Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 22 Kummerċjali DHL Express tagħmel ix-xiri online iktar faċli permezz ta' On Demand Delivery DHL Express, li jipprovdu fost l-aqwa servizzi express internazzjonali fid-dinja, ħabbru li varaw servizz ġdid madwar id-dinja, On Demand Delivery, li permezz tiegħu dawk li jibagħtu l-kunsinni u dawk li jirċievuhom jistgħu jagħżlu fost firxa ta' modi standardizzati tal-wasla tal- pakketti. Permezz ta' On Demand Delivery, li ilu li daħal f 'Malta mill-bidu tas-sena, dawk li jibagħtu l-pakketti jistgħu jagħżlu jattivaw firxa ta' modi biex iwasslu l-kunsinna u permezz ta' DHL Express javżaw b'mod proattiv il-klijenti tagħhom jew permezz tal-e- mail jew SMS fuq il-progress tal-kunsinna. Il-klijenti mbagħad jagħżlu l-mod kif jixtieq jirċievu l-kunsinna skont dak li l-iżjed jaqbel il-ħtiġijiet tagħhom permezz tas-sit elettroniku www.ondemand.dhl.com/mt. Dan is-servizz hu mmirat l-iżjed lejn il-ħtiġijiet ta' kunsinni internazzjonali tal-e-commerce fejn il-pakketti jintbagħtu lejn id-djar tan-nies u l-klijenti jenfasizzaw il-flessibiltà u l-konvenjenza. Rajna li s-sehem ta' kunsinni tal-e-commerce kiber minn xi 10% fl-2013 sa iktar minn 20% tal-volumi internazzjonali ta' DHL Express fl-2016," qal John Pearson, CEO Europe u Global Head tal-Kummerċ, DHL Express Ewropa. "Primarjament dan ġara minħabba d-domanda qawwija għal affarijiet ta' valur għoli u oġġetti Premium fis- suq globali, kif ukoll bejjiegħa li għadhom jibdew joperaw li qegħdin jespandu b'mod opportunist fi swieq ġodda barra minn pajjiżhom u għalhekk għandhom bżonn servizz li jwassal l-affarijiet bieb bieb madwar id-dinja. "Varajna l-On Demand Delivery biex nirrispondu għat-tkabbir kbir li sar u biex niżguraw li permezz tas-servizzi tagħna nkomplu naqbżu l-aspettattivi tal-klijenti tagħna." Is-servizz tal-On Demand Delivery hu faċli biex tużah u hemm benefiċċji kemm għal min jibgħat u jirċievi l-kunsinna. Wieħed jista' jaċċessja s-sit permezz ta' smartphone, tablet jew PC, u dawk li qegħdin jistennew kunsinna għandhom sa sitt għażliet. Il-marka ta' min qiegħed jibgħat il-kunsinna tista' tiġi nkorporata fil- messaġġi lejn il-klijent. Dawk li jirċievu l-pakketti f 'Malta jistgħu jagħżlu jiġbruh minn DHL Lock-it Station ħdejhom, jiffissaw il-ħin meta ssir il-kunsinna, tista' titħalla mal-ġar jew f 'indirizz alternattiv, u anki jitolbu biex il-pakkett jinżamm sakemm jiġu lura minn xi btala. Hemm iktar ċans permezz ta' On Demand Delivery li l-pakkett jiġi mwassal l-ewwel darba, tiżdied is-sodisfazzjon tal- klijent, u l-proċess isir iktar effiċjenti. Skont Charles Schiavone, Country Manager, Malta, ta' DHL Express, il-klijenti s'issa l-iżjed li jagħżlu hu biex il-pakkett jitħalla fid- DHL Lock-it Station l-iktar viċin tagħhom. Sa l-aħħar tas-sena ser ikollna sitt Lock-it Stations oħra li jiżdied mat-tlieta li bdejna nużaw iktar kmieni din is-sena għand JM's Service Station fi Triq Buqana fil- limiti tar-Rabat, Dad's Service Station, fejn ir-rawdabout tat-Tlett Imwieżeb, San Pawl il-Baħar, u Wembley Service Station fi Triq San Andrija, is- Swieqi. "Nista' nikkonferma erbgħa mis-siti ġodda: għand il-PAMA fil-Mosta; fil-kunsilli lokali f 'Birkirkara u Tas-Sliema, u fil-kwartieri tagħna tad-DHL Ħal Luqa. Żewġ siti oħra ġew identifikati fiż-Żejtun u Ħ'Attard." Meta l-klijent jirċievi karta b'messaġġ mill-courier ta' DHL Express li ma sab lil ħadd meta mar id-dar tiegħu jew jirċievi messaġġ permezz ta' SMS, jista' jagħżel li jiġbor il-pakkett mill-Lock-it Station l-iktar viċin tiegħu. Dawk il-klijenti li jagħżlu li jagħtu n-numru tal-mobile tagħhom meta jordnaw affarijiet minn barra, per eżempju meta jixtru online, jistgħu wkoll jibbenefikaw minn dan is-servizz. Jirċievu messaġġ permezz ta' SMS fejn jingħataw l-għażla biex jiġbru l-pakkett mill-Lock-it Station tal-għażla tagħhom. Il-klijent jingħata aċċess għall-kaxxa tiegħu fil-Lock-it Station permezz