Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
illum Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Sports 32 Valletta FC bi sponsor ewlieni ieħor għal dan l-istaġun Minn Cristian Antony Muscat LI Valletta FC huma skwadra li staġun wara l-ieħor ikollhom jiġġieldu għar-rebħ tal-unuri, huwa fatt magħruf. U biex ikomplu jsaħħu dan il- fatt, fil-jiem li għaddew huma ppreżentaw sponsor ewlieni ieħor li huwa Von Der Heyden Group li huwa kumpanija mill-qasam tal-propjetà b'investimenti kbar madwar l-Ewropa u li hija bbażata f 'Malta, liema kumpanija se tkompli tgħin lill-klabb Belti fil-mira tiegħu li fil-futur qrib jirnexxielhom jagħmluha għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League. Il-president ferm ħabrieki ta' Valletta Victor Sciriha, semma kif matul is-sajf li għadda, wara kwalifikazzjoni kontra tim mill-Gżejjer Faroe, il-Beltin kienu ħarġu bl-unuri kollha u b'rashom mgħollija wara li affrontaw il-ġganti ta' Red Star Belgrade. Huwa kompla li sponsor bħal dan jista' biss ikompli jgħin liċ-champions Maltin biex iżid fil-baġit tagħhom, li attwalment ilaħħaq mal- miljun ewro kull staġun biex ikompli jsaħħu l-iskwadra u jkomplu jkunu aktar kompetittivi fl-Ewropa. Intant, meta mistoqsi minn din il-gazzetta kif jiddeskrivi l-bidu ta' staġun minn Valletta sa issa, huwa qal li dan kien wieħed ikkaraterizzat minn diversi tlajja' u nżul iżda jinsab ċert li fi tmiem l-istaġun huma se jkunu qed jisfidaw għall- unuri kollha fosthom ir-rebħ tal-Kampjonat u anke tal-FA Trophy. Barra minn hekk, Victor Sciriha semma li Valletta għandhom fil-mira tagħhom ir-rebħ tas-Super Cup li se tkun qed tintlagħab fil-21 ta' Diċembru kontra Sliema Wanderers. Meta mistoqsi mill- ILLUM kemm jaħseb li l-injury ta' Roderick Briffa ħalliet impatt negattiv fuq l-iskwadra ta' Valletta, Victor Sciriha semma li huwa minnu li dan il-plejer qed jinħass ferm minn Valletta FC, hekk kif iddeskrivieh bħala wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin, iżda huwa saħaq li l-plejers li qed jissostwixxuh speċjalment dawk żgħażagħ, qed jagħmlu dan bl-aktar mod denju. Iżda fost l-aktar argumenti jaħarqu li għamlu din il-konferenza stampa waħda interessanti kien hemm dik li l-Premier Standing Committee qed jiddiskuti l-possibbiltà li mill-istaġun li ġej, il-klabbs tal-Premier jista' jkollhom xejn inqas minn 11-il plejer barrani fuq il-pitch. Kemm Victor Sciriha kif ukoll il-viċi president ta' Valletta, Alexander Fenech, saħqu li bħalissa għaddejja diskussjoni intensiva bejn ir-rappreżetanti tal-klabbs tal-Premier biex mill-istaġun li ġej, in-numru ta' plejers barranin li jistgħu jiġu utlizzati fil-grawnd jitla' minn sebgħa għal ħdax, xi ħaġa li Valletta FC jaqblu bis-sħiħ magħha u lesti li jibdew jimplimentawha sa mill-istaġun li ġej. Intant, il-kumpanija VDHG, li għandha l-uffiċini tagħha propju fil-belt kapitali Valletta u tispeċjalizza f 'binjiet ta' lukandi tal-ogħla klassi fl-aqwa postiijiet srateġiċi fil-Polonja, il-Ġermanja u Spanja, qed tqis il-possibbiltà li tkompli tinfiltra anke fil-Belt Valletta. Immexxija minn Sven von der Heyden, li waqqaf din il-kumpanija lura fl-1989, VDHG jinsabu f 'negozjati avvanzati biex jibdew jinbnew serje ta' boutique hotels f 'Malta, waħda minnhom propju fil- Belt Valletta. Von der Heyden, li stqarr li huwa partitarju kbir tal- ġganti Ġermaniżi ta' Bayern Munich, qal li kienet xi ħaġa naturali għalih li jisponsorja lil Valletta FC mhux biss meta wieħed iqis l-istorja glorjuża ta' dan il-klabb, iżda wkoll meta huwa jikkunsidra l-fatt li kemm ilu għix f 'din il-belt, huwa beda relazzjoni ta' mħabba partikolari ma' din il-belt maestuża. