Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514
Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tagħraf fejn tixtieq verament tasal. Żmien li taħseb issa wasal lejn it-tmiem, issa trid tasal għal deċiżjoni u dan importanti sabiex tibda l-aħħar xahar tas-sena f'direzzjoni li bil-mod, tagħtik aktar kontribut pożittiv f'dal li hemm ġej għalik. Jekk dan ma jkunx, allura sfortunatament għalik ġej żmien iebes. Tipperemettix li dan jiġri, għandek żmien sabiħ ġej. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4,17, 24 u 36. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tnaqqas ftit mill-pressjoni kbira li għandek madwarek sabiex għax-xahar li ġej, int issib ftit ak- tar spazju għalik. Jekk int għandek relazzjoni, qatta' aktar ħin mal-partner tiegħek. Dan l-ispazju huwa bżonnjuż li int issibu sabiex inti tibni lilek innifsek aktar aħjar kemm fiżikament u kemm mentalment. Int ħa tagħraf kif int qed titlef mu- menti importanti. Ibdel issa. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 26 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li xi kultant lanqas fil-barriera ma ssib. Agħraf għamel dan sabiex tagħraf tkun aktar flessibbli fl-aħħar xahar li baqa', mhux biss meta int se tħoll minn dik ir-ras iebsa iżda se tagħraf kemm is-sitwazzjonijiet ta' madwarek ikunu ferm aħjar. Il-personalità tiegħek trid iżżomha u fejn għandek punt żommu, imma fejn m'għandekx ibda erħi u agħraf. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 28 u 31. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int trid tasal lejn konklużjoni f'dak li int qed tħejji. Ovvjament tagħmel sew li tidħol kemm tista' fil- fond. Però taf ukoll li issa m'għandekx għaliex ittaw- wal aktar dak li kellek tagħraf, kellek żmien biżżejjed. Għalhekk issa għax-xahar li ġej ibda wettaq dak li għandek twettaq u tagħtiex każ għal xi kummenti li int probabbilment se tirċievi. Ibqa' kkonċentrat u ffukat. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 22 u 36. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik b'direzzjoni aktar ċara ta' fejn u kif għandek tkom- pli tavvanza fil-karriera tiegħek. Ix-xahar li ġej se jagħtik aktar laqgħat ma' nies li huma ta' importan- za għal fejn int trid tasal, ovvjament mhux dejjem se ssib min jaqbel ma' dak li int tħaddan. Dan m'għandux ikun ta' ostaklu għalik, anzi minn dak li jirriżulta, int tagħraf tieħu deċiżjoni sabiex int tissaħħaħ f'dak li hemm ġej għalik. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik xi ftit inċert minħabba pożizzjoni li hemm quddiemek. Ovvjament tħallix din l-inċertezza titwessa' aktar milli għandha tiwessa'. Huwa importanti f'dan l- istadju li int issib aktar ħin għalik sabiex tagħraf tieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm jistennew quddiemek fl-aktar direzz- joni vijabbli għalik. Tinkwetax, dan il-mument sejjer jintemm u f'nofs Diċembru tkun ferm aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek tama pożittiva ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 39. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq għalik billi int terġa' tibda tħoss dak li int tħobb, tieħu gost fih u dan ikun aktar flessibli għalik. Dan l-aħħar, minħabba pressjoni ma stajtx twettaq dak li vera- ment int tħobb. Imma issa għax-xahar li ġej, dan tista' twettqu u dan sejjer ikun ferm tajjeb għalik sabiex int tibni lilek innif- sek aktar fi trankwillità. L-ispazju li int issib ħudu kollu għax dan ikun pedament għal dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tatat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 24 u 37. L e o huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Ix-xahar ta' Novembru sejjer jagħlaq fuq nota ta' ħsieb dwar dak li int x'taħseb li sejjer ikun il-pass li se tagħmel fil-ħajja ta' madwarek. Ovvjament, iż- żmien issa daħal sew sabiex int tagħraf eżattament x'inhu l-aħjar għalik u anke jinvolvi l-madwar tiegħek. Ibda x-xahar ta' Diċembru fuq nota ta' direzzjoni. Tibdihx u tkun għadek tilgħab, għax tpoġġi lilek nnifsek f'sitwazzjoni mhux komda. Tibżax mill-pass li se tagħmel. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Taurs. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 16, 25 u 32. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ix-xahar ta' Novembru għalik se jagħlaq billi int trid tagħraf issib ftit aktar ħin għalik. Trid issib aktar ħin biex terġa' tmur sal-gym, tagħmel xi mixja jew af- farijiet oħra li sfortunatament minħabba l-pressjoni li nħolqot madwarek, għalqitlek dan l-ispazju, li kemm mentalment u kemm fiżikament għal dak li int hemm madwarek żgur għandek bżonnu. Agħraf li għax-xahar li ġej issib ħin għalik, inkella taf tgħerreq lilek innifsek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 23 u 30. