Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Intervista 13 tal-ftit jiġu qabel tal-ħafna' fl-abbozz għax din hija kwistjoni teknika ħafna, imfassla minn nies esperti. Li jista' jissuġġerixxi huwa l-mod kif għandu jsir l-istudju, permezz ta' konsultazzjoni u 'forums' mar-residenti dwar x'jixtiequ jaraw fl-ispazju li jgħixu fih. Wara li jinstemgħu x-xewqat tar-residenti u n-nies li jaħdmu u jiffrekwentaw il-post, u mhux tal-iżviluppaturi, imbgħad jista' jitfassal masterplan li jirrifletti l-bżonnijiet u x-xewqat tal-ħafna li jridu jgħixu, flok tal-ftit li jridu jsiru aktar sinjuri. 'Li nibbażaw l-ekonomija Maltija fuq il- kostruzzjoni biss, hija ħaġa żbaljata' "Wieħed ma jistax ma jagħtix każ ix- xewqat tar-residenti f 'isem l-iżvilupp u l-progress," isostni Andrè. Dwar il-punt li jissemma ta' spiss li dan l-iżvilupp se jġib tkabbir ekonomiku u xogħol, Andrè qal li għandu d-dubji, speċjalment dwar it-tip ta' xogħol li tiġġenera l-kostruzzjoni. Huwa qal li x-xogħol ikun biss wieħed temporanju u mħallas ħażin sakemm tinbena l-blokka; imbgħad jieqaf hemm. "Mhux qed ngħid li l-kostruzzjoni għandha tieqaf, imma li nibbażaw l-ekonomija Maltija fuq il-kostruzzjoni biss, hija ħaġa żbaljata. Ma jistgħux jinqerdu spazji pubbliċi u jittieħdu d-djar tan-nies f 'isem perjodu ta' xogħol temporanju." Callus issokta jispjega li dan huwa eżempju ċar ta' 'trickle down economics', fejn jiġu aġevolati l-iżviluppaturi bl-għotja ta' art u sussidji varji, bit-tama li l-bqija tal-poplu, jieħu xi ħaġa żgħira mill-frott tal-iżvilupp. 'Jekk il-paga minima ma togħliex, ifisser li l-pajjiż ibbażat fuq iċ- cheap labour' B'rabta mal-effetti fuq l-ekonomija u l-ġid finanzjarju li jgawdi minnu l-poplu, din il-gazzetta staqsiet dwar l-involviment ta' Callus u tal-Moviment Graffiti fil-Kampanja Favur Paga Minima Diċenti, hekk kif flimkien ma' 15-il għaqda oħra qed jipproponu żieda fil-paga minima nazzjonali. André spjega kif id-diskors dwar il- paga minima mhux xi ħaġa ġdida u lanqas xi ħaġa li qed issir Malta biss. Infatti huwa spjega kif fil-Ġermanja per eżempju, żdiedet il-paga minima minkejja l-istess argumenti dwar l-effett fuq l-ekonomija li qed jissemmew hawn Malta. Wara li żdiedet il-paga, mhux talli ma ġrawx it-traġedji li beżgħu minnhom, iżda l-ekonomija tant marret għall-aħjar, li din is-sena se jerġgħu jżiduha. Callus saħaq fuq il-fatt li bil-paga minima li għandna bħalissa Malta, wieħed ma jistax jgħix ħajja diċenti u li huma qed jissuġġerixxi li tiżdied bi ftit, li minkejja li ttejjeb l-aspett ekonomiku bi ftit, itejjeb ħafna aktar l-aspett soċjali u l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema. "Aktar mill-aspett finanzjarju, il- punt kardinali dwar iż-żieda fil-paga minima huwa dak soċjali, id-dritt bażiku li ħaddiem jitħallas paga xierqa u diċenti għax-xogħol li qed jagħmel." Dwar l-aspetti ekonomiċi, André jgħid li anke skont ekonomisti, żieda fil-paga ġġib ukoll titjib fl- ekonomija. "Jekk il-paga minima ma togħlix minħabba li jekk togħla, ikollhom jogħlew il-pagi l-baxxi l-oħra wkoll, ikun ifisser li l-ekonomija ta' Malta mhux vera sejra tajjeb, iżda hija bbażata biss fuq iċ-cheap labour," temm jgħid Callus. Andre Callus Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017