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas huwa afferma li waqt li jammetti li hemm bosta timijiet oħra li għandhom il-potenzjal li jisfidaw għar- rebħ tal-kampjonat, huwa qed jittama li finalment ikunu Valletta FC li jirbħu l-24 Kampjonat fl-istorja glorjuża tagħhom. Victor Sciriha, Alexander Fenech u Sven Von der Heyden waqt il-preżentazzjoni uċjali tal-isponsor il-ġdid ta' VDHG Organizzata d-19-il edizzjoni tal-Forum u Assemblea tal-ENAS f 'Malta MATUL din il-ġimgħa, f 'pajjiżna ġiet organizzata d-19-il edizzjoni tal- Forum u Assemblea tal-ENAS (European Network of Academic Sport Services), ospitata minn SportMalta u l-Malta University Sports Club (MUSC). Din l-attività bit-tema Leadership in Sport – Building a Brighter Future, ġabet f 'pajjiżna 178 delegat minn madwar id-dinja, li b'kollox jirrappreżentaw 22 pajjiż u 172 università. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius irrefera għall- ħidma tal-Gvern u n-numru ta' inċentivi biex aktar żgħażagħ u adulti jkomplu jistudjaw, speċjalment fil-qasam sportiv. Semma l-iskema tal-isport scholarships u s-sena sabbatika li jistgħu jieħdu l-għalliema, anke dawk li jgħallmu l-isport. Barra minn hekk insista dwar il-ħidma li qed issir fil-qasam politiku sportiv, u semma l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, kif ukoll il-politika nazzjonali tal-isport li se tiġi mnedija għall-konsultazzjoni fil- ġimgħat li ġejjin. Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar qal li din il-konferenza, flimkien ma' attivitajiet oħra ta' żmien il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, se ġġib f 'pajjiżna aktar minn 1,000 delegat li jaħdmu u jimmilitaw fix-xena sportiva. Dan juri li Malta, anke jekk ċkejkna, se tkun strumentali għall-politika Ewropea u dinjija fl-isport fix-xhur li ġejjin. Cutajar appella lil dawk preżenti sabiex japprofittaw minn dawn il-jiem li se jkunu f 'pajjiżna biex flimkien nagħmlu impatt fl-isport. Iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil iddeskriva l-ħidma ta' SportMalta biex is-soċjetà Maltija tkun aktar attiva fiżikament. Michelle Tanner, il- President ta' ENAS, qalet li l-prijorità għal ENAS hi li, primarjament, ikun hemm network fis-settur sportiv tal-universitajiet fl-Ewropa. ENAS torganizza attivitajiet sabiex isir bdil ta' prattiċi tajba li eventwalment itejbu s-servizzi li jipprovdu, speċjalment lill-istudenti. Fost dawk preżenti attendiet Paola Ottonello mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll Adrian Feller mill- UEFA. Id-19-il edizzjoni tal-Forum u Assemblea ta' ENAS ġiet fi tmiemha nhar il-Ġimgħa li għadda. Chris Agius jindirizza d-19-il edizzjoni tal-Forum u Assemblea tal-ENAS f 'Malta. Ritratt - DOI - Jeremy Wonnacott