Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l- istilla, se jkun perjodu ta' sagrifiċċju fejn tidħol l-imħabba. Huwa dan il-kunċett li trid tgħaddi minnu. Però, is-sagrifiċċju li se jkollok tgħaddi minnu se sservi ta' ġid sabiex int tkun tista' tagħraf aktar x'pass hemm bżonn tagħmel. Waqt din il-fażi li se tgħaddi minnha, hemm bżonn li titgħallem x'inhu l-aktar importanti għalik. Jekk mhux dak li tagħi jew dak li tagħraf lilek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 23 u 34. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istill se jġiegħlek taffaċja mument fejn se jkollok tagħmel għażla, u din l-għażla tirrigwardja direzzjoni ġdida li int għandek tieħu fil-karriera. Sfortunatament, kull deċiżjoni li tittieħed jaf ikollha impatt li mhux bil-fors jintogħġob minn dawk ta' madwarek. Dan m'għandux joqgħod jinkwetak, l-importanti huwa biss dak li jinteressak fl-għażla. Għalhekk, aħseb u irrifletti sew. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 17, 23 u 35. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istilla se jkun dak ix-xahar fejn se jwasslek għal dik it-triq li int ilek tant taħdem b'tant sagrifiċċju għaliha. Issa wasal iż-żmien li int trid verament turi l-kapaċità u l-ħila tiegħek, u din trid ukoll tkun fuq linja bilanċjata s a - biex b'dak li ġej, ma jridx ikun xi tard ta' problema fl-imħabba li int għandek għalhekk int issa waqt dan it-tkabbir trid tagħraf tkun bilanċjat sew. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 21 u 37. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istilla se jkun mument ta' riflessjoni fil-ħajja ta' mad- warek. Forsi sa ftit ġimgħat ilu kont qed tibża' minn xi pass li ridt tieħu jew tagħmel, imma issa dan sejjer jitwettaq għax ma tistax tibqa' f'dak li int. Xi kultant, ikun bżonn din il-motivazzjoni, u kwalunkwe at- tentat li jista' jitwettaq biex dan ma jseħħx, dan mhux se jiġri. Jekk hemm bżonn toqgħod waħdek, agħmel hekk għal dan il-mument. Kuluri favoriti ma' taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 15, 26 u 32. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Ix-xahar ta' Novembru għalik li taqa' taħt din l-istill se jkun dak il-mument li għalkemm qiegħed tara li dak l-isforz qawwi li qiegħed tagħmel u qed jidher li qiegħed ikun mhux premjat, m'għandux jaqtalek qalbek, anzi għandu jagħtik aktar ħeġġa sabiex tkompli tkattar dak li b'tant sagrifiċċju qiegħed tant tagħmel. Il-fażi li bħalissa għaddej minnha li mhijiex tkun ta' gostik sejra tgħaddi. Importanti li int tibqa' iffukat. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ix-xahar ta' Novembru għalik se jkun dak il-mu- ment ta' tranżizzjoni kbira madwarek. Xahar fejn minn dak li int kont ftit ġimgħat ilu issa se tagħmel bidla li għalkemm bħal kull bidla ġġib ċertu biża' imma minn dak li ġej għalik se tagħraf li d-deċiżjoni li inti ħadt kienet waħda ġusta u importanti. Huwa importanti li ma tħalli l-ebda tfixkil li hemm madwarek iwaqqaflek mill-mixja tiegħek. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 27 u 34 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Ix-xahar ta' Novembru għalik se jkun fih dak il- mument sabiex tagħraf kemm l-imħabba li hemm madwarek hi importanti u kemm għandek ħajja stabbli grazzi għall-imħabba li tirċievi. Grazzi għal din l-imħabba inti tista' tħares 'il quddiem b'aktar pożittività. Taqtax qalbek jekk din l-imħabba tirrikjedi wkoll aktar attenzjoni, agħraf għatiha għax hija importanti li din l-istess imħabba titkattar. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 23 u 36. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Fix-xahar ta' Novembru fil-jiem li ġejjin se ssib quddiemek fixkla li jekk inti ma tagħrafx tikkont- rolla, taf tikkundizzjonalek il-ħajja ta' madwarek l- aktar fejn tidħol l-imħabba. Għalhekk trid tagħraf mill-ewwel tilqa' għal dan. Għalkemm inti se taħseb l i din mhux sejra tkun xi sitwazzjoni kkumplikata imma fil-fatt mhix ser tkun sempliċi għaliex kollox jibda bis-sabiħ. Teriqx imbagħad tipprova ssalva. