Illum previous editions

ILLUM 20 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/753402

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Novembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R. ....................1 Gzira U ........................0 KELLU jkun gowl ta' Julian Galea li ta rebħa minima ta' 1-0 u tliet punti prezzjużi lil Tarxien Rainbows meta huma għelbu lill-Maroons ta' Gżira United li issa bdiet tixgħel il-bozza l-ħamra għalihom. Kienu Gżira United li kellhom l-ewwel opportunità ta' skor fl- ewwel minuta, meta xutt mid-distanza ta' Gianmarco Conti għadda għoli. Ir- Rainbows irrispondew erba' minuti wara meta Sergio Fernandez Prendes temm ġirja tajba billi għadda l-ballun lejn Daniel Ponce De Leon Garcia li t-tentattiv tiegħu ħareġ l-aħjar tal- goalkeeper Taljan, Mauro Boerchio. Ir-Rainbows reġgħu resqu viċin fit-18-il minuta meta Claudio Frances, qabeż difensur qabel xeħet cross perfett lejn Julian Galea, madankollu l-attakkant naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun biex b'hekk tilef ċans tad-deheb. Il-Maroons reġgħu ħolqu l-periklu fil-21 minuta meta minn azzjoni simili, freekick ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma ġie mdawwar f 'corner bi bravura mill-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Andrea Cassar. Minuta biss wara Tarxien Rainbows reġgħu resqu viċin din id-darba permezz ta' freekick ieħor ta' Daniel Zerafa li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jiġi mdawwar bi bravura mill-goalkeeper Boerchio li dawwar il-ballun tajjeb f 'korner. Ir-Rainbows skorjaw il-gowl li kellu jkun dak tar-rebħa fis-47 minuta meta Daniel Ponce De Leon Garcia avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel kellu xutt ċentrali milqugħ mill- goalkeeper ta' Gżira United, Mauro Boerchio, li iżda ma żammx biex mir-rebound daħal bħal vleġġa Julian Galea li tefa' l-ballun fix- xibka. Fil-61 minuta Daniel Ponce De Leon Garcia, resaq viċin li jirdoppja l-iskor għar- Rainbows, meta huwa rebaħ il-pussess tal-ballun f 'tarf il-kaxxa u ra x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm ftit barra. Tarxien Rainbows - Cassar, Zerafa, Tabone, Sacha Borg, Ponce De Leon Garcia, Caruana, Da Paixao Alves, Fernandez Prendes, Galea, Micallef, Frances Gżira United – Boerchio, Rodrigues Ledesma, Conti, De Queiroz Machedo Neto, Corbalan, Gatt Baldacchino, Momodou Salieu, Bondin, Scerri, Diamoutene, Pulo Referi - Philip Farrugia JULIAN GALEA Skorja l-gowl tant importanti li ta rebħa minima lil Tarxien Rainbows. Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows matul l-istaġun li għadda. Għamel żmien twil jilgħab ma' Melita FC, fejn kien anke l-captain tagħhom. Gowl ta' Julian Galea jagħti rebħa importanti lil Tarxien Rainbows Azzjoni mill-konfront bejn Gżira United u Tarxien Rainbows taħt xita kontinwa Ritratt: Christine Borg Ritratt: www.tvm.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2016