Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 2 76 21 8 75 4 73 43 ROYAL Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta CHEMIMART International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun DRUGSHOP Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi MACKIE'S Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara BROWN'S Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il- Marina, Pietà ST. Julians Pharmacy, 25, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema MEDICA Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan ST. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta BROWN'S Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu ST. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar BETA Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq SALUS Pharmacy, 21, Misraħ ir- Repubblika, Żurrieq PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita iżolati iktar tard VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi ħalbiet tax-xita RIĦ: Ħafif u varjabbli l-aktar mil-Lvant għall-ewwel, u jsir mill-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 billejl BAĦAR: Ħafif għal moderat IMBATT: Baxx mil-Lvant għax-Xlokk li jsir ftit li xejn, lokalment baxx mix-Xlokk L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab bil-possibilita ta' ħalbiet iżolati tax-xita, li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad billejl VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 u jsir varjabbli forza 2 għal 3 filgħaxija. Bil-buffuri tar-rih qrib il-maltempati. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir lokalment moderat, u jsir ħafif billejl. IMBATT: Baxx mix-Xlokk, lokalment ftit li xejn għall-ewwel Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: Kemm-il ktieb hemm s-sensiela 'F'qiegħ l-abbiss'? ❏ 2 ❏ 4 ❏ 5 Ibgħat ir-risposta tiegħek sal-1 ta' Diċembru f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Liżbetta - F'qiegħ l-abbiss I Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħ tal-ktieb 'Battista' hija Lily Calleja bin-numru tat-telefown jispiċċa '643' Tiġi mnieda l-Politika Strateġika Nazzjonali dwar it-Trobbija Pożittiva 2016 - 2024 WAQT business breakfast organizzat mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Ministru Michael Farrugia nieda l-Politika Strateġika Nazzjonali dwar it-Trobbija Pożittiva 2016 – 2024. Waqt li kien qed jindirizza din l-attività l-Ministru Farrugia qal illi se tkun qed titwaqqaf task force għall-kordinament ta' din il-politika li fih se jinkorpora d-Dipartiment tas-Saħħa, il-Ġustizzja u l-Edukazzjoni. Din it-task force se tkun immexxija mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Dr Farrugia qal illi permezz ta' din it-task force se jitnaqqas id-duplikazzjoni tas-servizzi. Farrugia qal li t-trobbija pożittiva għandha tibda mill-antenatal clinics u tibqa' sejra tul it-trobbija kollha. Huwa saħaq fuq l-importanza li l-politika tkun implimentata u mhux tibqa' biss fuq il-karta. Il-Ministru Farrugia tkellem dwar il-liġijiet tal-out of home care u anki dwar il-care orders. Żied jgħid illi meta familja jkollha l-problemi fir-relazzjoni li jolqtu lit-tfal, għandu jkun hemm pjan għall-familja mħejji minn professjonisti sabiex it-tfal kemm jista' jkun ma jinħarġux mill- ambjent tal-familja. Dr Farrugia qal li din hija prijorità illi toħroġ mil-liġi li bħalissa tinsab fi stat ta' kumitat fil-Parlament. Farrugia qal li t-terapija fir- relazzjonijiet hija neċessarja sabiex ikunu protetti it-tfal. Huwa tkellem dwar dawk il-familji illi nqabdu f 'sitwazzjoni ta' poverta għaliex qatt ma ħadmu u qatt ma rreġistraw għax-xogħol. Huwa qal illi permezz tal-programm FEAD – li jqassam ikel lill- familji fil-bżonn, qed isir profiling tal-familji min- naħa tal-professjonisti u b'hekk qed ikunu identifikati d-diffikultajiet li jkunu qed iħabbtu wiċċhom magħhom dawn il-familji. Farrugia tkellem dwar ix-xogħol li qed isir fil- komunità u anki dwar il-kwistjoni ta' Breaking the News fejn ikun magħruf minn qabel li ser jitwieldu tfal b'diżabilità jew xi ħadd ikollu diżabilità wara xi inċident fejn ikun hemm tim apposta li jgħin lill-ġenituri jieħdu din l-aħbar. Waqt l-istess attività l-Minstru Farrugia tkellem dwar problemi ta' mġiba diffiċli fost it-tfal u l-adoloxxenti. Huwa qal li fi żmien li ġej se jkun qed iżur l-Ingilterra biex jara Secure Unit li jaħdem f 'dan il-qasam. Farrugia żied jgħid li l-Young People's Unit fi ħdan l-isptar Monte Carmeli mhuwiex il-post adattat għal dawn il-persuni. Dan għaliex, qal Dr Farrugia, li minkejja li jkollhom problemi severi ta' mġiba ma jfissirx li jkollhom mard mentali. Farrugia tkellem dwar ir- rata ta' twelid f 'Malta filwaqt li saħaq fuq l-importanza tal-miżuri attraenti għall- familji. Huwa semma' wkoll li l-Gvern qed jagħti erba' snin kreditu ta' bolla għal dawk in-nisa li jieqfu mix- xogħol u jkollhom it-tfal. "Jien għandi qalbi qawwija dwar din il-Politika, u nemmen li permezz ta' reviżjoni tagħha minn żmien għal żmien inkunu nistgħu nindirizzaw il-bidliet li qed isiru fis-soċjetà tagħna. Jekk ikun hemm bżonn li nbiddlu t-triq, se naħdmu għall-ġid tal-familji tagħna," temm jgħid il-Ministru Farrugia. L-istess attività kienet indirizzata wkoll mill- Professur Angela Abela, li kienet waħda mill-awturi tal-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Trobbija Pożittiva 2016 – 2024. 'Trobbija pożittiva għandha tibda qabel it-twelid u tibqa' sejra tul it-tfulija kollha…

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017