Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 Intervista 12 'Meta l-interessi tal-ftit F il-ħarġa tal-ILLUM tal-Ħadd li għadda, ġie ppubblikat kif is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ma tiffirmax il-masterplan ta' Paceville li kieku kellu jiġi quddiemha kif inhu bħalissa. Dan għaliex l-iskrutinju tan-nies ma jkunx għadu sar. Schembri qalet li dan huwa biss l-ewwel abbozz li fuqu se jibbaża kif se jimxi l-proġett. L-istqarrija ta' Schembri ġiet wara li numru ta' residenti ta' Paceville u San Ġiljan, flimkien ma' numru ta' NGOs protestaw dwar il-masterplan u l-impatti li dan se jħalli fuq ħajjithom. L-ILLUM iltaqgħet ma' André Callus, mill- Moviment Graffiti, wieħed mill- aktar vuċijiet prominenti f 'numru ta' protesti ambjentali u soċjali f 'Malta, biex tisma' r-raġunijiet għaliex qed jopponi l-masterplan ta' Paceville, u żviluppi oħrajn. Il-pjan kellu jikkunsidra d-drittijiet tar-residenti u l-impatt ambjentali Mistoqsi għaliex kien hemm reazzjoni daqshekk kbira dwar abozz ta' pjan, André sostna li huwa importanti li jkun hemm reazzjoni issa, qabel kwalunkwe pjan imur fil-Parlament, isir fatt u nispiċċaw b'masterplan perikoluż. "Vera li huwa abbozz, imma l-fatt jibqa' li bi spiża ta' eluf ta' ewro, saret din il-proposta mingħajr ma ġew ikkunsidrati d-drittijiet tar- residenti u l-impatt ambjentali," sostna Andrè li spjega li ladarba sar abbozz, minkejja li għad irid jiġi revedut u diskuss, ma tneħħix il-fatt li l-istruttura hemm qiegħda li dik hija d-diffikultà ta' min qed jopponi l-pjan; il-fatt li huwa strutturalment ħażin u bbażat fuq prinċipju ħażin. Pjan ibbażat fuq il-bżonnijiet tal- iżviluppaturi u mhux dawk tan-nies u l-ħarsien ambjentali. "Aħna nemmnu li masterplan huwa bżonnjuż u għandu jsir, imma l-bażi tiegħu għandha tkun fuq il-bżonnijiet tar-residenti u n-nies li se jżuru u jagħmlu użu mill-post, kif ukoll il-ħarsien ambjentali." Callus saħaq li dan il-master plan ma kkunsidrax dan, iżda kien biss, bħalma qalu d-disinjaturi tal-pjan stess, 'an aspiration for sites', iġifieri li l-pjan ħadem madwar ix-xewqa ta' żviluppaturi għal disa' siti magħżulin fiż-żona. "Tajjeb li jkun hawn abbozz, tajjeb li jiġi diskuss, imma jrid ikun fuq prinċipji differenti." 'Ir-residenti ma jridux dan il- proġett, bis-saħħa…' Callus qal lil din il-gazzetta li flimkien ma' għaqdiet ambjentali oħra, huma kienu preżenti flimkien mar-residenti u nies imħassba oħra, fil-laqgħat li saru mill-Awtorità tal-Ippjanar li fihom ħareġ biċ-ċar li l-aktar nies li se jintlaqtu minn dan l-iżvilupp, jiġifieri r-residenti, ma jriduhx b'saħħa dan l-iżvilupp f 'Paceville, minħabba l-impatti fuq djarhom u fuq ħajjithom. "Minbarra l-effett fuq ir-residenti, aħna kkunsidrajna wkoll l-impatt ambjentali tal-proġett, " żied jgħid hekk kif spjega li parti mill-proġett tinkludi pjan għal reklamazzjoni ta' art minn żona fil-baħar li suppost hija mħarsa bħala eko-sistema. "Parti mill-pjan huwa li tittieħed biċċa mill-qiegħ tal-baħar li hija bi dritt tal-poplu," qal Andrè, "u l-biċċa li se tittieħed mhux għal ġid ta' kulħadd, iżda għall-interess kummerċjali tal-ftit, u dan mhux aċċettabbli." Huwa spjega wkoll li minbarra l-impatt ambjentali fuq il-bajjiet kollha tal-madwar, huwa wkoll illegali li jsir bini fil-kosta. "Il-fatt li l-masterplan lanqas biss ikkunsidra l-liġi ta' Malta stess, hija raġuni aktar biex ngħidu li għandu jintrema u tiġi proposta xi ħaġa radikalment differenti minflok." André esprima wkoll l-inkwiet tiegħu li "anke jekk il-masterplan kif inhu jitwaqqaf, il-fatt biss li ġew issuġġeriti ċertu affarijiet, hija ħaġa li fiha nnifisha hija perikoluża, hekk kif b'nefqa ta' mijiet ta' eluf ta' ewro, sar pjan ibbażat fuq ix-xewqat ta' ftit