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 23 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ix-xahar ta' Novembru huwa l-mument ta' kif se ġġib ruħek mal-ħbieb u dawk kollha li huma mdaħħlin fil-ħajja tiegħek li se jwassal għal taqliba. Wara din it-taqliba trid tagħraf kif inti ser tkompli timxi ma' ta' madwarek u tajjeb li tkompli tanalizza fejn hemm bżonn biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' madwarek b'mod prudenti. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 17, 25 u 32. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Ix-xahar ta' Novembru huwa żmien riflessiv fuq id-direzzjoni li inti trid tieħu fix-xhur li ġejjin. Jekk m'intix ser tagħraf tkun kawta fil-ħajja ta' madwarek jaf ikollok riflessjoni negattiva li żgur m'għandekx bżonn f'ħajtek. Agħraf l-importanza ta' dak li trid jitwettaq u issa li kważi wasalt, tħarbatx kollox fl-aħħar ftit. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 22 u 35. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Ix-xahar ta' Novembru għalik se jkun perjodu fejn trid tagħżel lil min se tafda. Għalkemm fil-passat ġarrabt meta fdajt bħalissa qed tinħoloq sitwazz- joni li trid tara verament lil min se tafda. Fejn tista' timxi waħdek dan huwa l-aħjar pass li tista' tagħmel imma fejn ma tistax trid tagħmel analiżi ftit profonda sa- biex tagħraf tkun gwidat/a Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 16, 26 u 37. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Ix-xahar ta' Novembru għalik huwa mument fejn trid tagħraf aktar kemm lilek innifsek kif uko9ll ir-responsabbilità li għandek madwarek. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet bħalissa tħosshom xi ftit ibsin imma taqtax qalbek. Wara li tgħaddi din il-fażi se tagħraf kemm kien għaqli li bqajt tagħraf lilek innifsek u żammejt kawta għal dak kollu li kien għaddej. Dan se jkompli jsaħħek aktar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se tagħtik stimulazzjoni fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 12, 23 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 23 add 13 ta' Novembru 2016 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Kompetizzjoni: Din il-paġna xi tfisser għalik? L-aħjar seba' risposti jirbħu l-gazzetta ILLUM għal xahar b'xejn, bil-posta b'kollox.It-tweġibiet għandhom jintbagħtu b'SMS fuq 99013600. Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla X'qalulna l-qarrejja... " " Dawn is-seba' persuni se jirċievu l-gazzetta ILLUM għal xahar sħih, bħala apprezzament lejn il-paġna tiegħi. Yvette Darmanin minn Naxxar: PaulJon, l-oroskopju tiegħek huwa oroskopju ferm differenti minn oħrajn. Huwa ferm dettaljat, interessanti u fuq kollox ta' gwida pożittiva ħafna. Prosit u nammirak Charmaine Tanti minn San Ġiljan: L-ewwel darba li qrajt l-oroskopju tiegħek, ħsibt li kienet ħa tkun ta' darba, imma issa ilni ħames xhur insegwik. Fih differenza u tagħlim, u r-rakkonti tiegħek ta' min jirrispetta dak li jirnexxilek tagħmel. Proset ħafna Marcelle Spiteri miż- Żurrieq: PaulJon, ma nafx eżatt kemm ilni nsegwi l-oroskopju tiegħek, imma nħoss li mxejt aktar lejn dak li kont naħseb li kien diffiċli, aktar u aktar meta nsegwi r-rakkonti kif jirnexxilek twassal tant pożittività. Nixtieq niltaqa' miegħek. Tal-ġenn! Sabrina Farrugia mir- Rabat: Jien insegwi diversi oroskopji, kemm lokali u kemm fuq l-internet, imma f 'tiegħek hemm xi ħaġa differenti. Lanqas jilħaq jisbaħ il-Ħadd sabiex insegwik. Nagħmlek li int persuna ferm interesanti. Nammirak! Claudia Attard min-Nadur: Qatt ma kont segwejt oroskopju qabel għax kont ngħid li dawn kollha ċuċati u jmorru kontra t-tagħlim tal- Knisja. Imma minn mindu bdejt naqra l-Oroskopju tiegħek, sammartni u ħajjart oħrajn. Inkunu qed nistennewk kull nhar ta Ħadd. Nixtiequ niltaqgħu miegħek. Isabella Camilleri mis- Sannat: Nixtieq insaqsik kif jirnexxilek tiġbed tant? Jien kont persuna xettika ħafna fuq dawn l-affarijiet imma int saħħartni bil-paġna tiegħek. Għandek pinna maġika. Ikkonvinċejtni ħafna bir-rakkonti. Int kont qassis qabel? Kimberly Grech mill-Mosta: Tassew prosit għax irnexxilek mingħajr ma taf tiġbidni lejn il-kitba fl-oroskopju, u ferm aktar b'dawk ir-rakkonti ferm interessanti. Kemm int persuna li tiggwida fit-tajjeb. Tassew spiritwalista magħżul. Il-Mulej iżomm idejh fuqek. Sliem.