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ix-xahar ta' Novembru għalik se jagħlaq billi int trid tkun ftit kalm iktar milli qed tkun. Jekk ħa tibqa' b'din it-tensjoni madwarek mhux ser ikollok tmiem is-sena tajjeb, anzi pjuttost se jkun iżjed negat- tiv. Għalhekk, kif għad baqa' ftit taż-żmien, dan dawru għal favurik billi tkun aktar pożittiv u kull sitwazzjoni li tiġi minn issa 'l quddiem teħodhiex mill-att negattiv. Għandek iċ-ċans li tkun aħjar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 22 u 38. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Ix-xahar ta' Novembru għalik se jagħlaq f'taqbida bejn dak li int kellek, u bejn dak li issa għandek fil-ħajja ta' madwarek. Ikun ferm ħazin jekk int se toqgħod tqabbel bejn sitwazzjoni u oħra. Dan se jkun kollu ħela ta' ħin li jaf ikun prezzjuż u trid tagħraf li dak li hemm jaf ukoll ikun parti mill-passat tiegħek jekk int se toqgħod tinħela tqab- bel. Issa ħares 'il quddiem sabiex tkattar dak li hemm u titlifx dak li għandek illum. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 28 u 36. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Ix-xahar ta' Novembru għalik se jagħlaq billi int trid tagħraf aktar lilek innifsek. Tajjeb li int tagħti kas lil ta' madwarek imma issa wasal ftit taż-żmien sabiex int iddur ftit madwarek u tara eżattament x'inhuwa l-vera bżonn għalik. Dan iż-żmien jaf ikun parti ukoll mix-xahar li ġej peress li se taħseb fil-fond kif għandek ittejjeb lilek innifsek, barra li tagħmel bosta bidliet materjali. L-importanti huwa kif inti se taġġixxi kif int se tagħraf aħjar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Novembru se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 21 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 23 add 27 ta' Novembru 2016 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-Imħabba ta' żewġ uċuh (4) ...ikompli GĦADDEW il-jiem, il- ġimgħat u anka xhur u għall- imsejkna Margaret, qatt ma waslet l-aħbar li tal-inqas sabu l-jott, forsi jkollha xi ħjiel x'ġara. Kuljum, Margaret kienet tmur għal mixja ħdejn il-blat minn fejn kienet segwiet il-jott ta' John joħroġ għall-aħħar darba. Kienet tpoġġi fuq il-blat, u tħares lejn il-mewġ iħabbat mal-blat. Il-mewġ kien ħadilha dak li kellha għal qalbha, u issa għandha biss il-memorji. Margaret bdiet tgħaddi minn fażijiet diffiċli u marret għand psikjatra għall- għajnuna fejn kien ordnala mediċina u terapija, biex toħroġ mis-sitwazzjoni ta' vojt, uġigħ ta' qalb u ħsibijiet perikolużi. Waqt il-mixja tas-soltu tagħha, darba minnhom Margaret iltaqgħet ma' ħabiba tagħha, u waqfu jitkellmu. Meta l-ħabiba rat kif inhi Margaret, tagħtha proposta, li għalkemm ħafna huma xettiċi fuq il-paranormal, tagħtha numru ta' persuna li jaf ikun ta' għajnuna għaliha. Avżatha biex tirreferi għalih b'ismu u mhux bħala 'tax-xorti' għaliex inkella ma jilqgħahiex. Għadda xi żmien, u meta kienet qed tieħu kafè, waqgħet in-nota bin-numru, u ħasebt kif seħħ dan. Qatgħetha li ċċempel, u wara li għamlet għodwa sħiħa tipprova, fl-aħħar qabditu. Ftakret x'kienet qaltilha ħabibtha u malli nqabdet il-linja, vuċi maskili wepibha u hi qaltlu, "PaulJon please?" Dawn iddiskutew ftit u għamlu appuntament biex jiltaqgħu. Niftakar li kienet talbitni mmur għandha meta nkun qed nagħmel 'home visits' għax ħassitha iktar komda. Laqgħetni fis-salott u bdejt nisma' dak li kellha xi tgħid u wara siegħa, infurmajtha li kont se nara iktar dak li talbitni u ninfurmaha. Ma kinetx sitwazzjoni faċli, għax it-telfa tal-maħbub poġġietha f 'ħajja wieqfa u bla interess, kważi tistenna l-jum li tiġi fuqha l-mewt. Wara li analizzajt is-sitwazzjoni u wara li kont naf li kienet qed tieħu xi kura, erġajt iltqajt magħha u offrejtilha li nibdew niltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa u nimmeditaw flimkien, nitkellmu u nagħmlu passiġati żgħar. Margaret ħassitha konfuża li persuna mis-settur tiegħi qisni xi terapista imma qaltli, "PaulJon intl-aħħar tama li għandi, u se nafdak." U hekk, bdejna din it-terapija spiritwali flimkien. Sitt xhur wara li bdejna, fuq parir tiegħi, Margaret żaret il-psikjatra. Dan ma setax jemmen li quddiemu kellu l-istess persuna li kien ra kważi sena qabel. Ovvjament, ra li ma kienx għad fadal bżonn li tieħu l-kura li kien taha, iżda awguralha. Hi tant ħassitha sodisfatta, li talbitni nkompli nassistiha bil-meditazzjoni spiritwali u t-terapija tal-kristalli. Illum, erba' snin wara, jien u Margaret għadna ħbieb, imma llum, hi persuna mibdula, tant li fetħet għaqda privata għal dawk il-persuni li jkunu tilfu l-maħbubin tagħhom, u jkunu għaddejjin minn sitwazzjoni simili, u tassisthom kif tista' biex jibdew jaraw il- perspettiva tal-ħajja minn lenti differenti, kif ukoll xi parir min-naħa tiegħi. B'hekk, il-meditazzjoni spiritwali ġiet utilizzata u mgħoddija bħala terapija fid-direzzjoni pożittiva u bidla kompluta għal ħajja aħjar ta' Margaret. Min ikun irid dan is-servizz, kulma għandu jagħmel hu li jċempel lil PaulJon fuq 99013600