spekolaturi, għad-detriment ta' ħafna." Dwar il-fatt li Deborah Schembri stess qalet li kif inhu l-master plan, mhux se jiġi approvat qabel isiru konsultazzjonjiiet u tibdil, André Callus saħaq li jispera li issa jiġu kkunsidrati l-interessi tar-residenti u jsir tibdil radikali minn dak li ġie propost s'issa. "Kif inhu bħalissa, in-nies se titteħdilhom darhom u l-post fejn għexu għal snin twal, mhux għal xi proġett ta' interess u benefiċċju nazzjonali, imma biex jagħmlu spazju għall-interessi privati ta' ftit żviluppaturi." Huwa ddeskriva dan bħala ħaġa xokkanti li jekk issir, l-impatt li se jkollha mhux se jkun biss fuq Paceville u r-residenti t'hemm, iżda fuq Malta kollha, hekk kif jinħoloq preċedent li dwar il-fatt li l-iżviluppatur li jrid jieħu l-art għal-interessi tiegħu, se jkollhu l-barka jagħmel dan, ikun fejn ikun fil-pajjiż. André sostna li "tul is-snin, taħt ammistrazzjonijiet differenti f 'Malta, kien hawn diġà ħafna każi fejn l-iżviluppaturi ġew aġevolati a skapitu tal-poplu". Bħala eżempji ta' dan huwa semma l-art fejn inbena Portomaso; art pubblika tal-poplu li nbiegħat 'biċ-ċiċri' lill-privat sabiex jagħmel profitti kbar minn fuqha. Huwa semma wkoll Tignè u Manoel Island, fejn art tan-nies ingħatat lill-privat għall-interess finanzjarji tal-ftit. "Biċċa biċċa, il- pajjiż kollu qed jingħata lill-privat biex minnu jgawdu biss ftit. Issa l-masterplan ta' Paceville qed jieħu dak il-ħażin kollu li sar tul is-snin, u jimmultipplikah fuq livell għola u aktar gravi, u għalhekk aħna ninsabu allarmati dwar dan." André tenna li anke jekk il- masterplan ma jarax id-dawl, il-fatt li ġie biss propost huwa allarmanti għal mod kif jistgħu imorru l-affarijiet fil-pajjiż kollu. 'Hemm ftit affarijiet tajbin fil- pjan, imma xorta għandu jsir mill-bidu' Ħafna nies li jsegwu kwistjonijiet bħal din tal-masterplan ta' Paceville, speċjalment fuq il-media soċjali, u jaraw għaqdiet bħall- Graffiti u NGOs oħrajn isemmgħu leħinhom kontra dawn l-iżviluppi, ġieli jilmentaw li dawn jiffukaw biss fuq in-negattiv u l-aqwa li jipprotestaw akkost ta' kollox. L-ILLUM staqsiet lil Andrè Callus jekk hemmx xi affarijiet li huwa jaqbel magħhom fl-abbozz, bħal pjazez pedonali, il-ftuħ tal-wied u titjib fis-sistema tat-trasport, inkluż mina biex jittaffa t-traffiku. Għal dan, André rrisponda b'eżempju fejn qal li jekk wieħed ikun qed jibni dar, fejn il-pedamenti huma kompletament ħżiena, u ċertament se jkollhom effett negattiv fuq il- binja aktar tard, anke b'każi fejn biċċiet mill-istess dar jaqgħu, ma tantx jagħmel sens li nħarsu lejn kamra waħda f 'din id-dar li se tkun sabiħa. "Għalxejn nitgħaxxqu b'dik il-kamra waħda," qal Callus, "meta nkunu nafu li l-bqija tad-dar ħażina u perikoluża." Andrè rrikonoxxa li żoni pedonali u spazji miftuħin huma sbieħ u bżonnjużi, iżda fil- każ ta' dan il-masterplan, il-qafas tiegħu nnifsu ma jagħmilx sens. "U dan minħabba li biex isir dan il- masterplan, dan il-bini ta' torrijiet, se jitilfu darhom in-nies u tittieħed biċċa mill-kosta. Allura minkejja li hemm affarijiet pożittivi fil-pjan, il-pedament huwa ħazin u għalhekk irid jerġa' jiġi mfassal mill-ġdid. Mistoqsi dwar x'jissuġġerixxu dawk li qed jopponu l-pjan kieku tingħatalhom karta bajda biex iressqu l-proposti tagħhom, André qal li huma ma jistgħux jgħidu bl-eżatt x'għandu jkun hemm Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Il-masterplan ta' Paceville qed jieħu dak il-ħażin kollu li sar tul is-snin, u jimmultipplikah fuq livell ogħla u aktar gravi, u għalhekk aħna allarmati dwar dan " " Jekk il-paga minima ma togħliex, ikun ifisser li l-ekonomija ta' Malta mhux vera sejra tajjeb, iżda hija bbażata biss fuq iċ- cheap labour " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017