Illum previous editions

illum 13 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/750771

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 10 Il-bniedem mhux bil-ħobż Ħal Qormi, ir-raħal tal-ifran...minn 50 forn, illum forsi fadal 10 Minn Ruben Anthony Xuereb CASAL Fornaro, Ħal Qormi; Sa minn żmien il-Kavallieri kien sinonimu mal-fran u l-ħami tal-ħobż. Tul is-snin, it-tradizzjoni tal-aħjar furnara fil-gżira ġiet mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra, minn missier għal uliedu u żammet ir-reputazzjoni ta' Ħal Qormi sinonima mal- ħobż. Sa fit tas-snin ilu, fir- raħal ta' Ħal Qormi wieħed kien jista' jsib aktar minn 50 forn; illum forsi fadal 10. Numru ta' furnara Qriema li tkellmu mal-ILLUM qalu li l-fran f 'Ħal Qormi qegħdin jagħlqu wieħed wara l-ieħor b'rata mgħaġġla. "Dan ix- xahar stess naf bi tnejn li għalqu," saħaq sid ta' forn fiċ- ċentru tar-raħal li qal ukoll li jaħseb li llum bilkemm fadal għaxart ifran madwar Ħal Qormi. Jidher iżda, li sfortunatament, patrimonju nazzjonali bħalma huma l-fran tal-ħatab tipiċi Maltin, mhumiex protetti bħala wirt storiku u kulturali. Minn dak li stqarru l-furnara ma' din il-gazzetta, meta jingħalaq forn, dan jew jinbidel f 'xi kaffetterija jew 'wine bar', fejn il-forn innifsu jintuża biss bħala dekorazzjoni, jew agħar min hekk, il-bini jitwaqqa' kompletament, inkluż il-forn li kien jinsab fih. Infatti, l-istoriku tal-wirt kulturali u reliġjuż, Mario Coleiro esprima d-dispjaċir tiegħu li m'hawn ebda liġi li tissalvagwardja l-fran bħala wirt storiku nazzjonali u bħalissa l-unika ħaġa li ssalvahom milli jitwaqqgħu hija li jkunu jinsabu fiċ- ċentru tar-raħal. It-tradizzjoni tal-ħobża Maltija qed tinqatel biż- żmien F'kamra msaħħna minn forn li kien ilu mixgħul jaħmi l-ħobż minn sbieħ il-jum, u qalb riħa ta' ħobż tal-Malti taqsamlek qalbek, l-ewwel furnar li tkellem ma' din il- gazzetta stqarr li għalih, bħala furnar li għadu jżomm mat- tradizzjoni, l-affarijiet mhux sejrin tajjeb ħafna minħabba ħafna fatturi differenti li bil-mod il-mod, qegħdin joqtlu t-tradizzjoni tal-ħobża Maltija, u għaldaqstant ix-xogħol tal-furnar. Ġorġ spjega kif il-proċess biex issir il-ħobża tradizzjonali Maltija jieħu ħafna ħin u preparazzjoni. Spjega kif ħobża trid tkun imsajra fil-forn tal-ħatab biex tieħu t-togħma u l-konsistenza tagħha. "Fid-dinja mgħaġġla tal-lum, kulħadd irid il- ħobż frisk u mqatta' lest 24 siegħa kuljum, iż-żmien li jiġu n-nies kmieni filgħodu jixtru l-ħobża mingħand tal-forn dalwaqt jispiċċa kompletament," stqarr Ġorg li żied jgħid li s-supermarkets il-kbar li hawn illum, permezz tal-fran tal-elettriku, jaħmu ħobż f 'qasir żmien li jkun disponibbli tul il- ġurnata kollha. "Qatt ma jibda mat-togħma tal-ħobża Maltija, iżda llum, in-nies ifittxu dejjem is-soluzzjoni mgħaġġla" tenna Ġorg. Kollox iwitti t-triq għall- fran elettriċi, filwaqt li dawk tradizzjonali joħorġu mix- xena Illum qed ngħixu f 'dinja li mhux biss hija mgħaġġla, iżda li ħafna tradizzjonijiet antiki qed jiġu meqjusa li m'għadhomx f 'posthom għaż-żminijiet tagħna. "L-injam, il-ħajja ta' kull forn tradizzjonali sar aktar diffiċli biex jinkiseb illum," saħaq furnar li ilu f 'dan ix-xogħol sa mis-snin sebgħin. Huwa qal li llum qed jiġu imposti ħafna restrizzjonijiet sanitarji u ekoloġiċi fuqhom li dejjem jagħmlu l-affarijiet aktar diffiċli. L-ispejjeż li jkollhom jagħmlu l-furnara wara kull żjara mill-uffiċjali tas- sanità, inkluż żieda fl-użu ta' 'stainless steel', restrizzjonijiet fuq il-ħruq tal-injam u restrizzjonijiet fuq iċ-ċmieni, mhux qed iħallu n-negozju tagħhom jibqa' sostenibbli. Kollox iwitti t-triq għal- aktar użu ta' fran elettriċi, li l-użu tagħhom ibiddel kompletament il-ħobża tal- Malti. Minbarra l-kwalità tal-ħobża nnifisha, il-furnara ż-żgħar, li saħqu ma' din il- gazzetta li m'għandhom ebda tip ta' sussidju, jispiċċaw ma jlaħħqux mal-ispejjeż tad- dawl għall-fran tagħhom. Minħabba dan, ikollhom jgħollu l-prezz, iżda jekk jagħmlu dan ma jikkompetux mal-prezzijiet tal-ħwienet il- kbar, u hekk tibda t-triq biex forn ikollu jagħlaq. Għas-saħħa u l-enerġija… tikolx il-ħobża Maltija Jidher li fil-ġurnata tal-lum, aktar ma n-nies isiru aktar konxji tal-figura tagħhom, il- ħobż in ġenerali, speċjalment il-ħobża tradizzjonali Maltija, isir l-għadu prinċipali ta' ħajja b'saħħitha u sana. L-ILLUM tkellmet ma' tfajla li taħdem fil-forn ta' missierha, li qalet li t-tendenzi tan-nies li huma konxji mis-saħħa u l-figura huma li l-ewwel tip ta' ikel li jaqtgħu huwa l-ħobż. Infatti hija nnotat li bħala età, ftit għadek issib nies żgħar li jieklu ħobż regolarment. "Biex ikollna aktar varjazzjoni, issa qed nagħmlu wkoll, ftajjar, panini, ciabatti u bziezen," saħqet din il-furnara żagħżugħa, "b'hekk almenu noffru aktar lill- klijent. Anke l-fatt li nbigħu ħobża tal-Malti mqatta' lesta, jiġbed aktar nies" temmet tgħid. Il-fran għandhom futur biss jekk jiddiversifikaw Minbarra numru ta' fran Il-ħobża Maltija tibqa' poplari u mfittxija, iżda jekk ma tiddiversifikax ma tkampax illum." Il-fran tal-ħatab m'humiex protetti bħala wirt storiku u kulturali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 November 2016