Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Thursday TVM 20:50 ma' atleta li għexet dan l-istil fil-ħajja tagħha din il-gazzetta Kirsten, "u dan ifisser li fil-ħruġ tiegħi nixrob biss ilma meta nkun wasalt qrib ta' kompetizzjoni, noqgħod 'il bogħod minn ikel li jħaxxen." Jekk tagħżel dan l-isport, trid tidħol għalih b'ruħek u b'ġismek Mistoqsija li ħafna nies jagħmlu lil kull min ikun għaddej minn proċess ta' eżerċizzju u dieta stretta tkun dejjem dwar l-għaliex dawn jagħżlu li jiċċaħħdu mill-ikel b'dan il-mod, u x'gost jieħdu milli jmorru jbatu jqandlu l-weights kuljum. Il-kurżità ħafna drabi tkun akbar meta l-persuna tkun tfajla bħal Kirsten. Ir-risposta ta' Kirsten għal dan kienet li jekk tagħżel li tidħol għal xi sport, kemm għall-body building, bħalha, iżda anke għal kwalunkwe sport ieħor, trid tidħol għalih b'ruħek u b'ġismek, għax inkella ma tasalx. Kirsten ammettiet li "huwa sagrifiċċju kbir li persuna bħali li vera nħobb l-ikel, li niċċaħad minn ċertu ikel, però, l-imħabba tiegħi għal dan l-isport hija ħafna ikbar u lesta li nagħmel is-sagrifiċċju kollu li hemm bżonn." Dwar il-mistoqsija fuq it- tqandil tal-weights, Kirsten daħqitha u qalet li għaliha tqandel il-weights huwa sodisfazzjon aktar minn tbatija. "Meta nħares fil-mera u nħossni kuntenta bil-figura tiegħi, ngħid dik jien ħdimt għaliha, wasalt bil-ħila tiegħi u ta' ħadd iktar". Kirsten spjegat kif sfortunatament hawn nies li mhumiex kuntenti bil- fiżiku tagħhom imma ma jridux jagħmlu s-sagrifiċċju meħtieġ biex ibiddlu l-affarijiet. "Fil-ħajja, xejn ma jiġi b'xejn; tħobb ħaġa u tobgħod oħra". Ġurnata tipika fil-ħajja ta' Kirsten Dalmas L-ILLUM staqsiet lil Kirsten biex taqsam mal- qarrejja kif inhi ġurnata tipika fil-ħajja tagħha. Għal din il-mitoqsija Kirsten tbissmet, hekk kif bdiet tispjega kemm mhux faċli tlaħħaq mal-ħajja tal-lum, iżda, qalet hi "jekk vera tkun trid xi ħaġa fil-ħajja, issib mod kif tasal" Kirsten qalet li meta bdiet dan l-isport, kienet għadha tistudja u dak kien l-iktar żmien iebes, fejn kellha tlaħħaq mal-istudju u mal- eżerċizzju u l-preparazzjoni tal-ikel għad-deita. "Illum il-ġurnata," spjegat, "inqum kmieni għall-gym, nagħmel ftit eżerċizzju cardio, bħal mixi jew jogging, u wara l-eżerċizzji bil-weights. Kif inlesti dan kollu, hekk kif kif ikunu għadhom xis-7:30 ta' filgħodu, inlesti għall- ġurnata xogħol fl-uffiċċju". Wara ġurnata xogħol fl-impjieg tagħha bħala accountant, Kirsten tmur id-dar, ġieli tirrilassa, imma l-maġġoranza tal-ġranet ikollha l-ikel x'tipprepara u ssajjar. "Mhux faċli," qalet Kirsten, "imma m'għandi l-ebda dispjaċir". Qabel kompetizzjoni l-eżerċizzju jitqal u d-dieta ssir aktar stretta F'April li għadda Kirsten klassifikat fl-ewwel post fil- kategorija tal-'bikini fitness' f 'kompetizzjoni nazzjonali u l-ġimgħa d-dieħla sejra tirrappreżenta l-Malta f 'kompetizzjoni f 'San Marino. Infatti bħalissa Kirsten għaddejja mill- aħħar ġimgħat ta' proċess ta' 12-il ġimgħa ta' eżerċizzji u dieta speċjali biex iġibuha fil-forma fiżika ta' livell ta' kompetizzjonijiet internazzjonali. Kirsten tiddeskrivi l-esperjenza tal- kompetizzjoni bħala waħda li qisha 'roller coaster ride'. "Id-dedikazzjoni hija importanti ħafna," saħqet Kirsten, "trid iċċedi ċertu affarijiet biex issib ħin għall-eżerċizzju u l-preparazzjoni tal-ikel. L-eżerċizzju jitqal lejn l-aħħar u d-dieta ssir iktar ħarxa u stretta". Kirsten irrakkontat kif ikun hemm ġranet fejn tkun trid taqta' qalbha u tieqaf minħabba l-istress li tkun qed tħoss, però dejjem kompliet. Hija qalet kemm huwa importanti li jkollok nies li dejjem ituk support. "Il- kowċ dejjem imbuttani biex inkun persuna aħjar milli kont il-ġurnata ta' qabel, u l-familja u l-ħbieb iridu jifhmu li int trid tasal" stqarret Kirsten. Li tgħix ħajja sana għandu jkun stil ta' ħajja u qatt ma tieqaf għax tkun ilħaqt tir Qabel ħallejna lil Kirsten tmur tipprepara biex tmur ix-xogħol wara l-eżerċizzju tagħha u l-intervista magħna, tlabnieha tagħti parir lil nisa oħra dwar l-eżerċizzju u d-dieta. Kirsten xtaqet taqsam mall-qarrejja li "li żżomm ruħek 'fit' huwa dejjem importanti u m'hemmx għalfejn tagħżel il-'body building' biex tkun f 'forma fiżika sana u pulita" Hija qalet li llum il-ġurnata għandna l-kumdità li nagħmlu dan b'faċilità ikbar għax fortunatament hawn gyms madwar Malta u Għawdex kollha, kif ukoll aċċess għall-għajnuna mingħand nutrizzjonisti u diet advisors fejn tidħol dieta aktar bilanċjata. Min jara li dawn huma spejjeż żejda, wieħed dejjem jista' jfittex online u jaqra dwar eżerċizzju u nutrizzjoni. "Il-parir tiegħi huwa dan; tagħtux lilkom infuskom 'deadline'. Li tgħix ħajja sana għandu jkun stil ta' ħajja u qatt ma tieqaf għax tkun ilħaqt tir. Ħobbu lilkom infuskom biżżejjed li tagħmlu dak kollu li hu meħtieg biex tkunu ferħanin b'dak li taraw fil-mera u b'kif tħossukom minn ġewwa," temmet tgħid Kirsten. u determinazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017