Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771
illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 8 Minn Ruben Anthony Xuereb ELETT bħala l-45 President tal-Istati Uniti fl-età ta' 70 sena, Donald Trump se jkun l-ewwel President Amerikan mingħajr ebda esperjenza fil- politika sa qabel ikkandida ruħu mal-partit Repubblikan. Infatti Trump huwa l-uniku kandidat li qatt ma ggverna stat (lanqas provinċja jew belt) u qatt ma poġġa fil- Kungress. DIN in-nuqqas ta' esperjenza politika setgħet kienet, skont xi analisti politiċi, il-fattur li ħajjar lin-nies jivvotaw għal Trump bħala bidla mis-'sistema' u mentalità ta' politikant tipiku Amerikan. Analisti oħrajn diġà qed jattribwixxu din in-nuqqas ta' esperjenza politika ta' Trump bħala l-fattur li ħa jagħmlu falliment bħala President. Mill-għada tal-elezzjoni stess, numru ta' Amerikani mhux kuntenti bir-riżultat ħarġu jipprotestaw fit-toroq kontra Donald Trump, b'imġiba li tista' tissejjaħ redikola u inutli minħabba l-fatt li Trump ġie elett b'mod demokratiku. F'kull elezzjoni dejjem se jkun hemm persentaġġ tal-popolazzjoni li ma telgħalhomx il-kandidat li riedu huma, iżda dan ma jtihomx id-dritt li jipprotestaw. Minkejja li Trump huwa karattru kontroversjali u eċċentriku li bi kliem u mġiba tiegħu waqt il-kampanja elettorali, offenda ħafna nies u minoritajiet, jibqa' l-fatt li issa ġie elett u għandu jingħata ċ-ċans juri xi jsarraf bħala President. It-tama tan-nies issa għandha tkun li Donald Trump, ir-raġel, missier u imprenditur ta' suċċess, u mhux il-kanditat elettorali li priedka ħafna mibgħeda, ipoġġi fil-White House u jwettaq dak li wiegħed, li b'xi mod jerġa' jagħmel l-Amerika grandjuża. L-ILLUM tkixxfet naqra dwar il-passat u l-ħajja ta' Donald Trump…li bla dubju se jkun l-aktar president 'differenti' li qatt kellhom s'issa fl-Istati Uniti. Minn Imperatur… sar President Donald J Trump twieled fi Queens, fi New York fl- 14 ta' Ġunju 1946. Ir-raba' wieħed mill-ħames ulied ta' Fred u Mary Trump. Missier Donald, Fred Trump kien diġà imprenditur ta' suċċess fin-negozju tal-proprjetà, li għallem lil ibnu Donald kif jippromwovi lilu nnifsu b'suċċess u kif dejjem joħroġ rebbieħ fuq kull rivali tiegħu. Filwaqt li bħala adult qatt ma kien fil-militar, fl- età ta' 13-il sena, Donald intbagħat fi skola militari sabiex jiddixxiplina ruħhu wara li missieru sablu mus f 'kamartu. Aktar tard, wara li Donald gradwa mill-Università ta' Pennsylvania, huwa mexa fuq il-passi ta' missieru u daħal fid-dinja tal-proprjetà billi beda b'self 'żgħir' ta' miljun dollaru mingħand missieru. Aktar tard, huwa ħa kontroll tal-kumpanija ta' missieru li bidlilha isimha fi 'Trump Organization'. Fl-1983 fetaħ il-famuż 'Trump Tower', bini għoli ta' 58 sular fiċ-ċentru ta' New York, fejn sal-lum huwa għadu jgħix u jmexxi l-imperu tiegħu. Minkejja li baqa' sal-aħħar ma jiddikjarax il-finanzi tiegħu, huwa jsostni li l-patrimonju tiegħu jammonta għal $10 biljun, allavolja r-rivista Forbes tistma li għandu 'biss' $3.7 biljun. Kemm iħobb jidher… Tul it-tmintax-il xahar tal-kampanja elettorali, il- kandidati kienu l-protagonisti assoluti fuq l-istazzjonijiet televiżivi Amerikani. Għal Donald Trump, li jkun quddiem il-kamera żgur ma kienitx esperjenza ġdida. Wara li kiseb kull suċċess possibbli fin-negozju, l-ambizzjoni ta' Trump u wisq probabbli anke l-imħabba tiegħu lejn in-nisa, wasslitu biex jieħu kontroll tal-konkors ta' Miss Universe, fejn għal numru ta' snin huwa kien involut fil-ġurija u l-preżentazzjoni tal-konkors, li anke daħħluh f 'xi skandli minħabba kummenti sessisti li Trump għamel fir-rigward ta' xi kontestanti. Sa mis-snin sebgħin, ftit li xejn kien hemm Amerikani li ma jafux min hu Donald Trump, l-imprenditur biljunarju minn New York. Minħabba dan, Trump deher f 'numru ta' films u serje First Lady… First Class L-eks mudella Slovena ta' 46 sena, Melania Knauss, is-sinjura Trump attwali, ftit taż-żmien ieħor se tkun il-'First Lady' tal-Istati Uniti. Ironikament, Melania, bħalma kienet l-ewwel mara Ivana, hija immigranta fl-Amerika, li daħlet fil-pajjiż fl-1996 fuq xogħol ta' mudella. Hija dehret fuq il-faċċati tar-rivisti Vogue u Harper's Bazaar, qabel serqet qalb Donald u żżewġitu fl-2005. Ironikament, għat-tieġ ta' Donald u Melania, kien hemm Hillary u Bill Clinton bħala mistednin. L-opinjoni popolari fost ħafna rġiel, hija li Melania se tkun l-aktar First Lady sexy li se tidħol fil-White House. Hija se tkun ukoll l-ewwel First Lady li qatt ippożat għarwiena għal ritratti fuq rivisti. L-ILLUM titkixxef naqra dwar Donald F'Home Alone, Trump jidher bħala sid ta' lukanda TRUMP – Imperu biljunarju u ego kbir daqsu Melania kixfet kollox qabel saret First Lady