Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum 7 Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum kampanja 'Leave' mmexxija mill-eks Prim Ministru Ingliż David Cameron. Ma mmorrux 'il bogħod. L-għajtiet hawn Malta ta' 'Rajna f 'idejna' u 'Malta l-ewwel u qabel kollox', kienu u jibqgħu popolari. Is-sena ta' kburija nazzjonali jibqa' kunċett popolari, u Farage u Trump ħelbuh kemm felħu. Il-Media: Il-vuċi ta' min? Il-midja hija waħda mill- pilastri li fuqhom tistrieħ demokrazija. Imma fil-każ tal-Brexit u issa l-elezzjoni ta' Trump, tajjeb nistaqsu liema lingwa kienet qed titkellem il-midja. Il-kamp favur Brexit, u Trump bħalu, kellu l-maġġoranza tal-midja mainstream fermament kontrih. Il-kritika kienet kontinwa u r-redikolu lejn il-persuna ta' Farage u Trump ma waqfux. Min, bħalna f 'Malta segwa l-media, ftit tħalla f 'dubju li Clinton kienet se tirbaħ u ftit tħalla f 'dubju li r-Renju Unit kienet se tibqa' fl-UE. Jiġifieri jew il-midja kienet selettiva f 'liema vuċijiet riedet issemma, jew kienet preġudikata lejn faxxex ta' nies 'għax dawk injoranti', jew tħalliet tinbela' f 'bużżieqa fejn ir-realtà tal-kamra tal- aħbarijiet, issir mera falza għad-dinja jew agħar minn dan kollu, qed titlef ir- rilevanza li tikkonvinċi. Il-vot jgħodd mhux is- sondaġġ Is-sondaġġi qabel il-Brexit kienu juru li l-kamp li ried lir-Renju Unit jibqa' fl- Unjoni Ewropea kien se jirbaħ. Is-sondaġġi kellhom żball. Qabel l-elezzjoni ta' din il-ġimgħa, is-sondaġġi kienu juru lil Clinton b'4% minn fuq u kienu qed jirraportaw li kien hemm ċans ta' 90% li Clinton tkun l-ewwel President mara tal-Istati Uniti. Kienu żbaljati wkoll. Naturalment, sa ftit sigħat wara r-riżultat kienu bdew it-teoriji ta' x'seta' mar ħażin. Fuq bosta stazzjonijet, fosthom is-CNN (magħruf li kien qed jappoġġja lil Clinton) u anke l-Euronews, ftit wara li ħareġ ir-riżultat kienu bosta t-teoriji, fosthom li bosta ma xtaqux jgħidu lil min se jivvutaw verament jew inkella gidbu. Dawn iż-żewġ avvenimenti tefgħu f 'dubju serju mekkaniżmu li jintuża madwar id-dinja, biex issir evalwazzjoni kontinwa ta' x'qed jgħidu jew iħossu n-nies. Għalkemm is- sondaġġi jibqgħu dejjem suxxettibbli għall-ineżattezzi, f 'dawn iż-żewġ avvenimenti segwiti minn miljuni kbar ta' nies, id-differenzi kienu konsiderevoli u r-riżultat dijametrikament oppost. 'Qabda injoranti' Ir-reazzjoni għar-riżultat tar-referendum li wassal għall-Brexit ġab miegħu mewġa ta' insulti u aġġettivi lejn dawk li vvutaw favur Brexit. 'Injoranti', 'ix-xjuħ iddeċidew għaż-żgħażagħ' 'boloh', 'illitterati'. Insomma ħafna tgħajjir. Dawk li vvutaw lil Trump spiċċaw ukoll fil-mira ta' tgħajjir simili ħafna. Naturalment, id-diżappunt fiż-żewġ każi kien mistenni. Imma f 'diversi mumenti, wara l-vot Brexit, tant kien palpabbli u tant żdiedet id-doża ta' insulti lejn il- maġġoranza li għażlet b'mod demokratiku, li l-mexxejja Ingliżi kellhom jasserixxu bosta drabi li 'Brexit is Brexit'. L-iskumdità lejn ir-riżultat tal-elezzjoni fl- Istati Uniti kienet tal-istess intensità, bl-istess kullana ta' insulti. Klassi u Klassiżmu Anke jekk ħadd mhu se jasal jammetti, ħafna mit- tgħajjir huwa riflessjoni ta' klassiżmu sfrenat u mrażżan biss taħt il-mantell tal- korrettezza politika. Dan mhux ġej mix-xejn, imma ġej minħabba li fiż-żewġ każi, Brexit u elezzjoni fl-Istati Uniti, il-qasma soċjali kienet pjuttost aċċentwata. Il-vot favur Brexit kellu għeruq sodi, fost settur tal-popolazzjoni mis-saffi t'isfel u fi bliet tal-'ħaddiema', u fejn il-faqar huwa iktar prevalenti. L-istess Trump. Kellu appoġġ ikbar fost is- saffi t'isfel u medju-isfel u fost dawk li għandhom livelli inqas għoljin ta' edukazzjoni. Dan filwaqt li Clinton attirat aktar il-vot urban, klassi medja u għolja u b'livell ogħla ta' edukazzjoni. Il-klassi lagħbet parti importanti f 'dawn l-elezzjonijiet. Il-klassiżmu ġie wara. ir-riżultat tal-elezzjoni fl- Istati Uniti kienet tal-istess intensità, bl-istess kullana ta' Anke jekk ħadd mhu se jasal jammetti, ħafna mit- tgħajjir huwa riflessjoni ta' klassiżmu sfrenat u mrażżan mhux ġej mix-xejn, imma ġej minħabba li fiż-żewġ każi,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016