Trump ta lezzjoni kbira lid-dinja kollha. Jien ma ħadtx qatgħa meta smajt li tela' Trump u wisq inqas inkwetajt. Anzi jien konvint li l-poplu Amerikan, bħal dejjem, għamel l-għażla t-tajba. Lil Trump bħala Ewropew irrid intih ċans u opportunità li juri x'lest isarraf. Li nistenna, bħala Ewropew hu li fina Trump jara partner ġenwin għal iktar paċi u prosperità ekonomika. Konvint li ż-żewġ naħat għandna l-istess miri u ambizzjonijiet biex niksbu l-aħjar għaż-żewġ kontinenti. Hillary Clinton Irridu nsellmu lil Hillary Clinton li kienet magħrufa magħna l-Ewropej, partikolarment bis-saħħa ta' żewġha Bill li kien wieħed mill- aqwa Presidenti li qatt kellha l-Istati Uniti. It-telfa ta' Clinton fissret li l-poplu Amerikan irid jistenna ftit snin oħra biex ikollu l-ewwel President mara, xi ħaġa li jien nemmen li se ssir fi żmienna. Ħadt gost kif Clinton ġabet ruħha fil-jiem ta' wara t-telfa. Tkellmet kif kellha titkellem u ġabet l-aħjar interess tal-Istati Uniti l-ewwel u qabel kollox. Konferenza dwar ċittadinanzi Kemm kienet esperjenza pożittiva l-mawra ta' ftit sigħat li kelli nhar il-Ħamis li għadda f 'Londra biex nipparteċipa fil-Konferenza ta' Henley and Partners. Meta titkellem mal-aħjar u l-aqwa prattikanti fis-settur tintebaħ kemm dan hu qasam li jekk jitħaddem bis-serjetà (kif qed nagħmlu aħna) joħroġ ħafna ġid. Joħroġ ħafna ġid għall-pajjiżi nfushom li bis- saħħa tal- programmi ta' ċittadinanza b'investiment jattiraw talent u investiment importanti. Joħroġ ġid għaċ-ċittadin innifsu li bl-investiment tiegħu jiftaħ orizzonti ġodda u jikseb drittijiet importanti ta' mobbiltà. Matul il-konferenza ltqajt kemm ma' prattikanti mill- aqwa Ingliżi li jafu l-liġijiet tal-immigrazzjoni tal-Ewropa kollha bl-amment u anke ma' 'global citizens', ċioè nies li diġà kisbu l-aċċess għal diversi ċittadinanzi u li dan l-aċċess fetħilhom opportunijiet ġodda għalihom u għan-negozji tagħhom. Iktar kemm jgħaddi żmien iktar nintebaħ x'deċiżjoni tajba u għaqlija kienet din li nintroduċu Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment. Ma' kull min iltqajt kulħadd faħħarli s-serjetà tal-programm tagħna. Prosit Identity Malta ta' din il- ħidma tant tajba u b'saħħitha. Oppożizzjoni Quddiem dan is-suċċess, l-Oppożizzjoni kompliet tirranka fis-suppervja tagħha. Issa m'għadhiex tgħid li se tirtira ċ-ċittadinanzi mogħtija, issa qed tgħid li jekk titla' fil- Gvern tbiddel il-Programm kemm kemm (tweaking). Dak x'tgħid fil-pubbliku. Minn taħt però l-Oppożizzjoni, bħal dak it-tifel supperv li ma tgħaddix tiegħu tipprova tkisser u tħarbat. Għalhekk b'animu ħażin toqgħod tibgħat il-cameramen tan-NET l-ajruport wara dawn l-investituri, b'animu ħażin toqgħod tniżżel l-esperjenza Maltija ta' dawn l-investituri velenu billi tarmi mit-tieqa kull sens ta' kunfidenzjalità' li bniedem jistenna f 'pajjiż ċivilizzat. Ma jitgħallmux. Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Opinjoni 17 TRUMP OWEN BONNICI Bla ma rrid meta nara lil Trump niftakar ftit f 'Berlusconi. Biss iż-żewġ persuni huma karattri u realtajiet totalment u kompletament distinti. The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664