Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

F l-1965 fl-Istati Uniti fil-każ Gideon vs Wainwright il- Qorti Suprema stabbiliet d-dritt li persuni li ma jkollhomx mezzi finanzjarji sabiex jinkarigaw avukat tal-fiducja taghhom, jinħatrilhom wieħed mill- Istat – dak komunement magħruf bħala l-avukat tal- fqar, l-avukat tal-għajnuna legali, jew legal aid. Fi Florida biss ġew meħlusa madwar 2,000 persuna bħala konsegwenza tas-sentenza u b'hekk kellek ripple effect fejn saret ġustizzja fis-sens wiesgħa, ma' dawk kolha li kellhom d-drittijiet tagħhom miksura. Riforma tant importanti, bħal ħafna mir-riformi u progress fis-soċjetajiet kollha madwar id-dinja, ma nibtitx mill-kumdità ta' xi Rapport, iżda nkisbet bit-tbatija u sagrifiċċju ta' Clarence Earl Gideon li saħansitra oriġinarjament ġie kkundannat l-ħabs, mingħajr il-possibiltà li jkun assistit minn avukat. U bħalma dik r-riforma tibqa' għal dejjem, b'sens ta' ġustizzja, ċelebrazzjoni għal dak li għadda minnu Gideon, hekk ukoll f 'pajjiżna r-Riforma għandha ssir fi spirtu ta' ġustizzja, rispett u rikonoxximent lejn dawn li b'xi mod operaw f 'sistema b'tant nuqqasijiet, biex verament tkun suċċess minn kull aspett. Għandha tkun monument ħaj għall-ġudikanti li matul s-snin għamlu mirakli jaħdmu f 'ambjent nieqes minn diversi riżorsi, nuqqas ta' riżorsi umani li jgħinu fir-riċerka, b'mezzi xi kultant limitati, fejn l-użu tal-aħħar tekonoloġija avvanzata kien jieħu snin biex jasal fl-awli tal-Qorti filwaqt li jkun ilu li sar parti mill-ħajja ta' kuljum f 'diversi oqsma oħra tas- soċjetà Maltija. Monument ħaj għall-ġudikanti li minkejja sistema b'tant nuqqasijiet u difetti dejjem urew serjetà kbira fil-qadi tad-doveri tagħhom, f 'kundizzjonijiet tax-xogħol kultant diffiċli. Monument ħaj għall- avukatura li għexet żminijiet diffiċli. Meta jien fassalt, ifformulajt u preżentajt fil-Parlament ir-riforma tal-ġustizzja li kienet qed tiġi implimentata fl-aħħar tliet snin, kont qed nużufruwixxi minn dak li tgħallimt mill- avukati ikbar minni u li kienu ta' eżempju għalija. Kont il-vuċi ta' dawn ukoll meta mbuttajt 'il quddiem din ir-Riforma u permezz tagħha xtaqt ukoll niżżihom ħajr. Għax fil-verità mhux faċli taħdem fl-ambitu ta' sistema b'tant nuqqasijiet – ladarba kien hemm bżonn tant bidliet ifisser li kien hemm tant nuqqasijiet. Għaldaqstant r-Riforma tal-Ġustizzja għandha tkun monument ħaj anke għal min fil-qadi tad-doveri tiegħu, fix-xogħol tiegħu ta' kuljum kellu jopera f 'sistema mhux talli imperfetta talli mifnija b'tant nuqqasijiet – bil- perikli u diffikultajiet li din s-sitwazzjoni ġġib magħha. Franco Debono huwa Kummissarju għal-Liġijiet u konsulent tal-Prim Ministru għar-Riforma tal-Ġustizzja Ikompli l-ġimgħa d-dieħla... Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Opinjoni FRANCO DEBONO 19 M'għandekx aptit toħroġ tixtri l-gazzetta? Abbona biex tkun tista' taqra l-ILLUM għal sena sħiħa b'mod diġitali kull nhar ta' Ħadd għall-prezz ta' €35 biss. Min jabbona jidħol fi ċ-ċans li jirbaħ bosta rigali. Żur is-sit http://www.maltatoday.com.mt/illumdigitaledition/ www.illum.com.mt Skont Cacopardo... Id-dritt għax-xemx I x-xemx titla' għal kulħadd. F'kull sens, suppost. Għandna dritt li jkollna aċċess għax- xemx u għall-benefiċċju li dan iġib miegħu. Id-dokument li jniedi l-konsultazzjoni pubblika dwar Il-Pjan t'Azzjoni Nazzjonali għall-enerġija rinovabbli jipprova jindirizza dan il-punt. Iż-żieda fl-għoli permissibli tal-bini li seħħet fl-2006, meta kienu konklużi l-pjani lokali, kien ħoloq problemi kbar minħabba li injora b'mod komplet il-ġenerazzjoni tal-enerġija mix-xemx fuq il-bjut tad-djar tagħna. Spiċċajna b'familji li ma jistgħux jistallaw il-pannelli fotovoltaijiċi fuq il-bejt ta' darhom minħabba li ħdejhom flok binja b'żewġ sulari inbena blokk ta' ħames sulari għax inbidlu r-regoli. Mhux biss, talli dawn spiċċaw biex ħlief għal ħin qasir fis- sajf l-anqas misħun mix-xewx ma jista' jkollhom għax il-bini ġdid li tela' madwarhom għattielhom ix-xemx. Fix- xitwa qajla jaraw ix-xemx fuq il-bejt ta' darhom. Meta nitkellmu dwar id- dritt għax-xemx (solar rights) nagħmlu dan b'referenza għal ċirkustanzi bħal dawn. Huwa neċessarju li meta jkun ikkunsidrat il-bdil fl-għoli permissibli tal-bini l-aċċess tax-xemx għal kulħadd jingħata importanza. Huwa neċessarju li nagħtu kas ta' dawn l-impatti. Hemm punt ieħor. Il- blokki b'ħafna flats ma fihomx spazju biżżejjed għal facilitajiet kollha meħtieġa li jitqegħdu fuq il-bjut. Meta tqis li l-qies tal-bejt irid jinqasam bejn bosta, ftit jibqa' spazju biex jitqiegħdu pannelli fotovoltaiċi. Iktar minn hekk, meta jkun hemm penthouse anke dan il-ftit spazju jispiċċa, għax il-bejt tal-penthouse ma jkunx aċċessibli ħlief għas-servizzi tal-penthouse. Forsi wasal iż-żmien li meta jinbnew blokki ta' flats ġodda ma jinbnewx iktar penthouses u parti mill-bejt b'hekk ikun possibli li jintuża biex tkun iġġenerata l-enerġija elettrika. Għax kulħadd għandu jkollu dritt għax-xemx. Carmel Cacopardo hu viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO Ġustizzja fir-Riforma (1) Ir-riforma għandha tkun monument ħaj għall-ġudikanti li matul s-snin għamlu mirakli jaħdmu f 'ambjent nieqes minn diversi riżorsi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016