Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 528 • 27 ta' Novembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Chris Bonett Ara paġni 34 u 35 www.visitgozo.com G˙all-aktar informazzjoni Ωur is-sit: www.christmasingozo.com jew Ωur il-pa©na tal-facebook Christmas in Gozo 3 ta' Diç 2016 - 8 ta' Jan 2017 Natività - by the artist Noel Debono 74% tat-tfal b'basket tqil iżżejjed Uħud mit-tfal ikunu qed iġorru iktar minn 20% tal-piż tagħhom fuq daharhom minn Veronica Lynn Mizzi KWAŻI tlieta minn kull erbgħa, jew 74% tat-tfal fl- iskola Primarja jġorru fuq daharhom basket tal-iskola tqil iżżejjed. Minn eżerċizzju li għamlet il-gazzetta ILLUM fost 42 tifel u tifla fl-iskejjel primarji, irriżulta li l-basket tal-iskola li jieħdu magħhom kuljum, jiżen iktar mill- ammont rakkomandat ta' 10% tal-piż tal-istudent. Din il-gazzetta żaret tliet skejjel primarji tal-Gvern madwar Malta u wiżnet il- basktijiet tal-iskola ta' numru ta' studenti, qabblithom mal- piż tal-istudenti, u kkalkulat x'persentaġġ tal-piż tagħhom huwa l-basket li qed iġorru. Il-piż ideali ta' basket tal-iskola huwa ta' mhux iktar minn 10% tal-piż tal-istudent, iżda f '74% tal-każi li din il-gazzetta ltaqgħet magħhom, dan ma kienx il-każ. Iktar minn hekk, numru ta' tfal qegħdin iġorru basktijiet li l-piż tagħhom jammonta għal iktar minn 20% tal-istudent. Fil-fatt, f 'każ partikolari, tifla li tiżen 25kg, kienet qed iġġorr basket ta' ftit inqas minn 6kg, u għaldaqstant, dan ifisser li din l-istudenta qed iġġorr fuq daharha iktar minn 23% ta' kemm tiżen. Tkompli f 'paġna 9 'Din id-deċiżjoni ma tagħmilx sens' 'Patrijott' f 'kull distrett Diżappunt qawwi u anke rabja fil-Partit Laburista minn Albert Gauci Cunningham GĦALKEMM matul il-jum tal-bieraħ il-Kummissjoni Elettorali ħabbret illi Edwin Vassallo u Peter Micallef se jkunu eletti Deputati wara li l-Gvern tilef l-appell kontra l-Kawża Kostituzzjonali li fetaħ il-PN, id-deċiżjoni tal-Qorti xorta mistennija tkompli tiġġenera ħafna diskussjoni u anke diżappunt. Fi ċrieki Laburisti d-diżappunt huwa palpabbli ħafna, mhux biss minħabba li tilef appell li l-partit ħass li kellu bażi soda biex jirbaħ imma iktar minn hekk għax kif ġew l-affarijiet issa, b'maġġoranza ta' seba' siġġijiet, il-Partit Laburista huwa mingħajr ir-rappreżentanza adegwata li tirrifletti maġġoranza ta' 36,000 vot. Fil-fatt, fl-2003 il-PN kien rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'12,100 vot u dan tah maġġoranza ta' ħames siġġijiet Parlamentari. B'maġġoranza ta' 23,000 vot iktar minn dik tal-PN fl-2003, il-Partit Laburista issa se jkun rebaħ biss żewġ siġġijiet iktar, biex ikollu maġġoranza ta' sebgħa. Dan qed jirrifletti l-fatt li għalkemm il-PN kellu jirbaħ siġġu wieħed, jiġifieri dak li se jokkupa Edwin Vassallo, se jkun qed jingħata siġġu ieħor biex it-total ta' Deputati fil-Parlament ikun b'numru fard (odd number) mhux biż- żewġ (even number). Sors li tkellem mal-ILLUM qal li din id-deċiżjoni sempliċiment ma tagħmilx sens, speċjalment meta wieħed iqis li r-riżultat elettorali ta lill-Partit Laburista 13-il siġġu aktar mill-PN, imbagħad kif jiġri dejjem is-sistema aġġustat il-maġġoranza għal disa' siġġijiet. "Ejja nimmaġinaw għal mument li dan l-iżball ma sarx fl- għadd tal-voti u allura l-PN ingħata ż-żewġ siġġijiet mill-ewwel. Il-PL kien ikollu maġġoranza ta' 11-il siġġu li sussegwentement jinżlu għal disgħa u l-formazzjoni Parlamentari ma kinitx tiġi mbagħbsa kif ġiet. Din id- deċiżjoni, sempliċiment ma tagħmilx sens, iktar u iktar," kompla jgħid is-sors, "meta tqis illi l-PN kien diġà fetaħ kawża tlett ijiem wara l-elezzjoni biex jitlob rimedju u tilef." Edwin Vassallo Peter Micallef Tkompli f 'paġna 9 minn Ruben Anthony Xuereb IL-MOVIMENT Patrijotti Maltin se jikkuntesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss "b'mhux inqas minn kandidat wieħed f 'kull distrett, li fosthom se jkun hemm nisa u rġiel li wħud minnhom huma wkoll ta' dixxendenza barranija jew ġejjin minn familji ta' reliġjon differenti". Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-Moviment Patrijotti Maltin, Henry Battistino mal-ILLUM, li ċaħad li hu jew il-Partit tiegħu huwa razzista. Intant mistoqsi minn din il-gazzetta x'qed iwiegħdu l-'Patrijotti', Battistino qal li l-manifest elettorali tal- MPM se joħroġ aktar viċin tal-elezzjoni. Tkompli f 'paġna 4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017