Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Kelli biss 12-il sena u kont immur l-iskola ta' Marija Assunta meta l-għalliem tal-PE Frederick Borg ħajjarni biex nibda nipprattika l-atletika u għamilt l-ewwel tellieqa tal-400 metru li saret fl-iskola stess. B'sorpriza rbaħt din it-tellieqa u għalhekk is-Sur Borg kien qalli biex nieħu sehem fl-Isports Day tal-iskejjel, u barra minn hekk ħajjarni nidħol fi klabb tal-atletika u b'hekk dħalt mal-Libertas fejn kien membru s-Sur Borg stess. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport? Waslet l-isports day fejn irrapreżentajt lill-iskola tiegħi kontra l-iskejjel kollha ta' Malta. Ma niftakarx kif kont mort bħala ħin - li niftakar hu li rbaħt midalja u li s-Sur Borg ġie jifraħli u qalli li kont mort tajjeb ħafna. Hu ltaqa' ma missieri u qallu biex nibda ninżel tliet darbiet fil-ġimgħa l-Marsa fejn it-trakka kienet tar-ramel. Missieri beda jniżżilni l-Marsa u wara ftit ta' żmien ġie avviċinat mill-mibki u qatt minsi John Walsh li kien l-aktar kowċ ikkwalifikat ta' dak iż-żmien. Huwa saqsa lil missieri jekk kellix kowċ u wara li qallu li ma kelliex wera x-xewqa li jħarriġni hu. Tista' tgħid bla tlaqliq ta' xejn li John kien kollox għalija. Kien sar it-tieni missier għalija, kien l-akbar ħabib tiegħi, kien jieħu ħsiebi qisni t-tifla tiegħu. Minn hawn 'il quddiem, jien ma ħaristx lura u wara tliet xhur ta' taħriġ ħadt sehem fit-tlielaq tal- Kampjonati ta' Malta tal-Atletika fit-800 u l-1,500 metru u mhux talli rbaħthom, imma waqqaft rekord nazzjonali tal-youths fuq dawn id-distanzi. Erġajt irrepetejt dawn is-suċċessi sena wara l-oħra kemm fit-trakka kif ukoll fit-triq. John kien ukoll il-kowċ ta' Carol Galea (illum Carol Walsh) li kienet iċ-champion tal-kbar u kont insib għajnuna kbira mingħandha. Ta' 15-il sena ħadt sehem fil-FISEC Games ġewwa Bath fl-Ingilterra u ġrejt it-3,000 metru fejn irbaħt id-deheb u waqqaft rekord ġdid f 'din it-tellieqa. F'din is-sena wkoll ġejt magħżula biex nieħu sehem fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru fil- Lussemburgu, fejn kont l-iżgħar atleta u missieri tela' flimkien mal- kowċ tiegħi biex jarani. Niftakar li kien telgħali d-deni - kont ħadt riħ u kont imkissra imma xorta ġrejt it-800 metru għalkemm ma tantx mort tajjeb. Fis-snin ta' wara bqajt nirbaħ dawn it-tlielaq sakemm għalaqt it-18-il sena meta qlibt mal- kbar u għalhekk bdejt nikkompeti kontra Carol li dejjem għaddietni. Ħafna drabi kont nispiċċa t-tieni u l-istess fit-tlielaq tat-triq. Kien f 'dan iż-żmien li ltqajt mar-raġel tiegħi Chris Bezzina u mill-ewwel ħajjartu biex jibda jittrenja l-atletika. Bqajt attiva u fl-2003 jiena u Chris iżżewiġna u komplejt għaddejja bit-taħriġ u bir-rebħ ta' midalji ta' deheb fuq distanzi tat-800 u l-1500 metru. Fl-2005 ikkwalifikajt għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru f 'Andorra u hemmhekk ħadt sehem fi tlett itlielaq f 'perjodu ta' sebat ijiem. Fit-800 metru rbaħt il- bronż u fl-1500 metru dħalt ir-raba' u fl-10,000 metru rbaħt il-fidda. Dan kien wieħed mill-aktar perjodi feliċi fil-ħajja atletika tiegħi. Tista' timmaġina lill-kowċ tiegħi u lil missieri li kienu preżenti x'għamlu ġewwa Andorra. Issa bdejt nieħu sehem f 'ħafna kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom f 'Kampjonati Ewropej f 'Istanbul, l-Iżlanda, is-Serbja, Monaco fi Franza, u Baku fl-Ażerbaijan. Minn xiex għaddejt bejn l-2009 u l-2015? Fl-2009 kellna l-ewwel wild tagħna li semmejniha Chanell. Wara tliet xhur li kelli t-tifla, bdejt it-taħriġ biex nikkwalifika għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kellhom isiru ġewwa Liechtenstien fis-sena ta' wara jiġifieri fl-2011. John kien qalli biex nibdew it- taħriġ għall-kompetizzjonijiet tal-5,000 u l-10,000 metru u tista' tgħid li kif waslu dawn it-tlielaq kont ippreparata sew u ksibt l-aħjar riżultati ta' ħajti meta rbaħt żewġ midalji tal-fidda. Kif ġejna lura bdejna naħsbu