ta' touch- screen fejn idaħħal numru tal-PIN tiegħu u jiffirma b'subgħajh biex jivverifikaw l-identità tiegħu. Malli jagħżlu OK, il-bieba tal-kaxxa tagħhom tinfetaħ. Biex il-pakkett tiegħek jista' jiġi mwassal fil-Lock-it Station l-iktar viċin tiegħek żur www. ondemand.dhl.com/mt. Ser jibda jintuża l-On Demand Delivery f 'iktar minn 100 pajjiz bejn l-2016 u l-2017, u b'hekk isir il-parti l-kbira tan- negozju dinji u x-xiri online. Dan f 'iktar minn 45 lingwa. Il-mappa ta' fejn se jkunu disponibbli l-Lock-it stations MAPFRE MSV Life huwa l-isem ġdid tal-ikbar kumpanija tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja f 'Malta Min-nhar it-Tnejn li għadda, l-MSV Life bidlet isimha għal MAPFRE MSV Life. Din il-bidla se ssaħħaħ il-brand permezz tal-assoċjazzjoni viżibbli u b'saħħitha ma' kumpanija internazzjonali li l-viżjoni tagħha hija li tkun il-kumpanija globali tal- assikurazzjoni li wieħed jista' jafda fiha. David Curmi, Kap Eżekuttiv tal- MAPFRE MSV Life, qal: "Ninsabu sodisfatti ħafna li qed inniedu formalment il-brand MAPFRE MSV Life. Din hija evoluzzjoni loġika li tippermettilna ngawdu mill-vantaġġi kollha li għandna permezz tal-assoċjazzjoni tagħna mal-Grupp MAPFRE. L-isem ġdid ikompli jżid mal- valur għax jirrifletti konnessjoni ċara mal-Grupp MAPFRE. Dan jagħti l-kumpanija dimensjoni internazzjonali importanti." John Cassar White, Chairman tal-MAPFRE MSV Life, qal: "Il- brand MAPFRE MSV Life iżżomm is-saħħa li l-MSV Life tgawdi lokalment – isem pubblikament magħruf li għandu padronanza qawwija u reputazzjoni eċċellenti f'Malta. Din il-pożizzjoni tkompli tissaħħaħ grazzi għall- konnessjoni li għandha mal- Grupp Bank of Valletta u mil-fatt li għandha l-akbar firxa ta' distribuzzjoni tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja f'Malta, b'netwerk li tkopri ftehim ma' banek, kif ukoll t-Tied Insurance Intermediaries u l-Brokers. Il-konnessjoni bejn il-brand MAPFRE mal-MSV Life se tkompli ssaħħaħ u sseddaq l-identita' tagħna bħala l-akbar kumpanija tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja f'Malta." Martin Galea, Chairman tal- MAPFRE Middlesea p.l.c., qal: "Ninsabu kunfidenti li l-identita' ġdida tal-brand se tkompli ssaħħaħ il-preżenza ġenerali tal-brand MAPFRE f'Malta għax issa se tkun viżibbli kemm permezz tal-operat tal-MAPFRE Middlesea, kif ukoll tal-MAPFRE MSV Life. Kunfidenti wkoll li s-sinerġiji qawwija bejn il-Grupp se tippermettilna nottimizzaw l-ammont konsiderevoli ta' riżorsi hekk kif se nkomplu nżidu l-valur li noffru mill-prodotti u servizzi tagħna permezz tal-ikbar firxa ta' distribuzzjoni u mezzi varji fin-netwerk tagħna fit-territorju Malti." "Ninsabu kunfidenti li din l-identita' ta' brand ġdida se tappoġġa it-tkabbir u l-iżvilupp konsistenti tal- MAPFRE MSV Life, hekk kif se nkomplu nkunu ta' għajnuna lill-klijenti tagħna filwaqt li nikkonsolidaw il- pożizzjoni ewlenija li għandna fis-suq," qal is-Sur Curmi. Huwa spjega li MAPFRE MSV Life qed tagħmel investimenti sinifikanti fit-trasformazzjoni diġitali biex tkompli toffri servizz u prodott atraenti u rilevanti lill-klijenti fid- diversi kategoriji li jaqgħu fihom. Is-sisien sodi tal-MAPFRE MSV Life huma bbażati fuq reputazzjoni mibnija fuq il- fiduċja. Il-brand hija msaħħa wkoll permezz ta' strateġija ċara ffukata madwar il-klijent tagħha, u fuq eċċellenza fl-operat maniġerjali, professjonalità u talent uman u kulturali. "Aħna eċitati u kburin li qed inħaddnu l-brand MAPFRE hekk kif qed naffrontaw vjaġġ ta' sfida kbira u nħarsu lejn fażi ġdida u eċitanti ta' tkabbir u żvilupp. Bħala membru tal-Grupp MAPFRE, ċerti li s-saħħa tal-brand u l-kredenzjali finanzjarji se jkunu l-fattur kritiku għas-suċċess hekk kif nimxu 'l quddiem biex inkunu nistgħu nagħtu servizz aħjar lill-klijenti u nkomplu nikkontribwixxu lejn l-iżvilupp tas-suq tal-assikurazzjoni fuq il- ħajja f'Malta," ikkonkluda Curmi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017