Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

televiżivi, dejjem jinterpreta lilu nnifsu fl-irwol ta' negozjant ta' suċċess. Trump deher f 'episodju ta' 'Fresh Prince of Belair' ma' Will Smith u fis-serje 'The Nanny' fost oħrajn, flimkien ma' cameos fil-films 'Home Alone 2' u 'The Associate' u 'Eddie' flimkien ma' Whoopie Goldberg. Donald Trump kellu wkoll programm televiżiv kollu tiegħu, ir-'reality show', 'Celebrity Apprentice', li kien anke nnominat tmien darbiet għall-'Emmy Awards' (iżda qatt ma rebaħ). Minkejja dan, Donald Trump xorta ġie onorat bi stilla fuq il-famuża 'Hollywood Walk of Fame', li spiżżat kienet vittma ta' vandaliżmu għal diversi drabi tul din il-kampanja elettorali. Saħansitra s-serje animata 'The Simpsons' kellha lil Donald Trump inkluż mal- karattri, bħala mistieden speċjali f 'xi żewġ episodji. F'wieħed partikolari minnhom fis-sena 2000, Trump jidher jirbaħ l-elezzjoni u jsir il- President tal-Istati Uniti. Meta xeni mis-serje animata jitqabblu mal-filmati miġbudin din il- ġimgħa, wieħed jista' jinnota xebh xokkanti bejn iż-żewġ stampi li bejniethom hemm 15-il sena. Imma dik parrokka jew jissellef? Żgur li xi darba jew oħra kulħadd ġietu kurżità dwar xagħar Donald Trump. Hemm min jgħid li parrokka u min jemmen li xahru huwa mod elaborat ta' self. U l-verdett huwa? Xagħar Donald Trump mhux parrokka. Din ir- rivelazzjoni tiftaħ biss numru ta' mistoqsijiet oħrajn dwar kif u għala jissellef. F'artiklu miktub minn parrukkier professjonali Amerikan hemm spjegazzjoni li mid dehra, aktar milli jissellef, l-għażla tal-mod kif Trump jagħmel xagħru hija magħmula minn xagħar twil li jikber f 'direzzjonijiet differenti ta' ras il-President, ippettnati fuq xulxin biex jiffurmaw dak l-istil li qajjem tant diskussjonijiet. Dan l-istess parrukkier jgħid li l-għażla tal-istil ta' xagħar ta' Trump mhux waħda biex tgħatti xi roqgħa nieqsa mix- xagħar iżda biss għażla u stil kemmxejn antikwat li Trump iħossu komdu bih, li nfatti ilu bih mis-snin tmenin. Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 | illum Stedina miftuħa għall-pubbliku biex jipparteċipa fi proġett kulturali b'rabta mal-presidenza maltija tal-kunsill tal-unjoni ewropea 2017: Stedina miftuħa għall-pubbliku biex jipparteċipa fi sejħa għall-parteċipazzjoni: futuring Overture SEJĦA PUBBLIKA għal aktar infOrmazzjOni dwar ħidmet time'S up, żur iS-Sit www.timesup.org Ikkollabora ma' artisti lokali u internazzjonali u oħloq xenarji b'mod kreattiv u innovattiv għall- Futur tal-Ewropa u tal-Unjoni Ewropea. Qed infittxu persuni li jixtiequ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jiddiskutuhom ma' ħaddieħor, iħarsu lejn ir-realtajiet tal-ġurnata tal-lum minn perspettivi differenti u jiżviluppaw ideat innovattivi għall-futuri possibbli ta' Malta, l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea. Għażilna erba' dati separati sabiex niffaċilitaw il-parteċipazzjoni. Il-workshops ser isiru mill-10 ta' filgħodu sat-3 ta' wara nofsinhar f'dawn il-ġranet: 19 ta' noVembru 2016: Skola Primarja, Ħal Luqa 20 ta' noVembru 2016: Munxar Centre, Għawdex 26 ta' noVembru 2016: Giovanni Curmi Higher Secondary School, in-Naxxar 27 ta' noVembru 2016: Istitut Kattoliku, il-Furjana is-serje ta' workshops huma maħsuba għal firxa wiesgħa ta' nies li jgħixu f'malta jew f'għawdex b'etajiet, kulturi u xogħlijiet differenti. matul l-ewwel presidenza maltija tal-kunsill tal-ue, li ser isseħħ minn jannar sa Ġunju 2017, ħa nkunu qed norganizzaw serje oħra ta' workshops li jkomplu jibnu fuq is-sessjonijiet inizjali. matul il-workshops u l-avvenimenti suċċessivi, ser nagħtukom l-opportunità li ssemmgħu leħinkom u taqsmu l-ideat tagħkom. Biex tipparteċipa f'din l-inizjattiva, jekk jogħġbok ibgħat ittra elettronika fuq workshops@timesup.org sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 16 ta' novembru 2016, jew ċempel fuq (+356) 99112236 Donald Trump Il-Familja Trump Minkejja l-kritika kollha li jaqla' Donald Trump fuq livell personali, jibqa' l-fatt li għalih il-familja hija importanti ħafna u dejjem fiċ-ċentru ta' ħajtu. Waqt id-diskors tiegħu hekk kif ġie elett, kienet il-familja numeruża tiegħu li tella' l-ewwel fuq il-palk miegħu, hekk kif saħaq li fejn tidħol familja, huwa kien minn dejjem raġel fortunat. Skont ir-ritratt, mix-xellug għal-lemin… Baron Trump – 10 snin. Baron huwa l-uniku iben li għandu mill-mara attwali Melania. Minbarra x-xebh fiżiku, bħala l-iktar tifel li jixbaħ lil missieru, Baron huwa mlaqqam 'Mini Donald' għax jilbes ġlekkijiet u ingravajjet bħal tiegħu u jilgħab il-golf ma' missieru. Ivanka Trump – 35 sena. It-tieni wild mill- ewwel żwieġ tiegħu ma' Ivana, Ivanka hija wkoll viċi president eżekuttiv tat-'Trump Organization' flimkien ma' ħuha l-kbir. Hija miżżewġa lill- iżviluppatur tal-proprjetà Jared Kushner, li miegħu għandha tlett itfal. Ivanka hija kelliema favur id-drittijiet tan-nisa. Tiffany Trump – 22 sena. Tiffany hija l-unika wild mit-tieni żwieġ ta' Donald ma' Marla Maples. Imsemmija għall-ħanut tal-ġojjelli 'Tiffany's & Co', Tiffany ma taħdimx fin-negozju tal-proprjetà tal-familja iżda qiegħda fix-xena tal-mużika pop. Donald Trump Jr – 38 sena. Donald Junior huwa t-tifel il-kbir tal-President Trump, mill- ewwel żwieġ tiegħu mal-eks mudella Ċeka Ivana Trump. Donald Jr huwa l-viċi president eżekuttiv tat-'Trump Organization'. Huwa għandu ħamest itfal ma' martu Vanessa u l-ikbar wieħed fostom jismu Donald Trump it-Tielet. Eric Trump – 32 sena. It-tielet iben ta' Donald Trump u Ivana, Eric huwa wkoll eżekuttiv fl-Organizzazjoni Trump. Huwa miżżewweġ lill-produttriċi tal-istazzjon televiżiv CBS, Lara Yunaska.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016