għan-Nofs Maratona ta' Malta iżda d-destin ried mod ieħor għax f 'Settembru ta' dik is- sena, John Walsh tah ħass ħażin waqt li kien qed jittrenja u miet. Dan kien l-akbar xokk ta' ħajti u ma stajx nemmen waqt li kont mibluha b'dak li kien ġara. Dan għax tlift it-tieni missier tiegħi u l-akbar ħabib li kelli. Bdejt naħseb li nieqaf mit-taħriġ u kien żmien diffiċli ħafna għalija, fejn li kieku ma kienx għall-kuraġġ li għamluli tal-familja speċjalment missieri, ir-raġel Chris u l-ħbieb li kelli mill-grupp tal-atleti ta' John ma nafx x'kont nagħmel! Għalkemm bdejt it-taħriġ ma' kowċ ieħor, ma stajx naqbad art u bdejt immur lura u l-kuraġġ beda jħallini wkoll. Fl-2013 kelli t-tieni wild tiegħi, Logan u wara dan iż-żmien iddeċidejt li nerġa' nibda nittrenja imma xorta ma stajx niġi fejn kont ma' John. F'Ottubru tal-2015 ħadt id-deċiżjoni li nfittex kowċ ieħor u sibt lil Ivan Razhnov. Ma' dan il-kowċ erġajt bdejt ġejja f 'tiegħi u wara xahrejn biss ta' taħriġ, bdejt nagħmel ħinijiet li qatt ma kont għamilt f 'ħajti. Tina iktar dettalji rigward dan l-aħħar staġun formidabbli li kellek bħala atleta. Bla dubju ta' xejn l-aħħar staġun kien l-aqwa wieħed fil-karriera tiegħi bħala atleta. Kien f 'Ottubru tal-2015 meta fit-tellieqa tal-5,000m fis-Siġġiewi tal-kampjonat tax-xitwa organizzat mill-MAAA ġejt it-tieni f 'ħin ta' 19.15 minuti u kif dħalt ħassejt li kien hemm xi ħaġa li ma kinitx sejra tajjeb. Kien għalhekk li avviċinajt lill- kowċ li għandi bħalissa jiġifieri Ivan Rozhnov u tista' tgħid li twelidt mill-ġdid. Minn hemm 'il quddiem qatt ma ħarist lura. Wara xahar kien imiss it-tieni tellieqa tal-Kampjonat ġewwa l-Qrendi (tal-Maqluba) fuq distanza ta' 5,000m fejn apparti li rbaħt it-tellieqa, għamilt ħin ta' 18.10 minuti li kien l-aħjar ħin fuq din ir-rotta għalija. F'Jannar ta' din is-sena kien imiss it-tielet tellieqa tal-Qawra fuq distanza ta' 10,000 metru u erġajt irbaħtha f 'ħin ta' 37.53 minuti. Fl-aħħar ta' Jannar kien hemm ir-raba' tellieqa tal- Kampjonat ġewwa Ta' Qali fuq 10,000 metru u rbaħtha wkoll f 'ħin ta' 37.13 minuti. Fi Frar bdejt naħseb għat-tlielaq ġewwa t-trakka b'taħriġ intensiv mal-kowċ, u dan swieli ħafna għax f 'Marzu ġejt magħżula mill-MAAA u mill- MOC biex immur training camp f 'altitudini għolja ġewwa Franza, f 'Font Romeu għal tliet ġimgħat flimkien mal-kowċ tiegħi, Ivan. Permezz ta' taħriġ intensiv darbtejn kuljum, doqt naqra mill-ħajja ta' atleta professjonali li sewa ta' ġid kbir għalija. Kif ġejt lura kelli l-provi ta' kwalifikazjoni għal-Logħob tal- Kampjonati tal-Istati Żgħar Ewropej, li kienu se jiġu organizzati għall- ewwel darba f 'Malta fuq distanza ta' 3,000m, fejn apparti li rbaħt din it-tellieqa għamilt l-aħjar ħin li qatt għamilt - dak ta' 10.10 minuti. Ġurnata wara kelli l-ħames u l-aħħar tellieqa tal-Kampjonat fuq ir-rotta ta' Marsascala b'distanza ta' 10,000m u rreġistrajt l-aħjar ħin tiegħi - dak ta' 36.18 minuti u b'hekk irbaħt il- kampjonat tax-xitwa tal-atletika. Wara xahar ta' taħriġ intensiv, kien imiss li nipprova nikkwalifika għall-iSmall Nations Games li se jsiru f 'San Marino f 'Ġunju tal-2017. Kien fit-23 t'April li kelli l-ewwel prova fuq distanza ta' 5,000m u kkwalifikajt mill-ewwel b'ħin ta' illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Cristian Antony Muscat Lisa Bezzina - atleta li għamlet isem għaliha u għal pajjiżna -atletika. L-aħħar staġun kien l-aħjar wieħed l-karriera tagħha, fejn ħassitha bħal donnu kienet twieldet mill-ġdid Sports 34 'Inħossni twelidt mill-ġdid wara "Bla dubju ta' xejn l-aħħar staġun kien l-aqwa wieħed fil- karriera tiegħi bħala atleta" Fil-passat riċenti affrontat diffikultajiet relatati mal-isport, fejn ħasset li setgħet tikseb ħinijiet aħjar, l-aħħar staġun kien l-aħjar wieħed fil- karriera tagħha, fejn ħassitha bħal donnu twieldet mill-ġdid, u dan speċjalment bl- għajnuna tal-kowċ tagħha, Ivan Rozhnov.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016