Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum SPORTSillum 27 L-Irlanda tegħleb lill-Awstrija u titla' l-quċċata ta' Grupp D FI Grupp D, l-Irlanda barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra l-Awstrija bil-gowl għall- Irlandiżi jasal minn James McClean fit-48 minuta. Permezz ta' din ir-rebħa, huma telgħu fl-ewwel post ta' dan il-grupp b'10 punti. Mill-istess grupp, il- Georgia ġewwa darhom sfaw miżmuma fi draw ta' 1-1 mill-Moldova bil-gowl għal Georgia jasal minn Valeri Kazaishvili fis-16-il minuta, waqt li l-Moldova ġabu l-iskor indaqs fit-78 minuta permezz ta' Aleksandru Gatcan. Min-naħa l-oħra, fi Grupp I, il-Kroazja ġewwa darhom f 'Zagreb għelbu lill-Iżlanda bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Marcelo Brozovic fil-15 u fid-90 minuta rispettivament. Permezz ta' din ir-rebħa, il-Kroazja kkonsolidaw posthom fil-quċċata ta' dan il-grupp b'10 punti. Mill-istess grupp, it-Turkija ġewwa darhom għelbu lil Kosovo bl-iskor ta' 2-0 bil- gowls għalihom jaslu minn Burak Yilmaz u Volkan Sen fil-51 u fil-55 minuta rispettivament. B'hekk huma telgħu fir-raba' post ta' dan il-grupp b'ħames punti. RIŻULTATI Is-Sibt 12 ta' Novembru Grupp D Georgia vs Moldova 1-1 Awstrija vs Irlanda 0-1 Grupp I Turkija vs Kosovo 2-0 Kroazja vs Iżlanda 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 13 ta' Novembru Grupp A 18:00 Lussemburgu vs Olanda 18:00 Bulgarija vs Belarus Grupp B 18:00 Ungerija vs Andorra 18:00 Żvizzera vs Gżejjer Faroe 20:45 Portugall vs Latvja Grupp H 18:00 Ċipru vs Ġibiltà 20:45 Belġju vs Estonja 20:45 Greċja vs Bożnija Herzegovina 20:45 Belġju vs Estonja Javier Zanetti għal darb'oħra f 'Malta f 'Marzu li ġej LISEM tal-eks player leġġenedarju Interista u preżentament viċi president tal-istess klabb Javier Zanetti, sar wieħed sinonimu ma' gżiritna hekk kif fl-aħħar snin huwa żar xtutna għal bosta drabi fuq raġunijiet diversi. Huwa se jkun qed jerġa' jagħmel dan f 'Marzu li ġej eżattament bejn l-1 u l-4 ta' Marzu tas-sena d-dieħla biex imexxi training camp. Dan tħabbar minn Javier Zanetti nnifsu u l-mara tiegħu Paula waqt konferenza stampa organizzata fl-Italja mill- Awtorità Maltija tat-Turiżmu, l-MTA. It-training camp se jkun maqsum fuq erba' sessjonijiet kollha mmexxija minn Zanetti nnifsu. Fihom se jkunu qed jieħdu sehem 35 parteċipant subien u bniet li huma residenti fl-Italja u li għandhom minn 10 snin 'il fuq. Il-fondi kollha minn dan it-traing camp se jkunu qed imorru b'risq il-Fondazzjoni Pupi mmexxija minn Zanetti nnifsu, li taħdem qatigħ ma' tfal fil-bżonn fl-Arġentina u anke f 'pajjiżi oħra. Training camps ta' dan it-tip li saru f 'pajjiżna riċentament immexxija minn Javier Zanetti ħallew suċċess kbir u b'hekk dan jawgura li t-training camp ta' Marzu li ġej mhux se jkun b'inqas. Javier Zanetti imkien ma' Gavin Gulia waqt waħda miż-żjarat riċenti tiegħu f 'Malta James McClean jifraħ waa li skorja l-gowl tant importanti għall-Irlandiżi t-48 minuta