Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Sports 35 wara 25 sena ta' ħajja fl-Atletika' 17.44 minuti li huwa 20 sekonda aħjar mill-ħin stipulat mill-MAAA. Ġimgħa wara ġrejt 1,500 metru u b'sorpriża kbira erġajt ikkwalifikajt b'ħin ta' 4.43.54 minuti meta l-ħin mitlub kien dak ta' 4.43.90 minuti. F'Mejju li għadda kelli prova iebsa oħra - dik ta' kwalifikazjoni tal- World Championship Mountain Running fuq distanza ta' 5,600m u mhux talli rbaħt din it-tellieqa imma talli spiċċajt f 'ħin ta' 22.49 minuti li kien 'il fuq minn minuta aħjar mir- rekord preċedenti. Waslu l-iSmall States of Europe Games li saru fil-11 ta' Ġunju li għadda f 'pajjiżna u li fihom ħadu sehem 20 pajjiż. Jien ġrejt id-distanza ta' 3,000 m u spiċċajt fit-tielet post. Dan kien suċċess kbir kemm għalija personali kif ukoll għal Malta. Fit-18 ta' Ġunju, waslu l-Kampjonati ta' Malta u mal-ewwel tellieqa fuq 10,000 m, ikkwalifikajt b'ħin ta' 37.20 minuti għal San Marino. Ġimgħa wara ġrejt l-1,500m u erġajt irbaħt waqt li l-għada ġrejt il-5000m u rbaħt ukoll, għalhekk jien sirt Champion ta' Malta fuq distanzi ta' 1,500, 5,000 u 10,000 metru. Issa kien wasal il-kampjonat tas-sajf li kienu organizzati fuq distanza ta' 5,000m ġewwa l-Imtarfa u fl-ewwel tellieqa waqqaft rekord ġdid f 'ħin ta' 17.44 minuti, u fit- tieni u t-tielet tellieqa ksibt ħinijiet ta' 17.54 minuti u 17.56 minuti rispettivament u b'hekk irbaħt ukoll il-kampjonat tas-sajf tal-atletika. Għalkemm l-istaġun tal-atletika kien spiċċa, jien ma stajtx nieqaf għax kelli l-aktar prova iebsa mete ġrejt it-telgħa ta' San Martin għal darbtejn fuq distanza ta' 1,800m f 'ħin rekord ta' 8.10 minuti u 8.11 minuti rispettivamnet, bl-ewwel ħin ikun erba' secondi aħjar u l-ieħor tliet sekondi aħjar mir-rekords tiegħi preċedenti. M'għandix dubju li wara dan is-suċċess kollu, tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni. Ma nistax ma nirringrazzjax ta' dan kollu, lill-Gvern Malti tal-għajnuna bl-iskema 20/20 li biha naħdem 20 siegħa u nittrenja 20 siegħa oħra, lill-kumpanija fejn naħdem - il- Metal Form Malta fejn ili naħdem għal dawn l-aħħar sitt snin u fejn ix-xogħol tiegħi hu li nagħmel id- drips u nieħdu b'serjetà kbira għax hemm ħajja ta' persuna fin-nofs. Ringrazzjament speċjali jmur għal Ian Restall - Direttur Ġenerali ta' din il-kumpanija tas-sapport kbir li dejjem tani, lir-raġel tiegħi Chris, lill-familja tiegħi, ommi u missieri, u lil SportMalta, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), lil Mario Micallef, MAAA, lill-fiżjo-terapista Milos Stanislavljevic, lill-masseur Jan Farrugia, u lill-isponsors kollha Urban Jungle House of Sports, Garmin Malta, Nayoon tal-Ħamrun. Grazzi kbira mill-qalb u nispera li naqta' xewqti s-sena li ġejja ġewwa San Marino forsi flokk fidda nġibu deheb. Atleta li f 'dawn l-aħħar snin għamlet isem għaliha u anki għal pajjiżna -atletika. Fil-passat riċenti arontat dikultajiet relatati mal-isport, fejn ħasset li setgħet tikseb ħinijiet aħjar, l-aħħar staġun kien l-aħjar wieħed l-karriera tagħha, fejn ħassitha bħal donnu twieldet mill-ġdid, u dan speċjalment bl-għajnuna tal-kowċ tagħha, Ivan Rozhnov. Rebħet midalji ta' kull tip waqt diversi edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kif ukoll f 'kompetizzjonijiet oħra tal-atletika. LISA BEZZINA