Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

M 'għadnix inħares lejn surveys bl-istess mod li kont qabel. Trump u r-referendum għall-Brexit urew li r-realtà taf tkun ferm differenti minn xi stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Fih iniffsu hemm inċertezza ikkalkulata u hemm oħrajn li diffiċli li wieħed jikkwantifika. Qatt ma tista' tkun taf il-vera opinjoni ta' dawk li jieħdu sehem f 'dawn is-surverys. Kif wieħed jerspimi ruħu waqt survey u kif jivvota dakinhar tal- elezzjoni jista' jkun hemm differenzi kbar. L-aħħar surveys li ġew ippubblikati minn ġurnali ewlenin juru li l-poplu għadu jippreferi lill-PL milli xi partit iehor. Jekk għal mument nassumu li dawn is-surveys qegħdin jirriflettu r-realtà ta' kif inhi l-opinjoni pubblika preżenti, allura ta' min wieħed jistaqsi għaliex ir-riżultat ġie hekk u jekk dan hux inkwetanti. Mhux l-iskop tiegħi li nelenka l-każijiet fejn kien hemm korruzzjoni jew suspett tagħha. Kulħadd jaf liema huma dawn il-każijiet u tkellimna bil-bosta fuqhom. Però nixtieq nelabora fuq il- fatt kif dawn ftit li xejn affetwaw ir-riżultat tal- istrħarriġ. Il-poplu Malti huwa tolleranti għall- korruzzjoni? Ma jidejjaqx iħallas taxxi li probabbli qed jispiċċaw mhux imqassma kif suppost? Jew ma jimpurtahx li forsi hemm xi nies li qed idaħħlu balla flus fil-kontijiet tagħhom (moħbija) fuq xi negozzju li jsir f 'isem il-gvern? Mhux aħjar li flejjes bħal dawn jintużaw biex jgħinu lil min hu veru batut ħalli ma jaqax lura? Forsi l-poplu Malti ilu jara l-korruzzjoni quddiem wiċċu u issa tant ġie mdorri li din saret ħaġa normali? Ngħiduha kif inhi, dan il-gvern mhux l-ewwel wieħed li għandu każijiet jew ċirkostanzi li jissuġġerixxu li hemm xi tip ta' korruzzjoni. Lanqas xejn. Li huwa differenti però hu li l-PL fil-gvern għandu nies imċappsin li qegħdin fil-quċċata tal- amministrazzjoni! Żgur mhux qed jgħatu eżempju tajjeb lil ħaddieħor, anzi pjuttost bil-kontra. Jista' jagħti l-każ li iktar huma importanti l-flus fil- but milli kull ħaġ'oħra allura r-riżulatati tas-surverys baqgħu favur il-PL? Ninsab ċert li l-maġġoranza tan- nies taf aħjar. Huwa fatt li flus fil-but jiġġeneraw il- kummerċ u jżommu r-rota ddur. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu kif kien ħabbar il-PL qabel l-aħħar elezzjoni u b'hekk iċ-ċittadini għandhom iktar flus fi bwiethom. Il-PL ġietu tajba għax raħas iż-żejt! B'hekk seta' jnaqqas il-kontijiet b'mod iktar faċli. Però qed ibigħ iċ-ċittadinanza u ishma tal-Enemalta. Kemm aħna kapaċi nsostnuh dan it-tip ta dħul? Kemm-il ċittandinza ser inbigħu? Kemm kumpaniji parastatali baqgħalna x'nagħtu lill- privat? Dan id-dħul mhux sostenibbli! Ikun ferm aħjar jekk niġġieldu l-evażjoni tat-taxxa. Però min hu fit- tmun ma tantx qed jagħti eżempju tajjeb. Qed jagħti l-impressjoni li għandek tqabbel fejn jaqbel - fuq livell personali ovjament! Il-Partit Dekokratiku, għalkemm għadu jitwieled, diġà wera li għamel differenza. Kien kapaċi jagħmel dan kollu b'siġġu wieħed fil-parlament. Il-PD huwa ħieles u m'għandux ktajjen li jorbtuh jagħmel pjaċiri lil dak jew lil ieħor. Partit li fforma biex jiġġieled il-korruzzjoni u jisħaq fuq governanza nadifa u effiċjenti. Partit li jgħallem bl-eżempju tajjeb. Dawn huma l-pedamenti fuq xiex il-PD huwa mibni. Eng.Duncan Bonnici huwa membru tal-Partit Demokratiku Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Opinjoni 19 Skont