Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Sports 33 Keith Galea jirbaħ l-unur tat-Triatleta tas-Sena għal rekord ta' tmien darbiet L2016 kienet sena oħra ta' suċċess għall-atleta ta' Birkirkara St Joseph Keith Galea fejn reġa' kkonferma ruħu bħala l-aqwa triatleta f 'Malta. Grazzi għar- riżultati konsistenti li kellu matul din is-sena, Galea rebaħ l-unur tat-triatleta tas-sena għal rekord ta' tmien darbiet biex kiser ir- rekord preċedenti ta' ħuh Dermot li rebaħ dan l-unur sitt darbiet. Galea rebaħ dan l-unur fl-2006, l-2007, l-2008, l-2011, l-2012, l-2014, l-2015 u l-2016. Din is-sena Galea rebaħ xejn inqas minn 15-il tellieqa. L-iktar rebħa ta' din is-sena li Galea għandu għal qalbu hija dik tar-rebħ tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon, fejn rebaħ dan it- titlu għal sitt darbiet ftit jiem wara t-twelid ta' bintu Elise. Apparti dan il-Kampjonat, Galea rebaħ ukoll il-Kampjonat tad- Duathlon għar-raba' darba fil-karriera tiegħu wara attakk tajjeb ħafna fuq ir- rota. Bħal kull sena, Galea għamel unur lil pajjiżna barra minn xtutna hekk kif rebaħ il-Kampjonati Reġjonali ta' Sqallija f 'April ġewwa Marzamemi kif ukoll rebaħ l-ewwel edizzjoni tas-Sicily Triathlon Series. Ir-rebħa ta' dan is-serje kien kollu grazzi għall- konsistenza ta' Galea għax f ' sitt itlielaq huwa rebaħ waħda, darba t-tieni u tlieta t-tielet u waħda r-raba' u l-oħra d-disa' post minħabba li kellu puncture fuq ir-rota u tilef ħafna ħin. Grazzi għal din ir-rebħa, f 'dan is-serje, Galea ġie nkurunat ukoll bħala t-triatleta tas-sena ta' Sqallija ukoll biex b'hekk Galea huwa l-ewwel Malti u barrani li rebaħ dan l-unur fi Sqallija Ikkuntattjat minn din il- gazzetta, Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna bir-riżultati tiegħu imma jrid jistqarr li ma kinitx sena faċli għalih, anzi kienet sena diffiċli ħafna bil-mara tiegħu tqila u għamel żmien twil ma jiflaħx ħafna u din affetwatu ħafna għall-kumplament tal-istaġun. Kien hemm mument partikolari fejn l-affarjiet kienu qed imorru ħażin ħafna. Il- forma tiegħu ma baqgħetx tajba minħabba stress, overtraining u mard u beda jkun sfortunat ħafna waqt it-tlielaq b'diversi punctures u ħafna waqgħat fis-sezzjoni tar-rota. Keith Galea stqarr ukoll ma' din il-gazzetta li beda jaħseb li jirtira fl-aħħar tal-istaġun. Seħħew ħafna episodji minħabba ċerti individwi li kkawżaw ħafna stress u pressjoni fuqu u dan beda jaffetwa lill-familja tiegħu u huwa ma riedx hekk speċjalment bit-tweilid tat-tarbija, imma kienet il- mara tiegħu stess li biddlitlu fehemtu u nkoraġġietu biex ikompli jitħarreġ biex jikkonferma ruħu kif ġara propju f 'Ottubru li għadda. Bħalissa, Galea diġà beda jipprepara ruħu għas-sena d-dieħla. Huwa qed jitħarreġ tliet darbiet kuljum u qed jieħu t-taħriġ b'determinazzjoni kbira u b'kuraġġ iktar minn qatt qabel. Huwa motivat ħafna għas-sena d-dieħla fejn jinsab konvint li se jkun qed jilħaq livell għoli ħafna li se jkun qed jgħinu biex ikollu l-aqwa staġun tal-karriera tiegħu bi prestazzjonijiet impekkabli kemm f 'Malta kif ukoll barra minn pajjiżna. Keith Galea ta' Birkirkara St Joseph Sports Club, li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training Scheme xtaq jirringrazzja lil SportMalta u lill-klabb tiegħu tal- assistenza finanzjarja li tawh matul dan is-serje kif ukoll lill-Malta Triathlon Federation li kienu ta' sapport kbir għalih. