Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 24 Kummerċjali Wasal żmien il-Beaujolais Nouveau Il-Ħamis, 17 ta' Novembru 2016, hu Jum il-Beaujolais Nouveau, il-jum li matulu jiġi ċċelebrat l-ewwel inbid tal-istaġun, ftit ġimgħat biss wara l-qtugħ tal-għeneb. Aktarx li l-iżjed produttur popolari tal-Beaujolais Nouveau hu Georges Duboeuf, magħruf bħala wieħed mill-akbar ġenji li mexxew dan l-inbid fil- pubbliku. Ħafna mill-inbejjed ikunu jridu jiġu kkunsmati f 'Mejju ta' wara li jkunu rilaxxati, iżda l-Beaujolais Nouveau hu maħsub biex jinxtorob meta ma jkunx għadda wisq żmien. Dan l-inbid aħmar hu r-riżultat ta' proċess qasir ta' fermentazzjoni li jwassal għal inbid tajjeb u nadif biex jitgawda madwar id-dinja. L-għeneb Gamay, li minnu jsir il-Beaujolais Nouveau, jinqata' mill-provinċja ta' Beaujolais fi Franza. L-inbid, fil-fatt, oriġina madwar seklu ilu bħala xarba rħisa u ta' pjaċir u kien magħmul min-nies tal- lokal biex jiċċelebraw tmiem l-istaġun tal-qtugħ tal-għeneb. Il-Beaujolais Nouveau hu nbid ħafif għax-xorb minħabba l-proċess ta' maċerazzjoni karbonika li jgħaddi minnu, magħrufa wkoll bħala l-fermentazzjoni tal-għenba sħiħa. Din it-teknika tippriserva l-kwalità friska tal-għenba mingħajr ma tneħħi s-sustanzi qarsa (tannins) mill-qoxra tal- għeneb. It-temp sabiħ, bix-xemx tisreġ, ta' matul il-perjodu tal-qtugħ tal-għeneb kien ta' esperjenza pożittiva mhux biss għal dawk li ħasdu l-għeneb imma wkoll għal dawk li pproduċew l-inbid. L-għeneb li qatgħu kien misjur, mimli u ħelu. Skont dawk li jbassru t-temp, Settembru kien l-aktar xahar sħun u xemxi f 'ħamsin sena. Bħalma jiġri dejjem, meta l-qtugħ tal-għeneb isir lejn tmiem is-sena, il-produtturi tal-inbid ta' Georges Duboeuf jibdew il-proċess ta' fermentazzjoni malolaktiku malli tkun qed tintemm il- fermentazzjoni alkoħolika. L-2016 hi għal kollox differenti mill-2015 – il-vintage ta' din is-sena joffri dak kollu li nixtiequ mill-inbid eċċezzjonali tal-Beaujolais Nouveau. Dawn huma nbejjed tajbin li jtuk gost bil-palat tagħhom. Huma mimlija bl-imħabba ta' min jagħmilhom, u t-tjubija tagħhom tirbaħ fuq it- tħassib li jista' jkun hemm fuq l-iżvilupp u l-istabbiltà ta' dawn l-inbejjed. GS Superstore jinbidel għal Valyou Supermarket ġdid fil-Mellieħa Wara numru ta' snin jipprovdi varjetà ta' ikel u prodotti tad-dar u servizz mill-aqwa lill-komunità Maltija, id- ditta ikonika GS superstore se tbiddel l-isem għal Valyou Supermarket. Il- bidla tmur oltré mill-isem u l-marka. Il-kumpanija qiegħda tbiddel lilha nnifisha madwar il-wegħda l-ġdida tal-marka li tipprovdi valur miżjud lil kull klijent permezz tal-prodotti u l-esperjenza tagħhom. Barra minn hekk, se jiftaħ ukoll Valyou supermarket ġdid fil-Mellieħa, fis-sit fejn kien il-Belleview. Bħala parti mill-eżerċizzju tar- rebranding, l-elementi kollha tal- esperjenza tal-marka tas-supermarket se jinbidlu, inkluż is-sinjali ta' ġewwa u ta' barra, prodotti ġodda u mtejba u disinn kompletament ġdid fis- supermarket biex b'hekk il-klijent ikun fiċ-ċentru tal-esperjenza sħiħa. Is-supermarkets b'disinn ġdid se jkunu organizzati b'kategoriji biex l-esperjenza tax-xiri tkun aktar sempliċi u joffru aktar spazju lill-klijenti. L-esperjenza definita mill-ġdid fis- supermarkets se tkun ikkaratterizzata wkoll minn taħlita ta' kategoriji li jżommu l-bżonnijiet tal-konsumatur fuq quddiem u se toffri atmosfera komda, fejn se tagħti lill-klijenti valur miżjud. "Illum il-ġurnata, il-konsumaturi tant għandhom għażla li għal xi wħud, tkun ħafna għalihom. Permezz ta' 'Valyou – Your home for fresh' qed noffru lill-klijenti tagħna esperjenza tax-xiri mill-aqwa b'valur miżjud, filwaqt li noffrulhom prodotti li huma friski u esperjenza biex iħossuhom tajbin magħhom infushom," qal Raymond Mintoff, Managing Director ta' Valyou Supermarkets. "Il-brand identity il-ġdida se tagħtina l-opportunità li nagħmlu distinzjoni permezz ta' servizz aktar konvenjenti għall-klijenti u offerti tajbin, kwalità u varjetà tal-ikel biex ngħinu lix-xerrejja Maltin jiddevertu fil- ftit ħin li jkollhom f 'atmosfera attraenti u kalma." Dawn l-elementi kollha se jkunu appoġġjati u se jingħataw il-ħajja permezz ta' strateġija ġdida ta' komunikazzjoni u kampanja ta' reklamar li ġiet żviluppata minn the Concept Stadium. "Mhux xi ħaġa ta' kuljum li klijent isaqsik biex tgħinhom jerġgħu jaħsbu l-offerta tagħhom. Kien eċitanti ħafna li ngħaqadna ma' waħda mill-aqwa chains ta' supermarkets f 'Malta biex ħriġna bil-brand Valyou, li tgħaqqad sew mad-disinn fuq ġewwa tas-supermarkets u l-esperjenza tax-xiri li qed naħdmu biex nipproġettaw," ikkonkluda Jonathan Dalli, Managing Director ta' Concept Stadium.