Cacopardo... Pjan sigriet għal Delimara I d-Direttiva tal- Unjoni Ewropea, li nirreferu għaliha bħala d-Direttiva ta' Seveso, tirregola l-mod kif kull pajjiż fil-UE għandu jippjana fit-tul biex jevita l-periklu li jista' jinħoloq f 'każ ta' impjanti industrijali kbar. Dawn huma inċidenti li fil-parti l-kbira tagħhom jistgħu jkunu evitati, jekk l-awtoritajiet jaħsbu dwarhom fit-tul u bir-reqqa. Fl-2012 l-Unjoni Ewopea aġġornat din id-Direttiva ta' Seveso billi poġġiet enfasi ikbar minn qabel fuq il-ħtieġa ta' konsultazzjoni pubblika. Dan hu obbligu li jridu jerfgħuh l-awtoritajiet kull meta jkunu qed jikkunsidraw li jagħtu permess biex jopera impjant industrijali kbir. Bħal, pereżempju l-impjant tal- power station f 'Delimara. Malta wkoll għandha l-obbligu li timxi skont id- Direttiva ta' Seveso. Fil-fatt din id-Direttiva saret parti mil-liġijiet ta' Malta permezz tar-Regolamenti tal-2015 dwar il-Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Kbar [avviż legali 179/15]. Permezz ta' dawn ir- regolamenti, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu l-obbligu li jħejji pjan ta' emerġenza li permezz tiegħu jipprepara kif għandha ssir il-ħidma f 'każ li jkun hemm inċident. Fil-fatt hemm bżonn ta' żewġ pjani ta' emerġenza: wieħed intern (jiġifieri li jkun japplika ġol-impjant innifsu) u l-ieħor estern (jiġifieri li jkun japplika barra mill-impjant). Il-pjan ta' emerġenza intern ikun imfassal mit-tmexxija tal-impjant u jkun diskuss mal-impjegati li jingħataw it- taħriġ meħtieġ biex iħaddmu l-impjant sewwa u b'hekk ikun evitat inċident. Imma jkunu mħarrġa ukoll dwar kif għandhom jaġixxu f 'każ li jinqala' inċident. Min-naħa l-oħra l-pjan ta' emerġenza estern jikkonċerna lin-nies u lin-negozji li hemm fl-inħawi viċin tal-impjant u li jistgħu jkunu effettwati f 'każ li jinqala' inċident. Skont id- Direttiva ta' Seveso dan il-pjan li jitfassal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jrid isir konsultazzjoni pubblika dwaru, u dan biex dawk kollha effettwati jkunu infurmati u jkollhom l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dan il-pjan. Fil-fatt, illum hu l-aħħar jum tal-konsultazzjoni pubblika li qed tkun organizzata mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi dwar l-impjant ta' Delimara. Fost id-dokumenti li l-awtorità ppubblikat għall-konsultazzjoni pubblika hemm rapport intitolat External Emergency Plan imħejji mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili. Imma dan ir-rapport għandu parti minnu nieqsa. Fih informazzjoni interessanti imma meta jiġi għall-pjan propja jgħidilna li din l-informazzjoni ser titħalla barra għax jekk tkun ippubblikata tkun ta' theddida għas-siġurtà nazzjonali. Id-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili hu rresponsabbli meta jimxi b'dan il-mod. It-tmexxija tad-Dipartiment m'għandha l-ebda dritt li żżomm il-pjan ta' emerġenza estern dwar l-impjant ta' Delimara sigriet. Huwa dritt tan-nies li dan ikun pubbliku. Għax fejn jidħol il-ħarsien tagħna lkoll in-nies għandha dritt li tkun taf fid-dettall dwar dak li qiegħed ikun ippjanat. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO Il-flus, il-koruzzjoni u s-surveys DUNCAN BONNICI "Il-Partit Demokratiku huwa ħieles u m'għandux ktajjen li jorbtuh jagħmel pjaċiri lil dak jew lil ieħor. Partit li fforma biex jiġġieled il- korruzzjoni"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017