Illum previous editions

ILLUM 27 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/755514

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Novembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Gzira U ...........................0 Ħamrun S .......................2 ĦAMRUN Spartans irritornaw għar-rebħ biex komplew ikabbru l-problemi ta' Gżira United, meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-0. Kienu l-Ispartans li ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss tliet minuti logħob, ipprotestaw għall-penalty, hekk kif Patrick Jean Teixeira Maia twaqqa' fil-kaxxa, iżda r-referi Fyodor Zammit iġġudika li din kienet simulazzjoni u b'hekk wera karta safra lill-attakkant tal- Ispartans. Ħamrun Spartans resqu viċin li jiftħu l-iskor fit- tmien minuta, meta Leandro Wallace Motta Dos Santos sab lil Jake Grech f 'pożizzjoni tajba fil-kaxxa, iżda l-captain tal-Ispartans ra t-tentattiv tiegħu jiġi mblukkat f 'korner minn difensur tal-Maroons. L-Ispartans kellhom ċans kbir ieħor 10 minuti wara, meta Jake Grech minn fuq ix-xellug għadda pass preċiż lejn Teixeira Maia, iżda x-xutt mid-distanza ta' dan għadda jħakkek mal-lasta. Man- nofsiegħa logħob, Teixeira Maia kellu opportunità oħra għall-Ispartans hekk kif wara ġirja tajba, ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi milqugħ tajjeb mill-goalkeeper Taljan tal- Maroons, Mauro Boerchio. L-uniku ċans ta' skor għal Gżira United fl-ewwel taqsima wasal fil-ħin mogħti żejjed mir-referi Fyodor Zammit, hekk kif Gianmarco Conti mix-xellug, xeħet kross insidjuż lejn Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma li għola tajjeb, qabel ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm ftit barra. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il- Maroons ħarġu b'saħħithom u fid-49 minuta, wara cross fil-kaxxa, Jallow Momodou Salieu ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm ftit għoli. Iżda kienu l-Ispartans li rnexxielhom jiftħu l-iskor fit-58 minuta meta Leandro Motta Dos Santos xeħet kross tajjeb fil-kaxxa lejn Jorge Mesqueu Neto li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża, irnexxielu jitfa' l-ballun fix- xibka. Fit-73 minuta, Teixeira Maia resaq viċin li jirdoppja l-iskor għall-Ispartans, wara li rċieva pass tajjeb mingħand Jake Grech, madankollu t-tentattiv tiegħu ġie milqugħ tajjeb minn Mauro Boerchio. Il-Maroons irrispondew erba' minuti wara meta Correa Duarte Ricardo Calixto indirizza cross lejn Rodrigues Ledesma, bid-daqqa ta' ras ta' dan tal-aħħar tgħaddi ċentimetri barra mil-lasti tal-goalkeeper tal-Ispartans, David Cassar. Fis-87 minuta, Jake Grech, issiġilla r-rebħa Ħamruniża permezz tat-tieni goal meta huwa avvanza tajjeb fil-kaxxa u tefa' l-ballun fix-xibka, biex tefa' lill-partitarji Ħamruniżi f 'delirju ta' ferħ. Ħamrun S.: Cassar, Vergara Rodrigues, Chircop, Sciberras, Mesqueu Neto, Giusti, L. Grech, Motta Dos Santos, Grech, Dos Anjos, Teixeira Maia Gżira U.: Boerchio, Ledesma, Conti, De Queiroz Machedo Neto, Corbolan, White, Momodue Salieu, Bondin, Scerri, Diamoutene, Ricardo Calixto Referi: Fyodor Zammit JAKE GRECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni u l-aħħar gowl għal Ħamrun Spartans f 'din il-partita. Huwa l-captain ta' Ħamrun Spartans. Qed ikollu staġun mill- aqwa ma' dan it-tim, waqt li qed jistabilixxi ruħu bħala wieħed mill-aqwa plejers Maltin f 'dan il-Kampjonat. Ħamrun S. jirritornaw għar-rebħ u jkabbru l-problemi ta' Gżira U. Il-captain ta' Ħamrun Spartans, Jake Grech, jirbaħ il-ballun minn fuq plejer ta' Gżira United Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Chrissie's Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2017