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill- kowċ tiegħu Ivan Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill- ġenituri tiegħu u lill-familja tal-mara, lill-masseur tiegħu Owen Attard, lill-isponsors tiegħu www.garminmalta. com, BBB Cycling Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry, Mochika Outdoor Life, Jaycee Malta, u Starbene 24/7. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jiddedika din ir-rebħa lill-mara tiegħu Elizabeth u lit- tarbija tagħhom, Elise. Keith Galea. Ritratt - www.angieconti.com Illum issir il-finali tat-Tazza tal-President ILLUM se tkun qed tiġi organizzata l-Finali tat- Tazza tal-President fil-Marsa Racing Club. Għal sena oħra, il-Malta Racing Club se jżomm l-appuntament annwali mad- dilettanti kollha fit-Tazza tal- President taħt il-Patronċinju tal-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca. Dan huwa t-tieni l-akbar unur wara t-Tazza l-Kbira, li żiemel tat-trott jista' jirbaħ lokalment u l-edizzjoni ta' din is-sena hija s-16-il waħda minn mindu tnediet fis-sajf tal- 1992. Għal darb'oħra, ġie deċiż li dan il-Kampjonat jiġi organizzat qabel il-Kampjonat tal-Franċiżi sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw iż- żwiemel kollha tal-ogħla klassi. 41 żiemel ġrew f 'erba' heats nhar is-16 t'Ottubru li minnhom ikkwalifikaw 20 għaż-żewġ semi-finali li saru l-Ħadd 30 ta' Ottubru li għadda. Bħal dejjem, id- distanza totali se tkun dik ta' 2140 metru. Kif inhi t-tradizzjoni ta' din it-tiġrija, huma s-sidien stess taż-żwiemel finalisti jew rappreżentanti tagħhom li jagħżlu n-numru tat-tluq wara l-karozza. L-ordni tal-għażla hija skont il-pjazzament u l-ħin reġistrat fis-semi finali. Bħal dejjem, il-Kunsill tal- Malta Racing Club jinsisti li sport jista' jibqa' ħaj u jżid fil-popolarità tiegħu billi jittrawmu tfal minn età żgħira li jitħarrġu fid-diversi aspetti u dan isir waqt l-akkademja tat- tiġrijiet li għaliha jattendu tfal minn seba' sa 15-il sena. Il- programm tal-finali tat-Tazza tal-President ikollu bħala protagonisti lil dawn it-tfal u fil-fatt jieħdu sehem f 'tiġrija tal-ponijiet imsejħa l-'Mini President's Cup'. Din is-sena wkoll se jkunu t-tfal tal-Akkademja stess li jwasslu lis-sewwieqa finalisti fuq xrieret bil-ponijiet sabiex jiġu ppreżentati b'tifkira tal- okkażjoni mill-President ta' Malta. Il-kantanta mistiedna din is-sena se tkun iż- żagħżugħa Mardy Farrugia li se tilqa' lill-President ta' Malta bl-Innu Malti u tkanta d-diska tagħha hekk kif jiġi mħabbar ir-rebbieħ finali. Iż-żwiemel finalisti se jkunu qed joħorġu f 'parata b'għotjien mogħtija lilhom mill-Malta Racing Club. Se jkun qed imexxi din il-parata żiemel mistieden. Il-fond tal-premjijiet jammonta għal €3,600 bir-rebbieħ jieħu s-somma ta' €2,025, għata kommemorattiva u d-dritt li jżomm għal sena t-trofew prestiġjuż, xogħol l-artist George Muscat. Jingħataw ukoll trofej lil dawk il-ġerrejja li jispiċċaw fl-ewwel erba' postijiet. Ma jistax jonqos li bħal dejjem din il-finali ġġorr magħha skop filantropiku li se jkun dak li jinġabru fondi għall-Istrina fi ħdan il-Community Chest Fund. Għal dan il-għan, il-voluntiera se jkunu qed iduru bil- bottijiet sabiex jilqgħu d-donazzjonijiet tal-pubbliku. Barra minn hekk, huwa mħeġġeġ li s-sidien rebbieħa, bħal dejjem, ikunu ġenerużi u joffru parti mill-premju lill-Istrina. Fost il-finalisti ta' din is-sena insibu r-rebbieħ tas-sena 2011 Livi Cantona, Vejby Boom u Nico Oland li spiċċaw fit-3 post fis-snin 2014 u 2015 rispettivament u Quo Williams li spiċċa l-ħames is- sena l-oħra. Il-memento li se jkun ippreżentat illum lir-rebbieħ tat-Tazza tal- President